Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 mhux jitkażaw biż-żagħżugħ Malti li bil-kriminal korrott li għadu jiġri barra' Spegat li bħala partit, diskussjonijiet fl-intern diġà saru eżempju fuq suġġetti bħall-abort iżda għadhom isiru s'issa. Intant hi staqsiet lura, "qabel ma naqbdu nagħtu bejnietna fuq l-abort, mhux aħjar naħsbu fuq l-istat ta' edukazzjoni sesswali f 'pajjiżna?" Fi it kliem hi rrakkontant kif bħala tifla u issa mara li marret fi skola tal-bniet, ma taqbilx kif issir l-edukazzjoni sesswali. Il-fatt li skont hi l-edukazzjoni sesswali f 'Malta ma tinkludix definizzjoni ċara ta' kunċett ta' kunsens u kontraċezzjoni b'xejn għal kulħadd u minflok studenti jitgħallmu l-astinenza mhux reali. "Minn punt medjuevu se naqbżu mal- ewwel fuq l-abort ... ħa nikkreaw konfużjoni sħiħa għas-soċjetà." Kien f 'dan il-punt fejn il-konverżazzjoni daret fuq il-kwoti tan-nisa fil-Parlament Malti. Ammettiet li biex dawn is-suġġetti, jixprunaw ruħhom aktar, narawhom aktar u anke ninormalizzawhom u jiġu diskussi jrid ikun hemm il-vuċi tal-mara aktar b'saħħitha fil-Parlament. "Mhux ngħid li l-irġiel ma jistgħux jitkellmu fuqhom imma ovvjament xi drabi jkollok bżonn lenti ta' mara" Mistoqsija jekk hi hijiex favur il-kwoti tal- Parlament hi immedjatament qalet li mhux naraw is-sistema ħolistika u kif se taffettwa l-kultura ta' pajjiżna fis-snin li ġejjin. Fil-fatt hi qalet li bħala soluzzjoni temporanja mhix perfetta iżda għalissa taqbel magħha, u fuq din spjegat f 'aktar dettall. "Il-problema hi li jekk intawluha, għalija hemmhekk qed timplika li n-nisa ma jistgħux jiksbu suċċess weħidhom u bilfors irridu nrawmuhom." Hija elenkat l-importanza li ninnormalizzaw in-nisa fil-politika biex ma tibqa' qatt tkun "ta' darba" li jkollna mara fil-poltika, iżda skontha xorta mhux naraw l-istampa kollha. Il-gazzetta għafset fuq xi tfisser għaliha "l-istampa kollha", u hawn Borg Bonello fetħet fuq il-fatt kif numru ta' nisa ma jidħlux għall-politika minn jeddhom. Bħala eżempji ta' problemi li tiltaqa' magħhom mara hi semmiet, il-ħinijiet innifishom tas-seduti, li l-Parlament mhux jopera fuq bażi full-time u l-fatt li fil-Parlament m'hemmx child care, u "dan f 'pajjiż fejn għadu jitqies responsabbiltà tal-mara li tieħu ħsieb it-tfal." Spjegat ukoll kif kwoti bħal dawn ma jwasslux biex isewwu l-problema kompletament speċjalment jekk poltiċi rġiel jappellaw lill-votanti biex jieħdu l-vot huma, "la darba mara xorta se titla' bla vot." "Temporanjament kellna bżonn xi ħaġa radikali biex nimbuttaw lin-nisa fil-politika, imma jekk intawluha nkunu qisna qegħdin ngħidu lin-nisa tagħna li ma jistgħux jaslu weħidhom." 'Kif jista' jkun jien jew ħaddieħor fix-xena politika, niddettaw azzjonijiet daqsekk intimi' Rigward is-suġġett tal-ewtanasja, Eve Borg Bonella qalet li ż-żewġ naħat tal-argumenti għandhom punti validissimi. Innotat li l-argumenti huma mmotivati minn esperjenzi tal-passat li bosta għaddew minnhom ma' familjari, ħbieb jew oħrajn. Deskritta minnha bħala kwistjoni sensittiva u kontroversjali li eventwalment twassal għal ħajja jew mewt, Borg Bonello sostniet li dan mhu post l-ebda politiku biex ideffes kliem malizzjuż u għanijiet politiċi personali. "Issa aħna kif nittrataw il-politika Maltija qisha logħba futbol. Kulħadd iżeffen il-paroli fin-nofs mingħalih se jirbaħ xi vot. Issa kif se nħallu dawn l-istess politiċi jmexxu din it-tip ta' diskussjoni?" Hi rrekomandat li diskussjonijiet bħal dawn għandhom jinfetħu għal djalogu ma' esperti tal-etika, akkademiċi speċjalment dawk fil- qasam tas-saħħa. "Kif jista' jkun jien jew ħaddieħor fix-xena politika,nidettaw azzjonijiet daqsekk intimi u personali bħal din" Repubblika, Occupy Justice u l-PN L-aħħar diskussjoni kienet fuq l-għaqdiet ċivili li dan l-aħħar bħal donnhom qed jiddominaw il-ġurnali u l-aħbarijiet tagħna aktar minn qatt qabel. Hi ddeskriviet lill-għaqdiet non- governattivi bħala s-sinsla tas-soċjetà, li jservu ta' importanza fix-xena politika u lil hinn. Minkejja dan hi ċċarat li għalkemm xi drabi l-Partit Nazzjonalista ħadem magħhom f 'xi ċirkostanzi, xorta kulħadd iwieġeb għalih personali. La l-partit jirrispondi f 'isem l-għaqdiet jew għaqda speċifika u lanqas bil- kontra. Mill-wiċċ sinonimu tal-protesta tal-2019 għat- tmexxija ta' Team Start fi ħdan il-PN Eve Borg Bonello bdiet l-avventura tagħha permezz ta' Lovin Malta, fejn ta' 14-il sena hija kitbet artiklu dwar il-kampanja 'VOTE 16'. Minn hemm bdiet tinvolvi ruħha ma' għaqdiet ċivili iżda wkoll mal-Partit Nazzjonalista. L-ewwel dehra tagħha fix-xena politika kienet propju fl-2018 bħala kelliema fil-laqgħa tal-Kunsill ġenerali tal-partit u mbagħad sena wara fl-istess avveniment. Fl-2019, bħala studenta u bl-ebda rabta ma' Repubblika jew Occupy Justice stess, hi tkellmet fil-protesta tal-2019. Min-Novembru tas-sena l-oħra hi bdiet tmexxi Team Start bħala president, kif beħsibha tagħmel għalissa. Għalkemm mhux fil-pjanijiet tagħha li tidħol bħala kandidata fl-elezzjoni li jmiss, Borg Bonello temmet tgħid, "li nista' nwiegħed żgur li dejjem se naħdem biex inkun ta' servizz għal pajjiżi."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021