Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

Sharon Calleja 25 rakkont illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 M a riedx jemmen lil għajnejh. Kien qed jaħseb li kien qiegħed joħlom. Hekk kif kienu qegħdin fuq is-sufan ta' din id-dar kbira, bilqegħda maġenb xulxin qishom xi żewġ statwi tal-bronż, it-tnejn iżommu kafe' f 'idejhom. Fil-bidu kien ser jgħidilha. Kien ser jgħidilha li ma ried xejn mingħandha. Li ma riedx ikellimha. Li ried jitlaq 'l bogħod. Dak li kienet għamlitlu, dak kien kbir wisq. U issa. Kienu gerrbu s-snin. Kienet għaddiet eternita'. U hu, hu kien għadda ħajtu bejn erbgħa ħitan. Jibki xortih. Jibki ħajtu. Mhux ġust! Hi kienet gawdiet ħajjitha kollha! Kien ser idur u jitlaq jiġri 'l bogħod. Iżda saqajh ma tawhx. Moħħu kien qed jgħidlu ħafna affarijiet koroh. Iżda qalbu kienet qiegħda tinterpellah sabiex jibqa' hawn. Jibqa' jħares lejha hekk kif kienet qiegħda b'rasha baxxuta lejn l-art. Hekk kif kienet qiegħda tipprova tara kif setgħet toħroġ minn din il-biċċa li kienet daħħlitu fiha. "Għalfejn għamiltli hekk Graziella?" sab leħnu, hekk kif għafas idejh mal-porċellana tal- kikkra taħraq ta' misħun imħallat bil-kafe' f 'idejh b'nofs kuċċarina zokkor imdewwba fih. Għolliet ħarsitha. U f 'dak il-mument induna li t-tapit ta' taħtha kien imtektek bid- dmugħ. Tapit abjad persjan sabiħ, pariġġ l-għamara. Hi donnha kienet għexet ħajjitha fil-lussu. Donnha kienet sabet xortiha. Hekk sew! Imma għajnejha kellhom uġigħ kbir ġo fihom. U donnha anke hi kienet qiegħda tagħfas il-kikkra mingħajr ma tinduna li kienet qiegħda tinstamat. "Mhux tort tiegħi!" qaltlu b'leħen baxx ħafna bilkemm tinstema'. "Imma inti.............kollox f 'idejk kien! Għandek idea minn xiex għaddejt jien? Għandek idea jew le?" Jekk trid ngħidlek kollox! Jekk trid ngħidlek kemm batejt ġo dik iċ-ċella mingħajr liberta! Mingħajrek! Belha! Dak li inti belha! Ried jgħajjat. Isabbat. Ikisser. Iżda baqa' hemm qisu fellus ħelu minn dawk tal-kina. Jistenna biex jara x'ser tgħidlu. "Ridtek tiġi hawn biex ngħidlek taħfirli. Kont naf li ħriġt," kompliet tgħidlu bejn snien mheżża ma' xulxin. Imbagħad ħadet bela' kafe' u dehret tkemmex moħħha għax kien għadu jaħraq. "Imma, Graziella, inti ma tistħix titlobni skuża?" staqsieha b'leħnu miksur. "Inti gdibt! Għedt li jiena.........għedt li jiena............." Lanqas biss felaħ jgħid il-kelma. "Abbużajtni." "Għalfejn? Għalfejn? Ma stajtx niem! Kont inti stess li ridtni. Inti kont ġrejt warajja! Inti ridtni nħobbok!" qam bilwieqfa jgħajjat u l-kikkra waqgħet mal-art, itebba' t-tapit persjan abjad bil-kannella skur likwidu tal-kafe'. "Imma missieri........" "Missierek qatt ma missu ndaħal bejnietna! Taf kemm ilni hemm jien! Taf kemm ilni!" nfexx jgħajjat magħha, jipprova jneħħi l-uġigħ tas-snin kollha li kienu akkumulaw fuqu. "Ħmistax-il sena ħabs u tlett snin arrestat weħilt jien! Għax inti kont minorenni u allajbierek żammejtek kontra l-volonta' tiegħek!" kompla jgħidilha. "Twanny, jiena bqajt inħobbok." Skiet. Il-kamra waqgħet fi skiet li kont taqtgħu b'sikkina. Dan il-mument. Kien għamel dawn is-snin kollha jistenna dan il-mument. Imma issa li kien wasal, kien qed iħossu differenti. "Inti miżżewwġa?" staqsieha b'leħen indifferenti. Ma kienx jaf kif kien qed iħossu. Kellu l-istonku għoqla waħda. Ma weġbitux. "Graziella, għidli, inti miżżewwġa?" Għajnejha u għajnejh iltaqgħu u baqgħu fissi f 'ta' xulxin. Imbagħad għamlitlu iva b'rasha. Bilmod. Bilmod. "Qed nara mela kemm bqajt taħseb fija." Dar biex joħroġ 'l barra u ħatfitlu spallejh. Ġibditu lejha. U hu ried. Iva, ried iħossha miegħu wara dawn is-snin kollha wkoll. Dawwar idejh magħha malajr u ġibidha lejh f 'tgħanniqa waħda. Xagħarha kien ifuħ. Ġisimha kien jinħass perfett marsus ma' tiegħu. Ġisimha u ġismu flimkien. Hekk kif suppost kellhom ikunu dawn l-aħħar snin kollha. Iżda d-destin kien ried mod ieħor. "Bqajt inħobbok wara dak kollu li għamiltli." "Irridek taħfirli. Kont għadni żgħira, mhux tort tiegħi." "Kemm ilek miegħu?" "Ħames snin." "Jieħu ħsiebek?" "Iva." "Għandek tfal?" U nġibdet lura. Bdiet timsaħ id-dmugħ u tħares lejh. "Għandek tfal jew m'għandekx?" "Jien ma kellix irġiel oħra ħliefek u ħliefu." "Graziella, m'intix tweġibni!" U dak il-ħin instema' l-bieb tal- kamra jinfetaħ. Ingħalaq. Passi. Twanny ħa nifs u dar iħares lura. Fil-bidu ħaseb li kien ser jara lil Simone li kienet ħarġet mill-kamra aktar kmieni sabiex taparsi tagħmel kafe' lilha stess ukoll. Jew lir-raġel tagħha. Imma ma kien ħadd minnhom. Ġuvni. Twil. Sabiħ. Wiċċu daħqan. Xagħru folt u skur. "Ara wasalt............." qal dan il-ġuvni lil Graziella, b'tonalita kunfidenzjali. "Ma." Eeeeee, mela kellha tifel! Kellha tifel ukoll! U hu, hu x'kien qed jagħmel hemm? Baxxa rasu lejn l-art, jistħi jħares lejhom. Dawn kienu familja. U hu. Hu ma kien ħadd. Hu kien ħati. Ħati talli kien ħabbha. Ħati talli kien għamilha tiegħu. U ħati talli kien aċċetta li jiġi hawnhekk wara dak kollu li kien ġara. "Ser inħallikom jien," qal lil Graziella, isellmilha u jċaqlaq naqa rasu lejn dan il-ġuvni wkoll. "Jien issa ġejt. Min hu dan, ma?" staqsa dak il-ġuvni lil Graziella. "Ħabib antik tiegħi." Kieku kien għadu jħoss daqs dak iż-żmien ta' meta kien daħal il-ħabs, dawn il-kliem kienu jweġġgħuh. Iżda issa le. Illum le. Illum kien sar tal-azzar. Mexa lejn il-bieb, qabad il-pum u ħareġ minn ġol-kamra. Simone kienet qiegħda hemm fil-kuritur, tħares lejh b'mod tassew stramb. "Għalfejn ġibtni hawn?" staqsieha b'mod pjuttost raff. "Għax kien hemm bżonn li tiltaqa' magħhom." "Ma kienx hemm bżonn niaħ ferita li kienet ingħalqitli." "Tiegħek ingħalqet. Imma tagħha le." "X'inti tgħid? X'ferita għandha hi?" staqsieha kważi b'ħalqu miuħ. Tajba wkoll! Wara li kienet gidbet.......... "Erġa' idħol hemm ġew Twanny u lil dak il-ġuvni staqsieh x'jismu u kemm għandu żmien." Għal mument stennieha tidħaq. Din kienet qiegħda tiċċajta. Żgur mhux forsi. Iżda xi ħaġa qaltlu li hekk kellu jagħmel. Dar bilmod lejn il-kamra. Għal mument, saqajh kienu ser jogħtru. Fetaħ il-bieb bilmod. Graziella u dak il-ġuvni kienu qegħdin bilqegħda maġenb xulxin fuq is-sufan. It-tnejn li huma kellhom id-dmugħ f 'għajnejhom. Twanny ma fehemx mill-ewwel. "Int kemm għandek żmien?" staqsa lil dak il-ġuvni li kien qed iħares lejh b'xuejh jirtogħdu. "Tmintax-il sena magħluqa." "U x'jismek?" "Jien jisimni..............Twanny." "Jien ma kellix irġiel oħra ħliefek u ħliefu." Leħen Graziella beda jidwi f 'widnejh. "Twanny, min hu missierek?" staqsieh Twanny bilkemm jinstema'. "Ommi qiegħda tgħidli li inti missieri. Qatt ma kont iltqajt miegħek qabel. U kienet tgħidli li la jasal il-mument, narak." Twanny ħass saqajh jogħtru. "Għalfejn qatt ma ġejt tgħidli?" staqsa Twanny lil Graziella, bid- dmugħ nieżel minn ma' wiċċu. "Għax jiena kont il-ħatja mhux inti. Jiena gdibt. Jiena missni nqfilt hemm ġew flokok. Inti m'intix ħati, Twanny." Ħati (Ir-raba' parti minn erbgħa)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021