Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa fuq il-programm Xtra fuq TVM il-kittieb Trevor Zahra esprima l-opinjoni tiegħu dwar it-tagħlim tal-Mal- ti. B'mod speċifiku dwar it-tagħlim tal-Malti fl-iskejjel fil-livell primarju u sekondarju. Kien ċar u ma tantx dahar mal-lewża. Saħaq li t-tfal ma jistgħux jitgħallmu u jiktbu Malti tajjeb jekk ma jitkellmux u ma jaqrawx bil-Malti. Insista li fit- tagħlim tal-Malti, 'il-focus' li qed jisħaq fuqu l-kurrikulu, mhuwiex biżżejjed. Qal li hemm wisq enfasi fuq it-tagħlim tal-grammatika u tar-regoli. Fi kliemu, dan kien qed iwassal biex ħafna tfal ma jkunux jafu jitkellmu Malti tajjeb. Min illum għandu t-tfal, ma jistax ma jaqbilx miegħu. Tibqa' mistgħaġeb bil-livell għoli ta' grammatika mitlub mingħand tfal li lanqas biss jafu jitkellmu bil-Malti. Ħafna mit-tagħlim huwa iebes wisq għal dawk it-tfal li jew ma jafux il-Malti tajjeb jew inkella, għalihom, il-Malti huwa daqs lingwa barranija. Trevor Zahra stqarr li kważi qed isibha diffiċli jikteb kotba għat-tfal għax ħafna mit-tfal illum huma nieqsa mill- vokabularju. Fi kliemu, huma nieqsa minn dik l-esperjenza li twassalhom biex jitgħallmu u fuq kollox jifhmu kliem ġdid li jiltaqgħu miegħu. Mhijiex biss problema tas-sistema imma anke ta' soċjetà li qed tgħix ċirckustanzi differenti – dipendenza fuq il-mobajl, inqas qari, ambjent urbanizzat u kultura fejn l-Ingliż huwa meqjus ħafna aktar important mill-Malti. Huwa ċar li l-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana tagħmel tajjeb li tagħti każ x'qed jgħid Trevor Zahra. Il-karba tiegħu hija l-karba ta' ħafna ġenituri u għalliema. Ħafna edukaturi jridu bilfors jirrispettaw il-kurrikulu għall-primarja u s-sekondarja tal-Malti u ma jippruvawx jgħallmu l-Malti bi stil differenti li forsi jattira aktar lit-tfal tagħna. Il-politiku għandu jagħraf din ir-realtà u jaħdem biex l-affarijiet jinbiddlu biex aktar Maltin jitgħallmu jitkellmu Malti korrett u jiktbuh tajjeb ukoll. • • • U jekk kien hemm punt saljenti li qal Zahra kien l-argument fuq l-identità Maltija. Filwaqt li ħares lejn il-lingwa bħal parti integrali mill-identità Maltija, argumenta li hemm żewġ aspetti oħra li ma jistgħux jintesew. L-ewwel huwa l-ambjent Malti, li safa ikkalpestat u mormi. Mingħajru m'aħna xejn, argumenta Zahra. U t-tieni aspett huwa l-apprezzament u l-għarfien għall-isfond tal-istorja tagħna, b'mod speċjali l-għeruq storiċi tagħna fil-Kristjaneżmu. Dawn huma fatturi li jagħmluna Maltin. Kemm huwa importanti li l-argumenti u l-osservazzjonijiet ta' persuni li tant għandhom maturità u għerf, jiġu apprezzati aktar. It-tagħlim tal-Malti fl-iskejjel tagħna

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021