Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374
11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 imissna bdejna lbieraħ' – Il-Perit Xuereb 'Il-metro tkun parti minn sistema akbar ta' trasport' Kien hawn li saħaq li sistema ta' metro ma tistax tkun separata minn sistema aktar wiesgħa ta' trasport, fosthom servizz ta' trasport pubbliku tal-linja li jgħaqqad diversi lokalitajiet mal-aktar stazzjon viċin. "Il-metro qisha siġra. Iz-zokk ewlieni huwa l-metro u l-għeruq huma sistemi oħra ta' trasport," saħaq Xuereb. "Jekk se tieqaf Raħal Ġdid, ikun hemm servizz shuttle tal-linja, kull ħames minuti, minn hemm għat-Tlett Ibliet. F'ħames minuti tkun il-Birgu." Spjega kif meta qed jgħid li l-proġett jieħu madwar għaxar snin biex ikun konkluż, qed jinkludi wkoll il-mina għall-metro bejn Malta u Għawdex. Dwar jekk il-pajjiż jiflaħx għall- inkonvenjent, il-Perit saħaq li anke jekk xi it ta' sagrifiċċju dejjem irid isir, il-fatt li l-proġett li qed jipproponi isir taħt l-art, inaqqas ħafna mill-problemi fit-toroq. Fakkar fi proġetti simili, bħalma huma Crossrail ta' Londra li ilu għaddej għal dawn l-aħħar tnax-il sena u li jkopri distanza d-doppju ta' dak li KonceptX qed tipproponi għal Malta. Fi kliem il-Perit, fil-każ tal-proġett f 'Londra, il-ġeoloġija hija aktar kumplessa minn dik ta' Malta. "Assolutament ma jfissirx li għandek għaxar snin ma tista' tmur imkien. Anzi f 'dawk l-għaxar snin il-Gvern jibda jeduka n-nies dwar din is-sistema ta' metro, kif se taħdem u anke dwar l-użu ta' mezzi alternattivi tat-trasport, anke biex wieħed jilħaq l-istazzjonijiet," kompla l-Perit Xuereb. 'Minn Għawdex sa l-ajruport f'32 minuta' Iżda l-ILLUM tistaqsi lil Xuereb jekk jagħmilx sens li jqabbel Crossrail ta' Londra ma' Malta, anke għax Malta hija żgħira? Jagħmel sens li għal distanzi daqshekk qosra, ikollna metro? Il-Perit insista li l-paragun huwa importanti għax kważi kważi, Malta saret belt waħda u għalhekk faċli tqabbilha ma' ċentri ta' bliet kbar Ewropej, bħal Ruma jew Londra. "Dalgħodu biex mort Ħal Qormi, minn Tas-Sliema, domt nofsiegħa. Biex wara mort lejn l-Ajruport domt 25 minuta oħra. Bil-metro, taf li se tasal puntwali f 'ħin ferm iqsar, kemm jekk bnazzi jew maltemp," kompla Xuereb. Fil-fatt, bis-sistema ta' metro li qed jipproponi, minn Għawdex sa l-Ajruport, il-vjaġġ idum 32 minuta. Kemm jiswa l-proġett? Kemm dħul u kemm ħruġ? Interessanti li l-kumpanija KonceptX wettqet ukoll studju mhux biss dwar kemm jiġi jiswa dan il-proġett imma anke kemm jista' jkun jiswa biljett wieħed. L-istima ta' Xuereb hija li biex tasal minn Għawdex sa l-Ajruport, tħallas biss €2. Il-Perit telaq mill-popolazzjoni ta' Malta li hija ta' it iktar min-nofs miljun persuna u anke l-għadd ta' turisti li żaru Malta fl-aħħar sena qabel il-pandemija. "Ejja nassumu li mill-Maltin wieħed minn kull erba' juża l-metro imqar darba waħda biss kuljum. Iħallas €2 'l hemm u 'l hawn. Nassumu li t-2.5 miljun turist jiġu għal medja ta' ħamest ijiem u minn dawn wieħed minn kull erba' biss jużaw il-metro. It-turisti jħallsu iżjed. Dak ifisser 53 miljun passiġġier fis-sena jew inkella dħul ta' madwar €245 miljun fis-sena," spjega l-Perit. Apparti minn hekk ikun hemm ukoll dħul mir-reklamar fuq il- metro u l-istazzjonijiet u anke kafetteriji li jikru l-ispazji fl- istazzjonijiet. "Dan kollu jagħtik dħul totali ta' madwar €300 miljun fis-sena." Il-Perit jikkalkula wkoll li s-sistema ta' metro jkollha spejjeż ta' madwar €150 miljun fis-sena, li jinkludi l-operat, il-pagi tal- ħaddiema u anke l-manutenzjoni, fost oħrajn. Hemm