Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum 61% biss tal-Laburisti jaqblu li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta l-elezzjoni YENDRICK CIOFFI "Jekk joqogħdu jdejquni ma neskludihiex. Jekk joqogħdu sejrin Joseph Muscat, Joseph Muscat, dan Joseph Muscat xi darba jrid iwieġeb." Hekk qal l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, filwaqt li aħar li għad hemm mewġa ta' appoġġ għalih mill-pubbliku. Madanakollu, għall-kuntrarju ta' dak li wieħed jimmaġina, jekk Joseph Muscat xi darba jiddeċiedi li jirritorna fil- politika u jikkontesta elezzjoni ġenerali, ma jfissirx li xi maġġoranza enormi ta' Laburisti se jilqgħuh mill-ġdid b'idejhom miuħa. Fil-fatt, sondaġġ xjentifiku tal- gazzetta ILLUM, magħmul minn Polar, wera kif 61% biss ta' dawk li se jivvutaw lill-Partit Laburista jaqblu li Muscat j e r ġ a ' jikkontesta elezzjoni ġenerali. Dan fl-istess waqt li 16% qalu ċar u tond li ma jaqblux u 23% oħra li ma kellhomx opinjoni dwar dan. Il-mistoqsija li għamlet il- gazzetta ILLUM kienet din: Taqbel li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta l-elezzjoni? Dan wara li fl-intervista tiegħu mat-Times of Malta, Muscat naqas milli jeskludi ritorn fil- politika jew li jikkontesta elezzjoni ġenerali, anke jekk mhux dik li se ssir fi it xhur oħra jew inkella f 'kariga ta' Mexxej Laburista. Kif wieħed jobsor, assolutament kontra kienu dawk li qalu li se jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Ftit inqas minn 3% biss qalu li jaqblu li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta. Kważi 89% huma assolutament kontra r-ritorn tal-eks Prim Ministru u kienu madwar 9% li ma weġbux għal din il-mistoqsija. Jekk wieħed jieħu l-persentaġġi globali, jirriżulta li it aktar minn 30% biss tal-elettorat Malti jaqbel li Joseph Muscat jerġa' jirritorna fil-politika. Kważi 50% huma kontra u madwar 20% ma weġbux. Interessanti wkoll il-persentaġġi ta' dawk li vvutaw lill- Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni ġenerali, jiġifieri l-elezzjoni li fiha Joseph Muscat kien għadu Prim Ministru u Mexxej Laburista. Minn dawn, huma it aktar minn 53% biss li wieġbu favur li Joseph Muscat jerġa' joħroġ għall-elezzjoni filwaqt li 23% huma kontra. Il-bqija ma weġbux. L-ebda appoġġ assolut fir-reġjuni .... Għawdex maqsum Jekk imbagħad wieħed iħares lejn ir-reġjuni, ma kien hemm l-ebda reġjun li fih kien hemm maġġoranza assoluta ta' votanti li jaqblu li Joseph Muscat għandu jikkontesta elezzjoni ġenerali, lanqas f 'dawk ir-reġjuni li jinkludu fost l-akbar fortizzi Laburisti. Jekk wieħed jieħu r-reġjun tax-Xlokk, li jinkludi lokalitajiet bħal Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, l-Imqabba, iż-Żurrieq u ż-Żejtun, huma madwar 43% tal-parteċipanti li jridu lil Joseph Muscat lura fil-politika. Ftit aktar minn 36% wieġbu kontra. Kif wieħed jista' jimmaġina, l-inqas appoġġ għal Joseph Muscat, jekk jitħajjar jikkontesta l-elezzjoni, ikun fir-reġjun tat-Tramuntana, li jinkludi lokalitajiet bħal San Pawl il-Baħar, il-Mosta u Ħal Għargħur. Ftit aktar minn 16% jridu lil Joseph Muscat jikkontesta filwaqt li maġġoranza assoluta ta' 68% huma assolutament kontra. Għall-kuntarju tar-reġjuni l-oħra