Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835
20 opinjoni IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Peppi Azzopardi Carmel Cacopardo Peppi Azzopardi huwa ġurnalist, xandar u opinjonista Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Inħarsu l-ODZ Il-Gvern għandu jaħfer id-djun tal-partiti K ważi kulħadd, illum il-ġur- nata jaf li l-ittri ODZ ifissru "outside the development zone", jiġifieri barra miz-żo- na tal-iżvilupp. Ir-regoli u r-reg- olamenti tal-ippjanar diġà jħarsu l-ODZ. Hi l-Awtorità tal-Ippjanar flimkien mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li għandhom din ir-re- sponsabbiltà. Kull meta jsiru proposti biex jiżdied il-ħarsien tal-ODZ, ifisser biss li l-miżuri attwali ta' ħarsien mhux qed jitwettqu sewwa. Fil- prattika jfisser ukoll li l-awtoritajiet maħtura mhux qed jagħmlu xogħolhom u li l-kontrolli fis-seħħ mhux jiffunzjonaw! L-ippjanar dwar l-użu tal-art hu minnu nnifsu kontroversjali għax jinvolvi għażliet, ħafna drabi għażliet diffiċli. Anke deċiżjonijiet żgħar, ukoll iħallu lill-uħud iddiżappuntati: aħseb u ara deċiżjonijiet maġġuri li jkollhom impatti konsiderevoli fuq bosta. Li tiddetermina n-natura tal- iżvilupp permissibli u l-limiti tiegħu hu mill-iktar kontroversjali. Dan rajnieh iseħħ quddiem għajnejna huma u jkunu fformulati l-pjani lokali ħmistax-il sena ilu u iktar waqt l-implimentazzjoni tagħhom. Il-pjani lokali jistgħu jkunu wieħed minn żewġ tipi: jistgħu jkunu ċari ħafna u riġidi b'mod li jispeċifikaw eżatt x'għandu jsir bla ebda eċċezzjoni. F'dan il- każ ikun jeħtieg li dawn ikunu aġġornati regolarment biex jirriflettu l-aspettattivi raġjonevoli tal-komunità. Minflok, il-pjani lokali jistgħu jkun flessibli, b'mod li jipprovdu soluzzjonijiet differenti għal ċirkustanzi differenti. F'dan il-każ il-proċess ta' interpretazzjoni hu wieħed kruċjali: jeħtieġ li jkun wieħed konsistenti. F'kull każ, dan kollu hu dipendenti fuq li jkollok persuni ta' integrità li jamministraw l-affarijiet. Tul is- snin id-dibattitu pubbliku żviluppa b'mod li kien hemm qbil li l-politiku għandu joqgħod lura milli jinvolvi ruħu fil-proċess tal-ippjanar. Sfortunatament ma sarx hekk għax il-politiku għażel persuni oħrajn biex jaġixxu f 'ismu, imma kontinwament jassigura ruħu li jibqa' jikkontrolla hu, bir-remote control! Dawk li jiffurmaw parti mill- proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet kienu "persuni ta' fiduċja" lesti biex jagħmlu li jgħidulhom u dan sfortunatament xejjen l-iskop kollu tar-riformi li saru tul is-snin. Dan rajnieh iseħħ quddiem għajnejna. Fost dawn "il-persuni ta' integrità" li appuntaw fuq il-bordijiet insibu aġent tal-propjetà, jirreklama żvilupp li għadu ma sarx u li kien għad irid japprova hu. Dan weħel multa sostanzjali dwar ħasil ta' flus u bħalissa għaddej bi proċeduri kriminali dwar iktar akkużi ta' ħasil ta' flus! Din hi l-vera problema tal- ippjanar fl-użu tal-art f 'Malta u tal- ħarsien tal-ODZ: l-għażla ta' dawk li se mjieħdu d-deċiżjonijiet! Qabel ma din tissolva ser jibqa' jsir it-tħarbit. Tul it-tliet snin li għamilt naħdem fl-uffiċċju tal-verifika tal-Awtorità tal-Ippjanar kelli l-opportunità li niem dan ferm iktar u dan billi eżaminajt numru mhux żgħir ta' każijiet. Il-lobbying favur jew kontra deċiżjoni speċifika tal-ippjanar hi parti integrali mill-proċess kollu. Dan jista' jagħmel il-ġid jekk ikun dokumentat kif imiss u jkun ikkunsidrat bis-serjetà. Imma jekk l-argumenti jsiru bil-ħabi u bis- segretezza jew bit-tfesfis fil-widnejn, jista' jwassal għal deċiżjonijiet ħżiena u anke għall-korruzzjoni. Tul is-snin kellna numru ta' professjonisti tal-ippjanar li ġew imwarrba għax kienu kompetenti iżżejjed! Ma ġewx imwarrba għal raġunijiet