ukoll l-ispiża ta' madwar €40 miljun fis-sena biex jitħallas l-imgħax tal-bonds (ara aktar 'l isfel). L-istess studji, li wettqet il- kumpanija KonceptX jispjegaw kif il-proġett jista' jiġi ffinanzjat fi tliet partijiet u kollu kemm hu jiġi jiswa madwar €4 biljuni. Il-Perit Xuereb jisħaq li l-proġett jista' jiġi ffinanzjat b'dan il-mod: • €750 miljun minn Fondi Ewropej (Ten-T programme) biex ikopri parti sostanzjali tal-ispiza biex tgħaqqad Għawdex b'metro. • €1.75 biljun jiġu mill-Gvern. Fuq perjodu ta' 15-il sena, spjega l-Perit, dan ifisser €115 miljun fis- sena, jiġifieri kemm il-Gvern qed jonfoq kull sena biex iwessa' t-toroq. • €1.5 biljuni mill-bonds tal- Gvern li jimmaturaw fuq perjodu ta' 20 sena. Meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni dan kollu, il-Perit spjega li l-Gvern kapaċi jagħmel profitt ta' madwar €110 miljun fis- sena. "Mill-istudji tagħna jidher li dan il-proġett jaħdem mingħajr ma hemm bżonn li tiddaħħal kumpanija privata biex tiffinanza l-metro. Allura l-Gvern huwa fil- kontroll," insista. Fakkar ukoll f 'kemm nies qed jaħlu ħin fit-traffiku. L-istudji li wettqet KonceptX juru wkoll li jekk terz tas-sewwieqa Maltin jaħlu 15-il minuta kuljum fit-traffiku l'hemm u lura, dan jirriżulta (meta wieħed iqabbel mal-metro), f 'telf produttiv ta' kważi €70 miljun fis-sena. Dan apparti l-fatt li t-traffiku jikkawża ħafna tniġġis tal-arja li jissarraf f 'ħafna kundizzjonijiet kroniċi, inkluż dawk respiratorji bħall-ażma u anke oħrajn aktar serji u li l-Gvern jinvesti l-eluf kbar biex joffri l-kura u l-mediċina neċessarja. 'Hemm bliet iżgħar minn Malta li għandhom metro' Mistoqsi dwar it-terrapien, Xuereb insista li dan ikun jista' jintuża għar-reklamazzjoni tal-art biex fuqha jsiru proġetti ta' enerġija rinovabbli, u riserva naturali bħall- Miżieb. Semma proġetti simili, bħal London Array, li jinkludi 175 turbina li jiġġeneraw biżżejjed enerġija għal 750,000 dar u jnaqqas l-emissjonijiet tal-CO2 b'900,000 tunnellata, jiġifieri ekwivalenti għal 300,000 karozza. Temm jisħaq li hemm bliet, b'popolazzjoni iżgħar minn dik ta' Malta, bħal Lausanne fl-Iżvizzera, Rennes fi Franza u Katanja fi Sqallija li għandhom sistema ta' metro. Saħaq li anke jekk huwa naturali li jkun hemm min jagħmel id- domandi u anke min ikun xettiku, il-proġett huwa wieħed fattibbli u għandi jsir. Punti mill-proposta ta' metro ta' KonceptX • Il-proġett ta' metro (inkluż mina bejn Malta u Għawdex) jiswa madwar €4 biljuni • Ċifri jbassru dħul ta' madwar €300 miljun fis-sena • Il-ħruġ, li jinkludi wkoll pagi u manutenzjoni jammonta għal kważi €190 miljun fis-sena. • Linja waħda ta' metro, li tinbena fi tliet fażijiet: o Fażi 1: Tgħaqqad il-Mellieħa mal-Ajruport u tgħaddi minn San Pawl il-Baħar, Buġibba/Qawra, Pembroke/Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema, l-Imsida (Mater Dei u l-Università), il-Belt, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, iż-Żejtun u Birżebbuġa. Tul ta' 25 kilometru, 13-il stazzjon u ħames snin biex tinbena o Fażi 2: Tgħaqqad l-Ajruport ma' San Pawl il-Baħar u tgħaddi minn Ħal Qormi, l-Imrieħel, Birkirkara u l-Mosta. Tul ta' 10 kilometri, erba' stazzjonijiet u sentejn biex tinbena o Fażi 3: Tgħaqqad il-Mellieħa ma' Għawdex (b'waqfiet fix- Xewkija u r-Rabat). Tul ta' 15-il kilometru, tliet stazzjonijiet u tliet snin biex tinbena • Vjaġġ mir-Rabat Għawdex sa l-Ajruport jieħu 32 minuta • Vjaġġ mir-Rabat Għawdex sa Mater Dei jew l-Università jieħu 36 minuta • Metro titlaq kull 5-10 minuti • Vjaġġ minn Għawdex sa l-Università jiswa €2