Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum opinjoni Jerome Caruana Cilia Jerome Caruana Cilia huwa kandidat tal-Partit Nazzjonalista Pjaga ta' kuljum: Il-ħajja togħla u l-pagi staġnati M eta l-ħajja togħla din taffettwa lil kulħadd. Però l-iktar li jint- laqtu huma dawk vulnerabbli. F'Lulju li għadda, skont sħarriġ tal-Uffiċċju Naz- zjonali tal-Istatistika (NSO), ħareġ biċ-ċar li kien hemm in- flazzjoni u allura żieda fil-prez- zijiet tal-ikel, ir-rikreazzoni u l-kultura, affarijiet relatati mad- dar bħal manutenzjoni u anke fi prodotti relatati mas-saħħa fost oħrajn. Tista' tgħid għolew l-iktar affarijiet essenzjali biex tgħix. B'kuntrast, fl-aħħar snin, Malta kellha l-pagi staġnati: l-inqas rata ta' żieda fil-pagi fost il-membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-ħajja għoliet ferm Ħa nagħmel referenza għal stħarriġ li sar mill-MISCO u ppubblikat fuq is-sit Newsbook. Dan l-istħarriġ jikkonferma dak li nisma' u nara waqt il-home visits u l-kuntatt li nagħmel man-nies permezz tat-telefonati. 86% tan-nies li ħadu sehem f 'dan l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika qalu li l-ħajja għoliet ferm iktar minn tliet snin ilu 'l hawn. 13% qalu li l-għoli tal- ħajja ma nbidilx ħafna u kienu biss 1% li qalu li l-ħajja raħset matul l-aħħar tliet snin. In- numri jitkellmu waħedhom. Iktar minn hekk, kważi wieħed minn kull erbgħa persuni li pparteċipaw, (26% tal- parteċipanti), qalu li l-għoli tal- ħajja hi l-problema prinċipali li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom magħha. Il-Gvern ma jistax jibqa' jinjora dawn in-numri. Ma jistax jibqa' jimxi qisu l-għoli tal-ħajja ma teżistix. Ma nistax nifhem kif Ministri Laburisti meta mistoqsijin dwar dan, jibqgħu jinjoraw il-karba tan- nies, li l-għoli tal-ħajja qed jaffettwahom ħafna. Il-maġġoranza mhumiex qed jgħixu komdi Hawn perċezzjoni li qisu kulħadd qed jgħix komdu. Qisu kulħadd sejjer tajjeb ħafna. Qisu l-prekarjat ma jeżistix u l-faqar xi ħaġa tal-passat. "Imma mhux kulħadd qed jgħix komdu!" Persuna li taħdem ġo segretarjat privat ta' Ministru Laburista qalet lil ta' madwarha f 'każin tal-banda tal-lokal. Qabżet oħra li kienet fit-tarf tal-istess mejda u qaltilha: "Jekk inti sejra tajjeb, nawguralek, imma jien le. Biex darba fi ħmistax niġi nieħu drink sal-każin niċċaħħad minn affarijiet oħra." Wara dik is-sentenza din il-persuna kompliet kif il-ħajja qed togħla wisq malajr, filwaqt li l-pagi baqgħu fl-istess ilma. Ħadd ma reġa' fetaħ ħalqu biex jirribattiha. Din il-mara tkellmet bil-verità u minn qalbha. Filfatt, l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika staqsa lin-nies dwar il-perċezzjonijiet tagħhom jekk humiex jgħixu komdu daqskemm jixtiequ b'dak li qed jaqilgħu fil-preżent. Kważi 6 minn 10, 59% tal-parteċipanti, wieġbu li mhumiex komdi daqskemm jixtiequ. Numru għoli ħafna li juri kemm l-għoli tal-ħajja qed jaffettwa b'mod dirett l-istil ta' ħajja li jgħixu n-nies. "Minix inlaħħaq u mhux bi qżież" L-għoli tal-ħajja jaffettwa lil kulħadd. "Landa corned beef għoliet b'iktar minn €1.50", qalli resident din il-ġimgħa waqt li kont qed nagħmel home visits f 'Ħal Qormi. "Wisq qed togħla l-ħajja. Issa barra l-ikel, għandi l-kontijiet tad-dawl u ilma, it-televixin u l-mobile, spejjeż tal-karozza u l-mediċini". Dan ir-raġel ta' 69 sena, li wara għomru jaħdem jixtieq li jkun ftit kwiet u jgawdi l-ħajja, qalli li qed jaħsibha jerġax joħroġ jaħdem. "Imqar ftit sigħat fil-ġimgħa. Bil-pensjoni biss ma nlaħħaqx. Kuljum jogħlew l-affarijiet. Ma niflaħx iktar". "Qegħdin inrabbu u qed insibuha diffiċli ħafna. Spejjeż dejjem tilgħajn. Spejjeż ta' skejjel, spejjeż ta' tobba, spejjeż ta' ikel u ħwejjeġ, insurances u x'naf jien. Il-paga ma tiżdied qatt, la tiegħi u lanqas tar-raġel. Għidli xi tridna nagħmlu? Imn'alla noqogħu ftit bilgħaqal għaliex saret iebsa wisq". Din hi l-karba ta' omm ta' żewġt'itfal li ltqajt magħha riċentament fis- Siġġiewi. Bħalha hawn ħafna oħrajn. Ġenwinament ma jlaħħqux mal- għoli tal-ħajja. L-andament tal-ekonomija Il-Gvern jisħaq li l-ekonomija sejra tajjeb ħafna. Skont ċifri ppubblikat mill-aġenzija Ewropea tal-istatistika, il- Eurostat, irriżulta li Malta kienet fost l-uniċi żewġ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea fejn l-ekonomija ċkienet fit-tieni kwart tas-sena, jiġifieri bejn April u Ġunju. Malta kellha l-akbar tnaqqis, dak ta' 0.5%, filwaqt li l-Kroazja rat l-ekonomija tiċkien b'mod marġinali ta' 0.2%. Jekk nagħtu ħasra lejn pajjiżi Ewropej oħrajn li huma żgħar naraw kif xorta waħda rnexxielhom jilħqu tkabbir ferm tajjeb. Per eżempju: l-Irlanda kellha tkabbir ta' 6.3%, il-Portugall 4.9%, il-Latvja 4.4% u l-Estonja 4.3%. B'mod totali, l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea kellha tkabbir ta' 2.1%. għaldaqstant il-Gvern Laburista m'għandux skużi xi jġib u jeħtieġ li jibda jindirizza l-problema ekonomiċi minnufih. Irid jinħoloq ix-xogħol b'pagi li jrendu. Il-living income f 'pajjiżna Il-mekkanżimu tal-COLA (Cost of Living Adjustment) m'għadux wieħed adegwat u żgur li m'għadux iservi għall- ħtiġijiet tal-lum il-ġurnata. Dwar dan ktibt ukoll xhur ilu u se nerġa' nsemmih hawnhekk. L-introduzzjoni tal-living income f 'pajjiżna ghandha tkun prijorità ewlenija. Dan hu kunċett relattivament innovattiv għall-pajjiżna li ħafna qed jirrikonoxxu l-importanza li jiġi introdott bil-għaqal iżda mingħajr dewmien żejjed. L-għoli tal-ħajja mhix u m'għandix tkun kwistjoni ta' politika partiġġjana. Ejja ningħaqdu flimkien u tassew nindirizzaw din il-problema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021