Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 Ivan Bartolo Xewqa ta' Kordin b'dinjità! D an l-aħħar id-diskussjoni dwar il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kompliet għad- dejja b'diversi reazzjoni- jiet u stejjer. Diversi stejjer huma xokkanti u jkun żball kbir jekk is-soċjetà tinjorahom, għas-sem- pliċi raġuni li qed nitkellmu fuq bnedmin bħalna li qegħdin jiskon- taw pieni. Pereżempju qatt mhu aċċettabbli li persuna tidħol il-ħabs biex tirriforma ruħha u minflok toħroġ minn hemm kadavru. Id-dixxiplina trid tkun, imma jekk nixtiequ ngħinu lil dawn il-persuni jirriformaw ruħhom, irridu ndawru l-Faċilità ta' Kordin f 'waħda kostruttiva li tħares il-ġid sħiħ ta' kull individwu u tas-soċjetà li ngħixu fiha. Għalhekk il-Faċilità trid tinbidel f 'ċentru ta' akkumpanjament u tagħlim li jwassal lil dawn il-persuni biex apparti li jpattu għal ħsara li wettqu, ikunu jistgħu jitgħallmu mill-iżbalji tagħhom u jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa biex meta joħorġu mill-Faċilità jkomplu b'ħajjithom b'mod indipendenti u jkunu ta' kontribut siewi għas- soċjetà in ġenerali. L-istorja u ċ-ċirkukstanzi li jgħaddu minnhom il-persuni li jinsabu fil-Faċilità ta' Kordin hija ħafna drabi delikata u kumplessa ħafna. Kull każ huwa partikolari. F'dan il-kwadru, għalhekk ma nistgħux nużaw l-istess miżuri għal kulħadd, daqlikieku lkoll huma l-istess. Biex il-miżuri jkunu effiċjenti u ta' benefiċċju għal min jinsab fil-Faċlità ta' Kordin, kif ukoll għas-soċjetà tagħna, irridu nitilqu mis-sitwazzjoni partikolari tal-persuna u mhux mill-miżura. Hija l-miżura li trid twieġeb u taddatta ruħha għall-ħtiġijiet tal-persuna u mhux bil-kontra. Għalhekk, l-ewwel jeħtieġ nimu ċ-ċirkustanzi li wasslu biex persuna tikser il-liġi, biex il-miżuri, li jiġu mfassla, jkunu tassew tweġiba benefika u jilħqu l-iskop tagħhom. Nimu ċ-ċirkustanzi ma jfissirx li niġġustifikaw il-ħażin u l-ħsara li jkunu saru. Irridu wkoll naħdmu fuq dawk il-kundizzjonijiet li jwassal lil xi wħud għall-kriminalità, għax inkella se nibqgħu infallu ma' dawn ħutna u l-istorja se tibqa tipproduċi aktar kriminali. Bniedem abbandunat, soċjalment eskluż, li ma jkollu xejn u l-ebda spazju fis-soċjetà, faċli jiżviluppa frustrazzjoni, rabja u sentimenti anti-soċjali li jwassluh biex ikun ta' ħsara għalih innifsu u għal dawk ta' madwaru. Mill-banda l-oħra, il-ħabs m'għandux ikun "a holiday resort" imma lanqas m'għandu jkun post ta' vendikazzjoni u umiljazzjoni. Jidher li s-sistema fil-Faċilità llum, hija bbażata fuq il-biżà u mhux fuq il-kunċett ta' riabilitazzjoni. Dan iseħħ taħt l-iskuża tad-dixxipplina. Donnu hemm il-ħsieb li biex teduka trid tbeżża. Pereżempju, x'qed jieħu minnha, priġunier għarwien f 'ċella bħala kastig? L-istatistika qed turi rekord ta' mwiet u li dan huwa frott sistema li tumiljak u tneżżgħek mid-dinjità ta' bniedem. Dawn l-istess u ħafna aktar qed joħolqu ansjetà u suspetti li qed jitfgħu l-istituzzjoni tal-ħabs f 'dell ikrah. Donnu l-famuża rħama kontroverżjali tneħħiet mill- ħabs, imma l-ħsieb li kien hemm fuqha, għadu hemm. Wieħed irid jiem li fil-ħabs għandek taħlita ta' problemi, uħud minnhom kumplessi, li jirrikjedu interventi varji u f 'waqthom jekk verament irridu naraw "Kordin" isir post li jirriforma l-bnedmin fil-veru sens tal-kelma. Imma sfortunatament għal kuntrarju u biex inkomplu nidhru awtorevoli, priġunier ġdid u li jkun għadu dieħel, jintefa f 'diviżjoni numru 6. Ir-riċerka turi li l-ewwel żmien fil-ħabs huwa