Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Refuġjat f'Malta issa se jkun jista' japplika għal xogħol barra minn xtutna Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Il-Membri Parlamentari Ewropej lesti li jagħtu approvazzjoni finali għar-riforma tal-karta l-blu Ewropea. Karta li tagħmilha aktar faċli għall-ħaddiema kkwalifikati lil hinn mill-Ewropa biex jaħdmu fl-Unjoni Ewropa MARIANNA CALLEJA Persuna li rċeviet ażil jew protezzjoni minn pajjiżna, eżempju refuġjat, se jkun jista' japplika sabiex jaħdem u jgħix f 'pajjiżi oħra mhux Malta. Dan jista' jseħħ biss ladarba tingħata l-approvazzjoni għall- arranġamenti fuq l-iskema tal- Karta l-Blu tal-Unjoni Ewropea. Din jaf isir realtà fil-futur qrib hekk kif il-ġimgħa li għaddiet, Membri Parlamentari Ewropej qalu li huma lesti jagħtu l-approvazzjoni tagħhom. Din il-karta hi pjuttost differenti minn dik li nafu aħna l-Maltin, din il-karta la se tintuża għall-assigurazzjoni tas-saħħa u lanqas minn persuni b'diżabbilità sakemm ma jkunux minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea. Din il-karta, li daħlet fis- seħħ mill-aħħar tal-2009, tiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (u l-membri tal- familja tagħhom). Dan filwaqt li tgħinhom jsibu impjieg grazzi għal kwalifiki għolja li diġà jkollhom fl-Istati Membri tal-UE. Fl-aħħar snin, b'mod speċjali wara l-2016, ġew innotati diversi arranġamenti li setgħu jsiru fil- każ ta' din il-karta. Speċjalment wara li ġie nnotat li din l-iskema ma ġibditx biżżejjed ħaddiema, bi 36,806 karti blu biss maħruġa fl-UE fl-2019, bil-maġġoranza joħorġu mill-Ġermanja. Għaldaqstant kien għalhekk li seħħet reviżjoni u issa permezz tal-approvazzjoni tal-MEPs jista' jseħħ dik li huma qegħdin isejħu bħala "l-unika bidla leġiżlattiva fuq dan il-livell fil-qasam tal- migrazzjoni legali tax-xogħol fis- snin riċenti." Tliet bidliet prinċipali fl-iskema tal-Karta Blu, x'inhuma? Saru tliet tibdiliet prinċipali fl-iskema tal-Karta Blu, l-ewwel waħda tevolvi ma' kriterji aktar flessibbli għad-dħul finanzjarju. Dan għaliex il-limitu tas- salarju għall-applikanti tnaqqas b'100% minn tal-inqas sa' 160% tas-salarju gross medju annwali fl-istat membru tal-impjieg (mill-minimu ta' 150% kurrenti mingħajr limitu massimu). L-għan ta' din il-bidla fl-iskema huwa li tassisti persuni impjegati u li l-paga tagħhom ma taqbiżx dik tax-xogħol il-ġdid li se japplikaw għalih, biex japplikaw xorta waħda. Din twassal għat-tieni bidla. Taħt ir-regoli riveduti, l-applikanti se jkollhom jippreżentaw kuntratt ta' xogħol jew offerta ta' xogħol ta' minimu ta' sitt xhur kif ukoll evidenza ta' kwalifiki ogħla jew ħiliet professjonali. Bħalissa l-applikanti huma offruti kuntratti ta' 12-il xahar jew aktar biss. Intant se jkun ukoll possibbli li jiġu attestati ċerti tipi ta' kwalifiki professjonali, bħal fis-settur tat- teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, permezz ta' prova ta' esperjenza tax-xogħol li japplikaw fih. L-aħħar bidla prinċipali hi, aktar drittijiet mhux biss għall- benefiċjarji iżda wkoll għall- familji tagħhom. Id-detenturi tal-Karta Blu tal-UE se jkunu jistgħu jmorru jgħixu fi stat membru ieħor wara perjodu inizjali ta' 12-il xahar fil- pajjiż li l-ewwel tahom il-Karta Blu. Din il-bidla se tippermeti li benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali - bħal refuġjati - se jkunu jistgħu japplikaw ukoll għal Karta Blu tal-UE fi stati membri għajr dak fejn irċevew ażil jew status ieħor ta' protezzjoni. Biex inkunu tajna eżempju, refuġjat f 'Malta se jkun jista' japplika għall-Karta l-Blu u eventwalment jaħdem u jgħix f 'pajjiżi oħra mhux Malta. Huma se jibbenefikaw ukoll jekk jerġgħu jingħaqdu ma' membri tal-familja tagħhom. Permezz ta' proċeduri ta' riunifikazzjoni aktar mgħaġġla u aċċess għas-suq tax- xogħol għall-membri tal-familja li jakkumpanjawhom li applikant jiltaqa' mal-familja tiegħu se tkun aktar faċli. Iktar informazzjoni dwar il- Karta l-Blu tal-Unjoni Ewropea F'Mejju tal-2021, in- negozjaturi tal-Parlament u tal- Kunsill qablu dwar reviżjoni tad- direttiva tal-Karta Blu li ħarġet fl-2009. Dawn l-arranġamenti kienu proposti oriġinarjament mill-Kummissjoni Ewropea fl-2016. Skont il-Kummijsoni Ewropea, din se tkun l-unika bidla leġiżlattiva fil-livell tal- Unjoni Ewropea fil-qasam tal- migrazzjoni legali tax-xogħol fis- snin riċenti. Il-persuni li jagħmlu użu mill- Karta l-Blu se jkunu jistgħu jiċċaqilqu aktar faċilment lejn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea sena wara li jkunu ħadmu fil- pajjiż li fih ikunu l-ewwel darba. Il-familja tagħhom tkun tista' takkumpanjahom ukoll f 'dan il- każ. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirrifjutaw li jġeddu l-applikazzjonijiet għal Karta Blu fejn hemm theddida ppruvata għas-sigurtà pubblika. Qabel ma joħorġu kard, l-Istati Membri se jkunu jistgħu wkoll iqisu l-kundizzjonijiet fis-suq tax-xogħol domestiku tagħhom, pereżempju qgħad għoli. Il-Karta Blu tagħti lill- ħaddiema b'kwalifiki għolja minn barra l-Unjoni Ewropea d-dritt li jgħixu u jaħdmu fi kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad- Danimarka u l-Irlanda. Il-vot għadu jittieħed matul is-sessjoni plenarja f 'Settembru li ġej.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021