politiċi. Li dawn ġew imwarrba kellu effett doppju: intilfu professjonisti validi imma bihom ingħatat twissija lill-bqija. Xejn ma hemm allura għax niskantaw li l-bqija jimxu mal-kurrent: għax hekk jaqbel! F'dawn iċ-ċirkustanzi hu ċar li ma hemm l-ebda futur għal ippjanar raġjonevoli dwar l-użu tal-art sakemm il-politiku jibqa' jiġbed l-ispag: fid-deher jew fil-moħbi. L-irwol tal-politika u tal-politiku hu li jistabbilixxi direzzjoni politika u li jara li jkunu allokati r-riżorsi meħtieġa. L-implimentazzjoni, iżda, għandha titħalla f 'idejn min hu mħarreġ biex jagħmel dan ix-xogħol. Dan sfortunatament bħalissa jidher li hu holm! K ienu ħafna dawk li tkażaw meta l-gimgħa l-oħra ħarġet l-aħbar li l-Partit Laburista u l-Partit Nazz- jonalista għandhom jagħtu miljuni f 'taxxa u Vat. Il-partiti politiċi mhux qegħdin hemm biex jagħmlu l-flus iżda biex jagħmlu l-ġid. Mingħajr il-partiti aħna nkunu qed ngħixu f 'ġungla fejn min jiflaħ iħawwel u min ma jiflaħx jitħawwel. Hemm mijiet ta' nies li wara x-xogħol imorru jgħinu kuljum lill- partit u ma jieħdu xejn, u ma jippretendu xejn, ma jitolbu xejn. Ejja ngħidu, għas-saħħa tal-argument, li waħda mill-NGOs il-kbar li jagħmlu ħafna u ħafna ġid ma' persuni fil-bżonn, għandha tagħti żewġ miljuni ewro f 'taxxa. Din mhijiex veru imma biss eżempju. Ejja ngħidu li din il-ġrajja ssir pubblika. Taħsbu li se jibdew jgħajru lill-NGO kif għajru liż-żewġ partiti? Liż-żewġ partiti għajruhom bħala "maa, korrotti, dinożawri." Le, lill-NGO mhux se jgħidulha hekk. Anzi għall-NGO, mhux talli ma jkunx hemm tgħajjir, imma jkun hemm diversi li jitkażaw kif il-Gvern qed jinsisti li din l-NGO tħallas żewġ miljuni f 'taxxa u VAT. "Jagħmlu daqshekk ġid, għaliex ma jagħtuhomx bħala donazzzjoni?" Żgur li hekk kien jiġri. Allura għala l-partiti le? U dik il-problema f 'dan il-pajjiż. Minħabba it politikanti/ħallelin li daħlu fil-politika biex isiru sinjuruni, jeħel magħhom kulħadd. Mhux sewwa. Il-maġġoranza tal-politiċi huma persuni onesti li daħlu fil-politika mhux biex jagħmlu l-flus imma biex jagħmlu l-ġid. Issa biex ikunu qed ngħidu kollox, kważi l-NGOs kollha huma ssusidjati mill-Gvern. U allaħares le għax kieku kollha għalqu u telqu 'l hemm. Bid-donazzjonijiet biss żgur mhux se jkollhom biex iħaddmu professjonisti li jgħinu lill-klijenti b'mod professjonali. U allura jekk l-NGO, biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ġdid, jissussidjahom il-Gvern, għaliex lill-partiti li jagħmlu ħafna ġid, ma jkunux issussidjati mill-Gvern ukoll? Kif nippretendu li l-partiti joffru dan is-servizz 18-il siegħa kuljum mingħajr ebda għajnuna ta' xejn. Illum ix-xogħol tal-partiti ma jistax jibqa' abbażi ta' voluntiera. Impossibbli. Illum il-partiti għandhom l-impjegati full-time li jiswew il-miljuni fis-sena. Minn fejn se jġibu l-flus biex iħallsu lill-ħaddiema, biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl, biex jixtru l-apparat, jaġġornaw maż-żminijiet u jagħmlu r-riċerka? Possibbli rridu li l-partiti tagħna jibqgħu tallaba? Mhux ovvja li ma għandhomx minn fejn iħallsu t-taxxa u l-VAT u l-kontijiet. Għax dawn kellhom jużawhom biex iħallsu lill-ħaddiema u l-bqija. Mhux talli ma għandnix nitkażaw li l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista ma ħalsux it-taxxi u l-VAT, imma talli għandna nitolbu lill-Gvern biex jaħfer parti sostanzjali mid- djun li l-partiti għandhom mal-istess Gvern u jqishom bħala arretrati li l-Gvern kellu jagħti lill-partiti u għadu sa issa jittrateni. Il-Gvern għandu immedjatament jibda jissusidja lill- partiti politiċi biex ikunu jistgħu jħallsu l-pagi u l-ispejjeż amministrattivi. Il-ġid li jagħmlu l-partiti politiċi f 'Malta jiżboq il-ġid kbira li jagħmlu l-NGOs kollha f 'pajjiżna.