Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. B'rispett kbir lejn l-umanità u b'valuri sodi lejn il-politika ekoloġika u ambjentali: il-Ħodor fil- Parlament Ewropew MARIANNA CALLEJA Fil-ġimgħat li għaddew din il- gazzetta tat ħarsa lejn l-alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) kif ukoll il- Partit Popolari Ewropew (PPE). Illum se nagħtu ħarsa lejn il- Partit tal-Ħodor - jiġifieri l-partit li jħaddan l-istess valuri tal-partit Malti l-ADPD. X'inhi l-istorja ta' dan il-partit? F'Malta l-Partit tal-Ħodor hu meqjus bħala partit żgħir iżda fil-Parlament Ewropew hu r-raba' l-iktar partit li għandu rappreżentazzjoni, b'74 Membru Parlamentari. Qablu insibu lil Renew Europe b'108 siġġu, lis- Soċjalisti b'154 siġġu u kif għidna fl-artiklu ta' qabel lill-PPE bil- maġġoranza ta' 182 siġġu. Fost dawk li twaqqfu riċentament, il-grupp tal-Ħodor ġie mwaqqaf fit-22 ta' Frar tal- 2004, fir-Raba' Kungress tal- Federazzjoni Ewropea tal-Partiti l-Ħodor (EFGP) f 'Ruma li għalih attendew aktar minn 1,000 delegat. L-ewwel għan tal-Ħodor kien il-kampanja elettorali tal-2004 għall-Parlament Ewropew. L-EGP mexxa l-ewwel kampanja elettorali fl-Ewropa li kellha motivi u slogans komuni fil-pajjiżi kollha tal-UE. Intant il-Ħodor kienu kkontestaw fl-elezzjonijiet tas-snin ta' qabel ukoll taħt forom oħra. Huma kienu l-ewwel ikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-1979 u kisbu rappreżentanza hemmhekk bħala parti minn grupp usa', l-Alleanza Qawsalla. Wara l-elezzjonijiet tal- 1989, il-Ħodor iffurmaw grupp parlamentari separat, il-Grupp Aħdar fil-Parlament Ewropew. Imnaqqsa fin-numri fl-elezzjonijiet tal-1994 il-Ħodor iffurmaw parti mill-Alleanza Radikali Ewropea, riżultat ta' suċċess fl- 1999 ippermettilhom jiffurmaw grupp magħqud mal-Alleanza Ħielsa Ewropea li tinkludi partiti reġjonalisti bħala membri (EFA). Bħala wieħed mill-partiti politiċi tal-UE, huma jaħdmu mal-partiti nazzjonali, l-ADPD fil-każ ta' Malta, u mal-membri tal-Ħodor eletti tal-Parlament Ewropew fi Brussell għal għan wieħed. Għal trasformazzjoni ħadra tal-Ewropa u tal-ekonomija tagħha b'enfasi fuq it-tibdil fil-klima u tisħiħ tad- drittijiet umani, fost oħrajn. Il-Partit li għadu magħqud mal-Alleanza Ħielsa Ewropea hu l-unika partit b'kopresidenza bilanċjata bejn is-sessi taħt it- tmexxija tal-MEP Ġermaniża Ska Keller u l-MEP Belġjan Philippe Lamberts. Il-Ħodor u t-tibdil fil-klima! Lill-Ħodor ħafna jassoċjawhom mal-ambjent, u bir-raġun! Fejn jidħol it-tibdil fil-klima, dan il- partit kien minn tal-ewwel li rrikonoxxieh bħala l-isfida ewlenija tal-pjaneta tagħna f 'dan is-seklu. Il- Ħodor kienu minn tal-ewwel ukoll biex jagħmlu pressjoni mhux biss fuq il-Kumissjoni Ewropea iżda wkoll fuq il-gvernijiet nazzjonali biex jieħdu kull pass neċċesarju u jintlaħqu l-miri klimatiċi. Dan il-partit jemmen fil- bżonn ta' enerġija rinnovabbli li tissostitwixxi, mhux tissupplimenta, il-karburanti fossili u l-enerġija nukleari. Għalhekk il-Ħodor kienu ħarġu b'numru ta' miżuri konkreti biex jitneħħew gradwalment sorsi ta' enerġija li huma jiddeskrivu bħala "qodma", mingħajr ma jiġu kkawżati problemi ġodda bħal faqar fl-enerġija. Fosthom insibu l-proposta li telenka l-importanza tat-tneħħija tal-impjanti nukleari u tal-faħam. Minflok il-Ħodor ipproponew l-enerġija rinnovabbli aċċessibbli għal kulħadd filwaqt li investituri, fondi u bliet inaqqsu r-rabtiet finanzjarji tagħhom mas-settur tal-fossil fuels billi jieqfu jinvestu fuqhom. Għaldaqstant il-Ħodor jemmnu wkoll li sabiex jilħqu l-miri tal- klima, hemm bżonn ukoll tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija u jiġu promossi modi sostenibbli ta' trasport b'mod speċjali trasport pubbliku u mobbiltà kondiviża (bike sharing, car sharing) li jagħmluna inqas dipendenti fuq il- mobilità motorizzata. Il-Ħodor u l-effetti tal-Covid-19! Il-pjanijiet nazzjonali ta' reżiljenza u rkupru li ddominaw il-maġġoranza tad-diskussjonijiet fil-Parlament Ewropew, għall- Partit Ewropew tal-Ħodor, jippermettu opportunità unika biex titwettaq tranżizzjoni ġusta għas-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika tan-nies fid- domanda tal-UE. Il-Ħodor kienu qablu mal- ehim tal-UE biex jinġabru 750 biljun ewro bħala parti mill-pjan ta' rkupru bl-isem 'Next Generation EU' li skont huma serva wkoll bħala mezz ta' unità bejn l-Istati Membri. Fil-fatt dan il-partit jemmen li dan il-pjan ta' rkupru jippermetti li l-impatt tal-pandemija jiġi mtaffi filwaqt li l-investimenti meħtieġa fil-kawża komuni li s-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna jsiru reżiljenti għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri. Bħala partit, huma jemmnu li l-UE għandha tassigura s-solidarjetà fil-qalba u f 'kull livell tal-irkupru. Apparti dan kollu, l-istess partit jemmen li dan il-pjan ta' rkupru It-tielet parti mill-artiklu fejn il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn il-gruppi Ewropej li jiddominaw il-Parlament Ewropew u li fuq kollox jolqtu l-iktar lilna l-Maltin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021