Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 'Il-Libja jeħtieġ tibqa' fuq quddiem tal-aġenda tal-Ġnus Magħquda' - PM Abela Waqt l-indirizz tas-76 Laqgħa tal-Ġnus Magħquda il-Prim Ministru Robert Abela ħeġġeġ lill-mexxejja internazzjonali biex il-futur tal-Libja jibqa' fuq quddiem tal-aġenda tal-Ġnus Magħquda, favur stabilità u paċi. Huwa qal li l-komunità internazzjonali jeħtieġ tipprovdi għajnuna biex tassigura li t-tranżizzjoni tkun waħda ta' suċċess għall-poplu Libjan, ir-reġjun u l-kontinent Afrikan, kif ukoll għad-dinja. Huwa saħaq li hemm bżonn li l-pajjiżi membri tal-Ġnus Magħquda jkomplu bi pjanijiet li juru determinazzjoni u l-impenn lejn futur sostenibbli. Abela ħeġġiġhom ukoll biex ikomplu b'impenn sħiħ għall-irkupru mill-pandemija Covid-19 għal dinja aktar sostenibbli, ugwali, reżiljenti u inklussiva. Il-PM Malti qal illi hemm bżonn ta' imbuttatura tal-ogħla livell biex ċerti effetti ħżiena tal-pandemija u r-riċessjoni globali jkunu indirizzati, filwaqt li d-dinja tmur lura għat-triq li kienet ħadet biex twettaq l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli. Dwar il-Bidla fil-Klima l-Prim Ministru Robert Abela fakkar li din hija sfida globali li jeħtieġ tiġi indirizzata u li dwarha jeħtieġ tittieħed azzjoni qabel ikun tard wisq. "Malta hija kommessa li tassigura li l-vuċi ta' dawk il-pajjiżi li l-aktar se jintlaqtu mit-tibdil fil-klima jinstema' u se tkompli taħdem kontinwament u b'mod attiv fl-istrutturi tal-Ġnus Magħquda u ma' stati membri oħrajn biex tqajjem għarfien dwar il- bżonnijiet u l-kapaċitajiet ta' dawn il-pajjiżi. Huwa qal li jrid illi Malta tkun fuq quddiem, lesta biex taqsam l-esperjenza ta' diġitalizzazzjoni u dikarbonizzazzjoni u "filwaqt li qed tiffaċċja sfidi fir- rigward tal-infrastruttura kritika, fl-istess waqt tista' turi kemm hija effettiva s-soluzzjoni bbażata fuq il- komunità." Dwar l-Afganistan il-Prim Ministru esprima appoġġ għal dak li qalet il-Ġnus Magħquda, jiġifieri li l-komunità internazzjonali jeħtieġ tingħaqad biex tassigura li l-Afganistan ma terġa qatt tintuża bħala pjattaforma għat-terroristi. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo fakkar lill-komunità Maltija fi New York li Malta tinsab fit-28 post - fost l-aħjar fid-dinja - fl-oqsma tas- saħħa, l-edukazzjoni u l-livell tal- għixien. Huwa qal li Malta għalhekk hija aħjar minn nofs il-pajjiżi tal- Unjoni Ewropea u aħjar minn 160 pajjiż ieħor f 'dinja ta' 193 pajjiż. Il-Ministru Bartolo kien qed iżur lill-kommunità Maltija fiċ-Ċentru ta' Astoria fi New York. Huwa rringrazzja lill-emigranti Maltin u Għawdxin għax-xogħol li jagħmlu u qalilhom li għandna nkunu kburin li aħna l-Maltin u l-Għawdxin bnejna lil pajjiżna biex Malta tista' tkun daqshekk 'il quddiem f 'setturi daqstant kruċjali. "Il-Maltin kollha, Laburisti u Nazzjonalisti, ħadmu biex Malta tiġi aħjar. Mhux Laburisti jew Nazzjonalisti, kulħadd ħadem biex Malta tiġi aħjar," saħaq il- Ministru Bartolo. Kompla jgħid illi bl-għaqal u s-sagrifiċċju il- Maltin li emigraw lejn New York bnew dan iċ-ċentru 40 sena sena ilu u baqgħu jmexxu. "Għandna kommunità Maltija u Għawdxija bieżla u onesta, b'Maltin li ilhom 50 sena li emigraw għax fil-gżejjer Maltin ma kienx hemm xogħol għalihom. L-ewwel Malti li nafu bih emigra lejn New York fl-1829," qal il- Ministru Bartolo. 'Fost l-aqwa fid-dinja fis- saħħa, edukazzjoni u livell ta' għixien' - Il-Ministru Bartolo lill-Maltin fi New York

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021