Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 filwaqt tagħlaq għajnejk biex tevitaha. 'Fil-ġungla urbana ssib iż-żerriegħa ta' ekonomija vjolenti' Diversi speċjalisti tal-iżvilupp urban, imnebbħin mill-ġustizzja soċjali, jikkummentaw dwar kif fil-ġungla urbana wieħed jista' jsib iż-żerriegħa u l-inkubatur ta' ekonomija vjolenti; ekonomija li tikkonċentra l-ġid u l-poter, titfa' il-mases f 'dejn perpetwu, tkeċċi lin-nies minn djarhom, tiġġentrifika mingħajr ma taħseb fil-konsegwenzi soċjali, tipprivatizza l-ispażji tal-poplu, u timmassimizza l-profitt mill-bini bl-istess loġika taċ-ċikkulata li dejjem tiċċekken fid-daqs biex jikbrilha l-profitt. Fejn l-Istat hu preżenti, jidħol biex irattab it-tisbita li tħalli l-ekonomija mibnija tas-suq. Fejn l-Istat huwa mmexxi mis-suq ħieles u mhuwiex preżenti soċjalment, ħafna jitħallew jiġbru l-frak mit-triq. Iż-żewġ tipi ta' Stati huma kompliċi fl-urbanizazzjoni selvaġġa u fit-tnaqqir tal- kwalità tal-ħajja urbana u domestika, għax it-tnejn jagħlqu għajnejhom għad-dittatura tas-suq li jfaqqar u għall-isfreġju ambjentali, li bħal ħabel ingassa qiegħed dejjem jagħfas ma' għonq is-soċjetà. L-effett psikoloġiku ta' ambjent urban li qiegħed jespandi u ta' ambjenti interni li jiċkienu proporzjonalment mal- ispekulazzjoni tal-art, huwa qasam studjat sew internazzjonalment. It-tiċkin tal-metri kwadri abitabbli huwa effett dirett ta' politika demografika li taqdi lis-suq b'aktar konsum u ta' politika ekonomika u fiskali li ħalliet il- prezzijiet tal-bini għal riħ is-suq, bil-prezz tal-bini jogħla ferm aktar mid-dħul medju tal-popolazzjoni, u ħafna aktar mid-dħul ta' faxxa kbira ta' nies fl-iskaluni t'isfel tas- soċjetà. L-iskemi li jidhru li qegħdin joffru krozzi fiskali lix-xerrej, huma sussidju għall- bejjiegħ li m'għandu l-ebda intenzjoni li jraħħas; skemi li jħajru u jittamaw lil kull min joħlom li jkollu l-post fejn jgħammar iżda li jħallu lill-kotra b'dejn perpetwu u kwalità tal-ħajja limitata. Min ma jiflaħx jgħix fil-kobor u min iċ-ċokon huwa sfurzat fuqu Filwaqt li hemm min iddejjaq jew ma jiflaħax aktar jgħix fil-kobor, irid jispekula għall-qliegħ mill-bejgħ tal-propjetà, irid jaħseb għal uliedu billi jċekken u jgħolli s-sulari, jew jgħix waħdu, ħafna huma dawk li ċ-ċokon tal-post hija għażla sfurzata fuqhom. Il-ħajja minjatura, kif inhi magħrufa l-ħajja f 'ambjenti interni dejjem jiċkienu, sikwit midfuna f 'ambjent mibni ffullat, bi it dawl tax-xemx, bla ebda spazju komuni jew aħdar, f 'toroq mibnija għal djar ta' żewġ sulari, u b'ebda ġnien jew spazju għal- logħob fil-viżta tal-għajnejn, hija ħajja li taf toffri sfidi soċjali u psikoloġiċi serji. Bi it privatezza, x'aktarx taħt id-dawl artifiċjali, u bil-gallarija, l-unika spazju miuħ tal-binja, ħafna drabi meħud miċ-ċilindru tal-gass, l-apparat tal-arja kundizzjonata u xi ħbula tal-inxir, il-ħajja f 'dawn l-ispazji tista' tkun sedentarja u klawstrofobika. L-għejxien fi spazji żgħar huwa marbut xjentifikament ma' rati ogħla ta' vjolenza domestika, anqas