Illum previous editions

ILLUM 3 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 • illum Meta naħsbu fl-eretiku, nimmaġinaw nies jinħarqu għat-talb tal-qassisin f'xi xena mill-Inkwiżizzjoni. Imma l-Professur Carmel Borg ifakkar li anke llum għandna l-eretiċi - dawk li jazzardaw jeħduha kontra l-poter... CARMEL BORG Il-kelma ereżija tnisslet minn kelma Griega Antika – αἵρεσις. Oriġinarjament, 'hairesis' kienet tfisser għażla, proċess li matulu l-persuna tistudja filosofiji differenti qabel ma tagħżel l-istil ta' ħajja li trid tgħix. Il- Kristjaneżmu ta lill-kelma ereżija tifsira aktar diretta, linja ħamra li meta tinqabeż twassal għad-diżapprovazzjoni, iċ-ċensura u l-kundanna tal- ilħna u l-ħarriesa tal-verità u s-sewwa. Is-saltna tal-fidi sabet fl-ereżija l-istrument ideali biex l-ortodossija titħares minn kull attentat ta' kontaminazzjoni; u sakemm ir-'religio' u l-'patria' kienu ħaġa waħda, l-ereżija serviet liċ-ċentawru fil-proġett simbiotiku ta' eliminazzjoni ta' kull xkiel għall-poter religio- temporali. L-Eretiċi: Storikament l-iskart tas-soċjetà! Fl-istorja monoteistika, l-eretiċi kienu meqjusa bħala persuni diviżivi, perikolużi, foloz u determinati li jterrqu t-triq tat-twemmin u t-tagħlim żbaljat. L-ereżija kienet it-tarka kontra r-rival; it-tikketta li kellha l-għan li twarrab mill- għajn u tbiegħed mill-qalb. F'moħħ il-leħħiena tas-sewwa u l-kustodji tal-verità l-eretiċi kienu l-għedewwa ddikjarati u l-iskart għall-miżbla soċjali. Kuntrarju għal dawk ta' ġewwa, imħannin fil-kumdità taċ-ċertezza u fil-paradoss tal-ubbidjenza beżagħna, l-eretiċi għexu barra mill- fortizza ideoloġika uffiċjali ta' żmienhom, fil-kesħa tal-kurżità u fis-sogru ipotermiku tal- mistoqsija riskjuża u d-dubju perikoluż. Hekk kif id-diskors ta' taħt l-art tela' fil-wiċċ u sar l-ideoloġija tal-Istat, l-eretiċi kellhom jeħduha kontra diskors protett minn imperi, saltniet, milizzji, armati, digrieti, skomuniki u strutturi u teknoloġiji vjolenti oħra, li kollha kellhom l-għan li joħonqu kull ħjiel ta' dubju jew sovverżjoni intellettwali. Fil- konfront tal-poter eġemoniku, riprodott mill-fabbrika tal- kunsens u mill-apparat vjolenti tal-Istat, l-eretiċi dejjem ġew kkunsidrati bħala dardir il-għajn u kankru li kellu jitneħħa, qabel ma partijiet kbar jew il-ġisem kollu jinfetta. Eretiċi f 'tarf irdum is-soċjetà sikwit kienu mgħoddija ta' kriminali u, allura, suġġetti għall-arrest, it-tortura, il-qfil jew il-qtil. L-istennija dejjem kienet li l-eretiċi mhux biss jinqatgħu minn twemminhom u tagħlimhom, iżda wkoll minn dinjithom. Il-preġudizzju li wassal biex il-kotra tissieħeb mal-poter Storikament, l-iżolament tal-eretiċi mill-kollettiv uman tħaffef bis-saħħa ta' kuntesti emozzjonali mibnija fuq il- pedament tal-preġudizzju. Il-preġudizzji servew biex jinstigaw appoġġ impulsiv għall-azzjoni vjolenti. L-appoġġ popolari ma kellux bżonn ħsieb profond, erudit u sofistikat biex jingħaqad mal-mexxejja fil- knis tas-sovverżjoni. It-tqanqil ta' trab il-preġudizzju daħħan il-viżta tar-raġuni, u flimkien mal-biża' kronika, kien biżżejjed biex il-kotra tidħol f 'kuntratt ta' sħubija mal-poter u, għaliex le, tkun parti mill-ispettaklu makabru ta' jum il-ħsad. Is- sehem attiv tal-kotra fil-proċess tas-sorveljanza kontinwa ma ħalla ebda possibbiltà ta' djalogu jew qsim ta' fruntieri. Il-verità kellha tibqa' waħda, dik uffiċjali u ċentralizzata; verità li kellha dejjem tkun protetta b'mod attiv u tinżamm 'il bogħod mill-kuntrarju, il-kontroversji u l-inċertezzi. Sal-lum l-eretiċi għadhom jgżixu fil-biża' għax jisfidaw l-intriċċi u manipulazzjoni Il-ħolqien tal-eretiku l-'ieħor', bħala kategorija li timmarka l-friegħi għaż-żbir u l-ħruq, żviluppat f 'mudell kurrikulari ta' twarrib li serva l-poter tul iż-żmien. Sa llum, l-'ereżija' għadha tiddefinixxi r-relazzjoni qarsa bejn il-potenti u dawk li jisfidaw il-poter. It-twarrib soċjali, il-persekuzzjoni pubblika, il-ġuri u l-qtugħ tas- sentenza permezz tal-midja soċjali, l-intimidazzjoni privata u pubblika, it-theddida tat- tkeċċija mix-xogħol, il-bojkott professjonali u l-istmerrija tal- partitarji llupjati u ċapċapa, huma kollha twissijiet għall-eretiċi ta' llum biex jieqfu jiddubitaw u ma jkomplux jaħsbu fil-ħażin, jistħarrġu, jikxfu l-għawar jew jikkritikaw fil-pubbliku. Kull element ta' sovverżjoni huwa meqjus bħala konfront, attakk u ġustifikazzjoni morali għall- iskartar tal-eretiċi skomdi. Bħal dari, l-eretiċi ta' żminijietna, għax ibastnu r-rota tad-dinja tal-intriċċi, il-manipulazzjoni, il- fabbrikazzjoni tal-verità, l-inġustizzji, il-qerq, il- korruzzjoni u t-tagħlim falz, għadhom jgħixu ħajjithom b'mod mill-aktar perikoluż. U, bħal dari, il-kollettiv huwa msieħeb ewlieni fl-ispettaklu tat-twarrib, b'mod attiv jew passiv, billi jkanta l-innijiet tal- poter, imeri s-sewwa magħruf, jiddubita fejn il-fatti huma ċari, jaħsel idejh b'ossessjoni biex jitħares mill-kontaminazzjoni tas-sewwa, jisma' b'widna għażżiela, ixerred aħbarijiet qarrieqa, jibda u jmexxi għidut foloz, u jitkellem b'mod strateġiku u meta jaqbillu. Ftit huma dawk li jqisu l-ereżija bħala mument ta' riflessjoni, laqgħa mal-fatti, djalogu mal- kreattività, possibbiltà ta' dinja aħjar, ilsien it-tama jew spunt għal sinteżi li twassal għal titjib ta' ħajjet in-nies. Il-verità kuntrarja għadha meqjusa mill- kotra bħala skumdità mhux mixtieqa, theddida għat-tribù, xkiel u nkwiet żejjed. Għall-ġifa, il-predatur jew l-opportunist, l-ereżija għandha territorju - għalqa mimlija porvli u frak tal- ħġieġ, f 'jum mill-aktar sħun. Id-Demokrazija krazija U L-BŻONN TAL-EREŻIJA Anke illum, min jisfida l-intriċċi u l-inġustizzji huwa meqjus eretiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 October 2021