Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Studenti fil-klassi, bil-maskra jew le? Iwieġbu l-għalliema u l-ġenituri … u int x'taħseb? 'Imma sir kemm baqalna bil- maskra?' 'Żgur li għall-ġid tagħna sir?' L-istudenti jidhru mxebbgħin mill-maskra? Imma fid-dawl tal-miżuri l-ġodda għas- sena skolastika l-ġdida, t-tfal tiegħek tridhom bil-maskra jew mingħajr? L-ILLUM tiddiskuti …. MARIANNA CALLEJA Tidħol fuq il-midja soċjali u tidnuna li wasalna fis-sena skolastika, u jerġa qalb ir-riklami tal-karti u l-pitazzi din is-sena tfaċċat petizzjoni wkoll. Rajtuha din? "Ma nagħmlux l-ilbies tal- maskri obbligatorju l-ġurnata kollha fl-iskejjel ta' Malta." Motivata mill-miżuri l-ġodda li ħareġ il-Ministeru tal- Edukazzjoni għas-sena skolastika li ġejja, din il-petizzjoni turi kif numru ta' ġenituri ma jaqblux li jibgħatu lit-tfal tagħhom bil- maskri l-ġurnata kollha. Min- naħa l-oħra ssib lill-Ministru Justyne Caruana li tgħidlek li m'hemm l-ebda ċans li titħarrek il-liġi sakemm ma tingħatax il-kelma mill-awtoritajiet tas- saħħa. L-ILLUM tkellmet ma' għalliem li jaqbel li t-tfal jibqgħu bil-maskri f 'kull ħin u ma' omm li kienet fost dawk li fetħu l-petizzjoni, biex b'hekk il-gazzetta tesplora ż-żewġ naħat tal-ispettru. Dawn il-ġenituri m'humiex jinsew li għadna bil-pandemija tħuf warajna iżda l-argument tagħhom xorta jelenka numru ta' punti interessanti. Skont huma t-tneħħija tal-maskri, għallinqas meta t-tfal ikunu bilqiegħda, toffri numru ta' vantaġġi. "Ir-riċerka turi li t-tneħħija tal-maskri ssaħħaħ il-ħila li nikkomunikaw u ninterpretaw man-nies." L-ewwel argument li qiegħed joħroġ b'saħħa f 'din il-petizzjoni hu li l-maskra qed tkun ta' ostaklu fejn tidħol komunikazzjoni speċjalment fl-ewwel snin ta' edukazzjoni bħal l-ewwel u t-tieni sena fil-primarja u anke iżgħar. F'dawn is-snin bikrin fil-ħajja ta' student ċkejken, hu jitgħallem mhux biss kif jikteb u jaqra iżda ukoll jiġu żviluppati numru ta' ħiliet sempliċi bħal kif taqra emozzjoni, kif taqra xuejn persuna waqt li titkellem u l-fonika ta' kelma. Hawn fejn il-maskra qed tantagonizza, skont dawn il-ġenituri. Skont din l-omm, li xtaqet tibqa' anonima, li titneħħa l-maskra fil-klassi, se tkun qed tagħmel l-emozzjonijiet aktar ċari filwaqt li ttejjeb ir-rabta bejn it-tfal u sħabhom flimkien mal-edukaturi tagħhom. 'Sajf mimli attivatijiet b'inqas protokolli u każi fost it-tfal ma żdidux' Huma qalu li t-tfal jilbsu il-maksri fil-klassi huma inġusta u qabblu l-klassi ma' sitt persuni bilqegħda f 'ristorant jieklu, inkluż tfal. Il-gazzetta rrimarkat ukoll lill- omm li dawn it-tfal, speċjalment ta' gruppi ta' età iżgħar, b'differenza mis-sitt persuni mingħajr maskra f 'ristorant, għad iridu jiġu mlaqqma u allura dan il-paragun ma jreġix. Filwaqt li jirrikonoxxu l-fatt li t-tfal għad iridu jiġu mlaqqma, partikolarment dawk iżgħar, l-omm stqarret li huma konxji wkoll li l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika f 'Malta enfasizzaw ripetutament li hemm riskju baxx ħafna ta' tfal jew żgħażagħ li jimirdu serjament u li jeħtieġu l-isptar minn infezzjoni bil- virus COVID-19 b'riskju saħansitra aktar baxx ta' mewt. "Matul ix-xhur tas-sajf, it-tfal ipparteċipaw f 'ħafna attivitajiet fuq il-bajjiet, f 'ristoranti u waqt attivitajiet sportivi, b'inqas protokolli ta' sigurtà milli qed jiġi propost għall-iskejjel - u dan ma wassalx biex il-każi fost it-tfal jiżdiedu." L-omm sostniet li issa l-istess tfal li gawdew dawn l-attivatajiet qed jintalbu jibqgħu bil-maskra l-ġurnata kollha f 'ambjent li jirrikjedi li joqogħdu waħedhom, bid-distanza soċjali u bi it attivitajiet li jippromwovu l-interazzjoni. Skont dawn il-ġenituri, t-tfal qegħdin iħħalsu prezz ikraħ f 'termini ta' impatt edukattiv, soċjali, emozzjonali u psikoloġiku permezz ta' maskra li tintlibes fit-tul fl-iskola. 