żmien iebes, li jista' jwassal għad- disperazzjoni u l-periklu li jagħmlu suwiċidju. B'dak kollu li qed nisimgħu, (u nażżarda ngħid b' responsabilita' li min jaf xi stejjer għad hemm u li għadhom misturin), bla dubju jġiegħluna nistaqsu elf domanda. Għax filwaqt li tixgħel bozza ħamra, għal xi wħud donnu kollox miexi kif suppost. ħaliex l-Avukat Ġenerali ma tridx tippubblika l-inkjesti fuq dawn l-imwiet li seħħew dan l-aħħar? Is-suġġett waqt sessjoni ta' Kumitat tas-Social Affair Committee f ' Mejju li għadda, kienet dwar is-sistema fil-ħabs illum, li fiha nfisha ma tagħtiex futur.Persuna mill-membri fil- kumitat meta semgħet dak kollu, ippruvat traqqa' l-pannu bil-qargħa aħmar billi tgħid li fil-ħabs illum ma jsibux droga. Kont pront għedtilha li fil-ħabs ma jiħdux droga, għax ma jsibuhiex u mhux għax għelbu l-vizzju. L-NGO's li huma attivi f 'dan il-qasam ma jistgħux jibqgħu siekta quddiem dan kollu. Għal kuntrarju jridu jkunu huma li jixprunaw l-pajjiż biex isiru t-tibdiliet meħtieġa biex Kordin isir il-post li jagħti tama, jagħti dinjita' u viżjoni għal futur b'raġġ dawl. Attenzjoni partikolari għandha tingħata fejn jidħlu t-tfal minħabba l-assenza fit-tul ta' ġenitur, għax qed jiskonta sentenza l-ħabs. L-impatt fuqhom jaf ikun negattiv. Tfal f 'din is-sitwazzjoni jirrikjedu appoġġ mill-istituzzjonijiet governattivi u mill-NGOs infushom biex ma jsofrux minn xi trawma u biex il-ħsara psikoloġika li jista' jsoffru tkun minima jew saħansitra evitata għal kollox. Jidher ċar li l-ħabs sar għal kollox inadegwat għal ħtiġijiet tal-lum. Minbarra l-iffullar, il-faċilitajiet bażiċi ma jweġbux għall-bżonnijiet u jistgħu jkunu ta' periklu għas-saħħa. Il-mod kif inhuma strutturati xi ċelel lanqas biss iħarsu l-iġene bażika. 70% tal-ħabsin ġejjin mit-toroq. Meta ngħidu mit-triq jiġifieri li dawn kienu qed jgħixu barra, taħt xi ponr jew ġo xi binja. Għalhekk nisħqu li l-Faċilità għandha tkun il-post li tagħti dinjità u tama għal futur aħjar lil kull bniedem. Id-dinjità tingħata wkoll b'affarijiet sempliċi bħal xi inċentivi li jinkoraġixxu lill-ħabsin iżommu ċ-ċella nadifa u b'korsijiet interessanti fosthom bħal kif wieħed jgħix ħajja sana u jieħdu ħsieb il-ġid ħolistiku tiegħu u tal-oħrajn. Akkumpanjament bħal dan huwa utli l-aktar għal meta l-persuna toħroġ lura fis-soċjeta biex tibda paġna ġdida fil-ħajja tagħha. B'xi mod trid tinstab soluzzjoni biex minn joħroġ mill-ħabs ma jispiċċax fit-triq, b'ta' fuqu senduqu. Dwar dan tkellimt kemm-il darba fil-Parlament, imma sa issa waqa' fuq widnejn torox. Min m'għandux indirizz ma jistax ikollu karta tal-identità. Mingħajr il-karta tal- identità ma jistax japplika għall- ebda għajnuna soċjali u lanqas jista' jiaħ kont il-bank. Idealment jekk wieħed hu bla saqaf fuq rasu l-assistenza soċjali jirċeviha fil-kont bankarju u mhux f 'ċekk, biex wieħed jevita li jiġi misruq jew li jberbaqhom mill- ewwel. Jista' jsir ehim ma' xi bank partikolari biex jiffaċilita u jassisti li dawn il-persuni jiħu kont il-bank, anke jekk hemm bżonn b'użu restrittiv, biex tal-inqas wieħed jirċievi l-għajnuna soċjali jew meta jsib xogħol jkollu fejn jirċievi l-paga. Lura għal dak li qed jiġri fil-ħabs neħtieġu persuni professjonali li mhumiex involuti fil-Ħabs u jitħallew jagħmlu awditjar tal-Ħabs b'mod liberu, biex fl-aħħar mill- aħħar issir dik ir-riforma li Maltin ta' rieda tajba jixtiequ li xi darba jaraw. Xi darba ... Ivan Bartolo huwa kelliem tal-Oppożizzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021