Illum previous editions

ILLUM 3 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 Carmel Bonnici Meta fiċ-ċinema minn kull direzzjoni bdew ifaqqsu l-aġenti sigrieti furjużi (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet Meta s-sensiela ta' James Bond kienet għadha fil-bidu u qed tirranka b'mod wisq imħarrek, l-M.G.M. kienu ferħana ħafna li s-serje televiziva e Man From U.N.C.L.E. kellha rispons qawwi kemm fl-Istati Uniti u kemm fir- Renju Unit. Hawn, il-produtturi ġiehom il-ħsieb li żewġ episodji minnhom e Vulcan Affair u e Double Affair iżidulhom aktar sess u vjolenza u joħorġuhom għaċ- ċinema bħala films bl-isem To Trap A Spy (1964) u e Spy With My Face (1965) u anki jżidu fihom "guest stars" ta' fama, jintwerew bil- kulur waqt li għat-TV kienu bla kulur. Dawn marru tajjeb ferm mal- pubbliku u warajhom ġew oħrajn uħud minnhom b'ħin miżjud għal fuq il-liżar il-kbir. Il-films ta' wara kienu: One Spy Too Many (1966), One Of Our Spies Is Missing (1966), e Spy In e Green Hat (1966), e Karate Killers (1967), e Helicopter Spies (1968) u How To Steal e World (1968). Żewġ aġenti opposti, Napolean Solo (Robert Vaughn), ħalliel professjonali Amerikan li wara sar aġent tas- C.I.A. u s-Sovejtiku Ilya Kuryakin (David McCallum), operattiv tal- K.G.B., jingħaqdu flimkien biex jiġġiedlu kontra organizzazzjoni jisima rush. Huma jagħmlu parti mill-korporazzoni U.N.C.L.E. (United Network Command for Law and Enforcement). Ħdejn il-produzzjonijiet Eon ta' James Bond, dawn kienu proġetti ta' baġits modesti u lanqas jikkomparaw magħhom, iżda xorta l-pubbliku kkonkorra. Fl-2015 ħareġ film jismu e Man From U.N.C.L.E. dwar avventuri oħra għal Solo u Kuryakin. Il-Columbia Pictures fl-1965 akkwistaw id-drittijiet ta' 8 novelli dwar l-aġent sigriet Matt Helm, miktuba minn Donald Hamilton. Minnhom 4 biss ġew iffilmjati. Dawn kienu parodiji li jissatirizzaw films oħrajn dwar l-ispiji. Matt Helm kif interpretat minn Dean Martin hu bniedem ċajtier, iħobb jixxala minkejja li hu mdaħħal fiż- żmien u jieħu l-affarijiet bil-pawsa u l-kalmizza. Il-films huma e Silencers (1966), Murderers Row (1966), e Ambushers (1967) u e Wrecking Crew (1968). L-aħjar fosthom kien l-ewwel wieħed li daħħal 7 miljun dollari mill-Istati Uniti u Kanada biss. Ta' wara bdew inaqqsu fid-dħul tal-flus. Żewġ ċajtiet li niakar f 'dawn il- produzzjonijiet huma dwar pistola li tieħu it sekondi biex tispara meta tagħfas il-grillu. Wieħed assassin li jdawwar il-pistola quddiem wiċċu biex jara x'ġara u dlonk tispara. Darba oħra, meta wieħed ma jkunx jimmira, Matt Helm jesklama li kieku jispara fuq New York jolqot Pittsburgh. Xejn profond f 'din is- sensiela! James Coburn ħadem il-parti tal- aġent Derek Flint b'mod stilizzat u naturalment b'andament pjuttost komiku. Dan l-eks-aġent ta' Z.O.W.I.E. (Zonal Organization World Intelligence Espionage) ikun msejjaħ wara li kien irtira biex isolvi theddida ta' Galaxy, organizzazzjoni mmexxija minn tliet xjentisti mġienen f 'Our Man Flint (1966) u jingħata biċċa sogru oħra f 'In Like Flint (1967). Dawn iż-żewġ xogħlijiet maħruġa minn 20th Century Fox kellhom xi sekwenzi ħelwin u eċċentriċi għal żmienhom. Bejn is-snin 1967 u 1968, Frank Sinatra deher ġo tliet produzzjonijet bħala l-investigatur privat Tony Rome, f 'Tony Rome, Lady In Cement u e Detective. Dawn mhumiex ikklassifikati fil-ġeneru tal-aġenti sigrieti tip ta' James Bond, iżda f 'e Naked Runner (1967) laħaq dan l-iskop. Mill-Gran Brittanja, Michael Caine interpreta l-parti tal-aġent Harry Palmer, liebes nuċċali kbir, ġo tliet films li huma e Ipcress File (1965), b'fotografija brillanti minn angoli periferali, Funeral In Berlin (1966) u Billion Dollar Brain (1967). Tom Adams deher f 'Licensed To Kill (1965) u Where e Bullets Fly (1966), żewġ films satiriċi, mħarrka sewwa fl-azzjoni. Is-sensiela twila ta' films dwar Bulldog Drummond kienet bdiet fis-snin tletin u wara waqfien ta' diversi snin spiċċat bil-films Deadlier an e Male (1967) u Some Girls Do (1968), bl-attur Richard Johnson jipprova jimita lil Sean Connery u jissara ma' ċorma tfajliet lebsin bikini li jippruvaw jeliminawh. Atturi oħra fl-irwol ta' aġenti sigrieti fil-furja ta' dan il-ġeneru ( 1963-1968) kienu Cary Grant f 'Charade (1963), Dirk Bogarde f 'Hot Enough For June (1964), Gregory Peck f 'Arabesque (1966), Yul Brynner f 'e Double Man (1967), George Peppard f 'e Executioner (1970), Paul Newman f 'Torn Curtain (1966), David Niven f 'Where e Spies Are (1966), Rod Taylor u Trevor Howard f 'e Liquidator (1965), Stephen Boyd f 'Assignment K (1968) u oħrajn. Ta min isemmi li f 'din il-furja konfuża kollha, fl-1965 deher il-film e Spy Who Came From e Cold bl-attur Richard Burton, dwar l-eżistenza ta' spiji fl-eqqel tal-Gwerra Bierda. Film intelliġenti, kważi mingħajr azzjoni u xinxilli dwar kif tassew joperaw dan l-individwi li spiss jissograw ħajjithom. Naturalment dan il-ġeneru ta' film ta lok anki għall-kummiedji b'sekwenzi umoristiċi, f 'xogħlijiet bħal Carry On Spying (1964), iż- żewġ films tad-duo kummidjanti Brittaniċi Eric Morecambe u Ernie Wise, e Intelligence Men (1965) u at Riviera Touch (1966). F'e Spy With A Cold Nose (1966) l-ispija jkun kelb bulldog li fuqu għandu apparat biex jirrikordja. F'dik l-istess sena ħareġ l-addattament ċinematografiku tal- komik Modesty Blaise dwar spija femminista sexy kif interpretata minn Monica Vitti. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 October 2021