privatezza, anqas spazji għall-istudju, anqas produttività skolastika, u aktar stress. Ir-riċerka ta' Kimberly Rollings u Gary Evans, biex insemmi studju wieħed minn ħafna fil-qasam, sabet rati ogħla ta' dipressjoni, solitudni, pressjoni għolja u rati baxxi ta' suċċess akkademiku fost tfal li jgħixu fi spazji żgħar. Skont ir-riċerkaturi msemmija, dan kollu jista' jkun effett dirett ta' nuqqas ta' spazju personali; spazju li jgħin lit-tfal jaħarbu minn kuntatt dirett kontinwu ma' membri oħra tal-familja. Ta' tħassib kbir, skont ir-riċerka, huwa l-fatt li ħafna mill- kundizzjonijiet emozzjonali, psikoloġiċi u karatterjali li jiżviluppaw, b'effett dirett jew indirett tan-nuqqas ta' spazju, jibqgħu jintirtu fl-istadji kollha ta' ħajjet il-bniedem. L-effett ta' ħajja fi spazji limitati jaf ikun dejjiemi. Fuq in-naħa l-oħra tal-munita, il-ġenituri li jrabbu fi spazji limitati għandhom tendenza li jħossuhom aktar stressjati, jorqdu anqas, u jistgħu jkunu aktar aggressivi lejn uliedhom. Skont l-aħħar riċerka, l-agressjoni fuq it-tfal minn ġenituri taħt stress ekonomiku, soċjali u emozzjonali, f 'ambjent fiżiku żgħir u skomdu, huwa fenomenu li żdied fil-kuntest tal-pandemija. L-effett tal-urban dejjem kabbari fuq il- viżjoni tad-dinja, speċjalment fuq it-tfal li jgħixu f 'familji bi dħul baxx u fi kwartieri ffullati, interessa lil bosta kittieba tul is- snin. Luciano Bianciardi, ġurnalist u awtur Taljan ta' stejjer qosra, jirrakkonta storja ta' tfajjel minn Milan li qatt ma kien ħareġ mill- ambjent tal-belt. Darba qalulu li se jiħduh fil-kampanja u bdew jispjegawlu s-sbuħija li kien mistenni jara, fosthom ta' bhejjem li jirgħu fil-wisgħat ħaddara. Dlonk it-tifel staqsa jekk kienx se jara iljunfanti. Għat- tifel, lil hinn minn Milan kien kollu l-Afrika. 'Aħna lkoll ikkundannati li ngħixu ta' mandraġġara' B'reazzjoni għall-iżvilupp urban bla rażan li kien qiegħed iseħħ f 'dik li titqies bħala t-tieni rivoluzzjoni industrijali Taljana, bejn is-sittinijiet u sebgħinijiet tas-seklu għoxrin, Pier Paolo Pasolini, id-direttur tal- film, kittieb, poeta u intellettwali pubbliku, attakka bl-aħrax it-tkissir tal-forma urbana minn bini bla ħajja, prevedibbli u sikwit abbużiv. Studju tal-ideat li joħorġu mill- produzzjoni letterarja u ċinematografika tiegħu, juru li Pasolini kien dejjem jimbotta l-idea li l-urban għandu dejjem jiżviluppa mill-għarfien ekoloġiku. Nostalġija? Utopija? Żgur li la l-qassisin il-kbar tal- politika Maltija u lanqas is-slaten tal- iżvilupp ma wrewna s-sensittività Pasolina. Għalhekk, se jkollna nibqgħu nittraxxendu l-kruha tal-ambjent mibni tagħna billi nieħdu l-parir ta' Italo Calvino u noħolmu fi bliet inviżibbli. Sadattant, lura fl-art, aħna lkoll ikkundannati li nibqgħu ngħixu, fi kliem Gużè Chetcuti, ta' mandraġġara. Skont l-aħħar riċerka, l-agressjoni fuq it-tfal minn ġenituri taħt stress ekonomiku, soċjali u emozzjonali, f'ambjent fiżiku żgħir u skomdu, huwa fenomenu li żdied fil- kuntest tal-pandemija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021