kollha, Għawdex kien maqsum meta mistoqsi din il-mistoqsija. Ftit aktar minn 42% tal- Għawdxin jixtiequ jaraw lil Joseph Muscat jikkontesta elezzjoni, filwaqt li kważi 46% huma kontra. L-irġiel u ż-żgħażagħ l-aktar kontra r-ritorn ta' Muscat Anke bejn is-sessi u l-etajiet, ma kien hemm l-ebda appoġġ assolut għar-ritorn ta' Muscat fil-politika. Bejn l-irġiel u n-nisa, in-nisa huma l-aktar favur li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta l-elezzjoni, anke jekk it aktar minn 34% biss wieġbu iva. 47.8% wieġbu kontra. Fost l-irġiel, kienu it inqas minn 26% li jaqblu li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta l-elezzjoni filwaqt li l-maġġoranza, jiġifieri madwar 52% huma kontra. Fost l-etajiet, l-aktar kontra l-kandidatura ta' Joseph Muscat huma ż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u l-35 sena. Maġġoranza assoluta ta' 61% wieġbu kontra filwaqt li madwar 18% biss qalu li huma favur. Mill-banda l-oħra, il-maġġoranza (xorta mhux assoluta) ta' dawk li għandhom bejn il-51 u l-65 sena, jiġifieri madwar 43% jridu li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta elezzjoni ġenerali. Ftit aktar minn 37% wieġbu kontra. L-edukazzjoni għamlet differenza? Aktar ma' persuna rċeviet edukazzjoni formali, jiġifieri fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet edukattivi, aktar se tkun kontra li Joseph Muscat jikkontesta elezzjoni. Fil-fatt, kienu biss madwar 14% tal-parteċipanti li għandhom edukazzjoni terzjarja li wieġbu favur li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta elezzjoni ġenerali. Maġġoranza assoluta ta' 68% huma kontra r-ritorn tiegħu. Mill-banda l-oħra, fost il- parteċipanti li waqqfu sal-primarja, madwar 46% huma favur ir-ritorn ta' Muscat fil-politika u 40% huma kontra. Kemm fost il-parteċipanti li l-edukazzjoni formali tagħhom waqqfet sas-sekondarja jew il-post sekondarja, il-maġġoranza huma kontra li l-eks Prim Ministru jerġa' jikkontesta l-elezzjoni. Joseph Muscat irriżenja taħt pressjoni minn Prim Ministru f 'Jannar tal-2020 it ġimgħat biss wara l-arrest tan-negozjant Yorgen Fenech, li qed ikun akkużat bħala l-mandant tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fenech kien viċin persuni qrib ta' Joseph Muscat, fosthom l-eks Chief of Staff Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi li l-kumpaniji tagħhom fil-Panama kellhom jirċievu flus mill- kumpanija f 'Dubaj 17 Black, liema kumpanija s-sid tagħha huwa l-istess Yorgen Fenech. Muscat kien ikkritikat ukoll li żamm kuntatt ma' Fenech minkejja li kien jaf li huwa suspettat ewlieni fl-assassinju ta' Caruana Galizia. Muscat saħansitra stiednu għal riċeviment ta' għeluq sninu fil- Girgenti, fejn Fenech tah il-famużi tlett ifliexken inbid Petrus. Muscat dejjem qal li żamm kuntatt ma' Fenech għax ingħata dan il-parir mill-investigaturi biex Fenech ma jissuspettax li qed kien qed ikun investigat. ... 30% biss tal-elettorat Malti jaqbel li l-eks Prim Ministru jerġa' jikkontesta l-elezzjoni ġenerali Iva 60.75% Le 15.78% Ma nafx 23.47% Taqbel li Joseph Muscat jerġa' jikkontesta l-elezzjoni ġenerali? Dawk li se jivvotaw lill-Partit Laburista jwieġbu:

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021