Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835
15 storja illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 għall-poplu Malti fil-21 ta' Settembru 1964? internazzjonali ma kienx pass kbir 'il quddiem imma għalina kien. Il-poplu seta' jħoss li hu wkoll għandu xi jgħid u kien jieħu gost jara l-Prim Ministri tiegħu fuq il-podjum jgħidu tagħhom l-istess kif kien jagħmel ħaddieħor. F'dan is-sens l-Indipendenza kellha tifsira politika. Għalkemm il-ġenerali tan- NATO mhux dejjem urewna r-rispett li kien dovut lejn pajjiż sovran, il-Gvernijiet ta' pajjiżi oħra kellhom jibdew jitgħallmu li Malta, minkejja iċ-ċokon tagħha u l-istorja tagħha ta' qaddejja tagħhom, kienet stat sovran u dan il-fatt kellu jiġi rrispettat. Ftit it dan ir-rispett kiber kif kibru r-rabtiet politiċi u ekonomiċi tagħna. Ftit it bdejna nagħtu l-kontribuzzjoni tagħna lejn kwistjonijiet internazzjonali, kontribuzzjonijiet li minkejja ma stajniex, bħal xi superpotenza, ninponuhom fuq id- dinja, urew li kienu siewja u ġew addottati. Stajna u għamilna l-għażliet tagħna u qatt ma bżajna lanqas nieħdu postna dwar l-imwejjed fejn jittieħdu id-deċiżjonijiet. Għalhekk, għalkemm f 'nofs il-lejl tal- 21 ta' Settembru ma nbidel kważi xejn sostanzjali, irqadna u qomna prattikament għall-istess ħajja li konna nafu, dan il-jum kien il-bidu ta' proċess li jekk jissarrafx tajjeb jew le kien jiddependi mill-kuraġġ u d-determinazzjoni jew in-nuqqas tagħhom ta' gvernijiet Maltin. Fil-fehma tiegħi nistgħu nifmhu dan il-jum jekk inħarsu lejh bħala l-bidu ta' proċess iktar milli xi jum li biddel Malta mill-lejl għan-nhar. F'dan is-sens l-Indipendenza kellha tifsira politika. Għalkemm il-ġenerali tan-NATO mhux dejjem urewna r-rispett li kien dovut lejn pajjiż sovran, il-Gvernijiet ta' pajjiżi oħra kellhom jibdew jitgħallmu li Malta, minkejja iċ-ċokon tagħha u l-istorja tagħha ta' qaddejja tagħhom, kienet stat sovran u dan il-fatt kellu jiġi rrispettat

