Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374
19 opinjoni illum • IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 Roberta Metsola Kun il-bidla M eta jkollna ħafna x'nagħmlu spiss ngħidu 'dejjem għad- dejjin minn ħaġa għall-oħra'. Ħafna drabi din l-es- pressjoni tintrabat ma' affarijiet li bħal donnhom jagħtu indikazzjo- ni ta' pressjoni fil-ħajja tagħna ta' kuljum, jew ta' tgergir. Izda din hi espressjoni li tindika ritmu ta' tib- dil, li nagħmlu affarijiet differenti, li nbiddlu għall-aħjar, li nagħmlu minn kollox biex inlaħħqu ma' affarijiet differenti. Din hi wkoll l-esperjenza tiegħi fil-laqgħat u l-kuntatti li jkolli man-nies, l-aktar fil-house visits. Kont għand familja Ħaz- Żebbuġ u l-missier beda jitkellem dwar il-bidliet li għaddew minnhom fl-aħħar ftit xhur fid-dar tagħhom. Qalli li t-tfal qed jikbru u allura kellhom ibidlulhom il-kmamar tagħhom biex ikollhom spazju aħjar għall-istudji tagħhom, fil- kwiet. B'entuzjazmu beda jgħidli kif it-tifla se tibda l-istudji post-sekondarji tagħha filwaqt li t-tifel kien sejjer il-middle school. Familja ta' bdiewa qaluli kif qed ibiddlu l-mod kif jaħdmu r-raba'. Qed juzaw aktar it-teknoloġija. Qed izidu l-produzzjoni u b'hekk qed ikabbru aktar frott u ħxejjex. Żgħazugħ ta' 21 sena qalli li qed iwarrab xi ħaġa mill- paga li għandu bit-tama li jkun f 'pozizzjoni li jbiddel il-karozza tiegħu biex taħdem bl-elettriku. "Irridu nagħmlu xi ħaġa fuq il-climate change. Irridu nbiddlu" qalli. Mort inzur sid ta' negozju li kien għadu kemm ġej minn bank. Irid jieħu loan biex inbiddel il-ġeneru tan-negozju għaliex jixtieq jara kif izid id-dħul finanzjarju bi prodotti ġodda. Bidla ta' ġid għal dawk għeziez għalik Meta tagħsar dak li qaluli dawn l-esperjenzi li ltqajt magħhom tinduna li għandhom ħaġa waħda komuni. Jemmnu fil-bidla. Jemmnu f 'bidla għal-aħjar. Iridu l-bidla u qed jieħdu azzjoni. Ħasbu kif jistgħu ibiddlu u qed jaġixxu. Minn ħaġa għall-oħra għalihom tfisser opportunita' ta' bidla, u bidla għall-ġid biex il-ġejjieni jkun aħjar. U hekk hu l-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista f 'kull bidla dejjem jara opporunita u mod ġid u aġġornat biex kemm jista' jkun kull persuna, u pajjizna jimxu 'l quddiem. Nemmnu fi spinta ġdida għal pajjizna. Bidla għall-prezent u ġejjieni aħjar. Bidla li tkun mibnija fuq il-ħafna tajjeb li għandna f 'pajjizna. Bidla u proposti ġodda biex dawn jirriflettu aktar il-bidliet soċjali u ekonomiċi. Għaliex pajjizna mhux statiku. Ma ngħixux go bozza. Jekk ma nirriflettux ir- realtajiet ġodda, uħud maħluqa minna stess f 'pajjizna u ohrajn gejjin minn barra, inkunu qed nissugraw li naqgħu lura. Agħti sehemek fil-bidla Il-Partit Nazzjonalista qed idur fuqek, irridu li inti tkun parti minn bidla – KUN IL-BIDLA. Is-sejħa li jagħmillek il-Partit Nazzjonalista hi "Kun il-Bidla". F'dawn l-aħħar ġimgħat il-Partit Nazzjonalista ressaq quddiemek u quddiem l-elettorat proposti li jvarjaw mill-enerġija għal Għawdex, mill-ambjent għall-edukazzjoni, mill-industrija għan-negozji … Proposti li saru għaliex iltqajna, smajna, għarbilna dak li għidtilna u nkorporajna dak li smajna f 'sensiela ta' proposti. Il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel proposti li jagħmlu differenza għall-ħajja tan-nies. Proposti ġodda għal bidliet Fil-Partit Nazzjonalista dejjem emmen li l-ekonomija tagħna tiddependi ħafna mis-sidien tan-negozji zgħar u medji. Huma l-mutur tal-ekonomija tagħna. Kapaċi jaddattaw, ikunu flessibbli u jirrispondi għall-bzonnijiet ġodda tal-konsumaturi. Izda bħalma huma jfittxu li jimxu 'l quddiem, hekk ukoll għandhom jiġu mgħejuna fil-mixja tagħha. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista qiegħed jipproponi li bħala bidu, fl-ewwel sena, jitwaqqaf fond ta' €40 miljun biex jassisti u jindirizza l-problemi maħluqa mill- insularita' tal-gzira. Il-fatt li kollox jiddependi mill-ajru u l-baħar biex jasal Malta joħloq pressjoni u spejjez u dawn iridu jigu indirizzati jekk irridu li l-familji jgħixu kwalita' ta' ħajja tajba u li nibqgħu kompetittivi. Proposti oħra li għamel il- Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem huma dwar l-edukazzjoni tat-tfal u l-kundizzjonijiet tal- għalliema, l-ambjent u s-saħħa mentali. Hemm aspetti fejn ma tistax u m'għandekx tiffridhom minn xulxin. Irridu li l-iskejjel u kull opportunita' edukattiva għall-istudenti fejn jitgħallmu kif jitgħallmu jsir f 'ambjent li jilqgħek, li ma joħloqx pressjoni, li jagħtihom uħ u spazju fejn jistgħu jimirħu u jikbru mentalment u fizikament u jakkwistaw ħiliet ġodda. Mill-house visits li nagħmel dejjem nibqa' meraviljata bl-ideat li jkollhom in-nies. Ħaġa minn ewl id-dinja għaliex kulħadd ikollu x-xewqa li jbiddel għall- aħjar. Aħna rridu li l-ebda idea ma tintilef u għalhekk il-Partit Nazzjonalista jrid jisma' l-bidliet li tixtieq int. Idea, suġġeriment ta' bidla waħda, għandha l-ħila tagħmel id-differenza fil-ħajja ta' mijiet ta' nies. Iktbilna fuq www.kunilbidla.com Robert Metsola hija l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew u Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Għat-tfal irridu ambjent fejn jitgħallmu kif jitgħallmu fi spazji fejn jistgħu jimirħu u jikbru mentalment u fizikament u jakkwistaw ħiliet ġodda