'Nixtiequ nsibu bilanċ aħjar bejn is-sigurtà tat-tfal tagħna u l-benesseri tagħhom fl-iskola' Minkejja dan kollu li intqal, x'inhuma jissuġerixxu li jsir dawn il-ġenituri? Għax fuq kollox ma nistgħux inħallu lit-tfal jiġru u jitħħaltu qisu qatt ma kien xejn. L-ewwel ħaġa li spjegat l-omm hi li huma jixtiequ li jinstab bilanċ bejn is-sigurtà ta' uliedhom u l-benesseri tagħhom fl-iskola. Hi spjegat li qabel ma saret il-petizzjoni huma rreferew għar-rakkomandazzjonijiet tal- Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li jiddikjaraw li l-ilbies tal-maskra fi tfal taħt it-12-il sena huwa avżat meta "hemm trasmissjoni mifruxa fiż-żona fejn joqgħdu t-tfal." Fil-fatt ħarsa ta' malajr lejn in-numri li ħarġu fl- aħħar xahar juri li fortunatament, dan ma jidhirx li huwa l-każ f 'Malta. "Nixtiequ li l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jgħinuna nimu liema kriterji se jużaw biex jitneħħa l-ilbies tal-maskra - għallinqas meta t-tfal ikunu fuq l-iskrivanija tagħhom. L-immunità u t-trasmissjoni baxxa ma jidhrux li huma fost dawn il-kriterji." Hi tenniet kemm il-darba li huma favur protokolli oħra ta' sigurtà li diġà huma maħruġa bħas-sistema tal-bubbles fil-klassi, l-ilbies tal-maskra f 'żoni komuni inkluż fuq it-trasport tal-iskola, distanzi soċjali u ħarġiet limitati. Dan filwaqt li japprezzaw l-isforzi kollha qed isiru biex titrażżan it- tixrid tal-Covid-19 fost it-tfal fl- iskejjel. "Għalkemm ir-ritorn għal esperjenza ta' skola normali jista' ma jkunx rakkomandabbli għalissa, it-tneħħija tal-maskri meta l-istudenti jkunu bilqiegħda tidher li hija talba raġonevoli, fiċ- ċirkostanzi favorevoli preżenti." "Turi t-tħassib tagħna li ġenwinament nixtiequ li wliedna jkunu sikuri iżda jkollhom sena inqas restrittiva minn dik ta' qabel" Wara din il-petizzjoni m'hemm ħadd ħlief grupp ta' ġenituri ġejjin minn kull qasam tal-ħajja u professjonijiet li ingħaqdu flimkien biex jistaqsu għaliex il-miżuri ta' sigurtà fl-iskejjel baqgħu l-istess bħas-sena l-oħra. "Ir-reazzjonijiet kienu tal- għaġeb. Aktar minn 2,300 firma f 'għaxart ijiem juru li hemm aktar li ġenwinament jixtiequ li wliedhom ikunu sikuri imma jkollhom sena inqas restrittiva minn dik ta 'qabel." Mistoqsiija x'inhuma xi argumenti opposti li ltaqgħu magħhom hi bdiet b'ġenituri li qalu li l-ilbies tal-maskra naqqas b'mod sinifikanti l-mard respiratorju fil- klassi. Sostniet li dejjem hu aħjar li ma jkollokx mard, speċjalment fix-xhur tax-xitwa, iżda "għandna wkoll naċċettaw li mard respiratorju minuri, eżempju riħ komuni huma parti mill-ħajja li kien hemm qabel il-Covid-19 u li se jibqgħu magħna wara wkoll." Argument ieħor li qam favur l-ilbies tal-maskri l-ġurnata kollha huwa li t-tfal adattaw sew għaliha. "Aħna nħossu li ma ngħatawx verament għażla, u sempliċement għax imxew mar-regoli ma jfissirx li huma kuntenti. Qed nissuġġerixxu biss aġġustament għar-regola tal- ilbies tal-maskra u mhux it-tneħħija tal-ilbies kollu tal-maskra fl-iskejjel." 'L-awtoritajiet mhux iqisu l-importanza tal-immunità u t-tramissjoni baxxa fil-komunità meta jħallu lit-tfal bil-maskri' - omm ikkonċernata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021