Illum previous editions

ILLUM 3 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa Malta kienet mix- għula wara inċident li ra impjeg- atur fil-qasam tal-kostruzzjoni iħalli ħaddiem imweġġa' fuq bankina f 'Selmun. Nibdew bl-uniċi żewġ punti pożittivi li ħarġu minn dan l-inċident: L-ewwelnett li l-ġustizzja ma damitx aktar minn it sigħat ma niżlet b'saħħa fuq dan l-impjegatur, hekk kif ġie arrestat u mtella' l-Qorti u akkużat. U t-tieni hija illi r-reazzjoni b'mod ġenerali tal-poplu fuq il-midja soċjali u anke tal-Prim Ministru u Kap tal-Oppożizzjoni, kienet waħda ta' stmerrija u kundanna! Le ma hawnx post għall-mibgħeda, ma hawnx post għar-razziżmu, ma hawnx post għal min jaħseb li ħajjet in-nies ma tiswa' xejn! Pero' ma hawnx post għall-abbuż u l-prekarjat ukoll! Dan l-inċident għandu żewġ faċċati u t-tnejn jeħtieġ ikunu kkundannati b'mod assolut! L-ewwelnett il-wiċċ tar-razziżmu; li nitrattaw lil xi ħadd b'ġilda differenti, bi twemmin differenti, b'reliġjon differenti daqslikieku huma nies inqas, meta mhumiex. Jista' jkun differenti, ġej minn sfond differenti, forsi għandu stil ta' ħajja differenti imma mhuwiex inqas minna. Fil-ġurnata tal-lum, lanqas kelb ma tħalli fuq bankina, aħseb u ara kemm tħalli bniedem muġugħ u mweġġa'! Is-sens ta' superjorità li jħossu ċerta nies lejn persuni oħrajn li huma differenti - fil-kulur, fit- twemmin, xi kultant fis-sesswalità ġabet biss gwerer, mibgħeda, firda, abbuż u tixrid tad-demm ... u xi immigrant mitfugħ fuq bankina, agħar minn annimal! Imma jekk nieqfu hawn ma nkunux qed inħarsu lejn ir-realtà kollha! Għax ir-realtà l-oħra, ugwalment inkwetanti, hija dik tal- prekarjat! Ejja ma nibqgħux nidħku bin-nies. Malta żgħira, in-nies magħrufa u kulħadd jaf kemm hawn abbuż fil-qasam tax- xogħol, mhux biss l-abbuż "klassiku" ta' nies li jitħallsu ċ-ċiċri jew li ma jingħatawx l-benefiċċji jew li jitħaddmu bla ktieb, imma wkoll ħaddiema li ma jitħallsux ta' overtime, jew li ma jħalluhomx jidħlu f 'unjin jew inkella li jkunu jaħdmu mingħajr assigurazzjoni ta' kumpens imqar f 'każ ta' inċidenti! Ħaddiema għat-taparsi self- employed u allura bla leave tal-mard, leave u bla ebda benefiċċji meta mhux vera jkunu jaħdmu għal rashom! Ħaddiema li ma jistgħux jiħdu l-leave - dritt sagrosant tagħhom! U ma noqgħodux inġibu l-iskużi tan- nuqqas ta' ħaddiema! Nuqqas jew le, min iħaddem irid iħaddem skont il-liġi u jekk ma jaħdimx skont il-liġi jaqla' l-multi u sold mingħand il-Gvern f 'tenders u kuntratti pubbliċi ma jiħux! Ma hemmx ħniena ma' min huwa inġust u cowboy! Hemm diversi oqsma fejn dan l-abbuż qed isir u qed isir l-aktar fuq ħaddiema bla vuċi, bla drittijiet u bla saħħa, il-maġġoranza tagħhom ikunu immigranti! Nies li ma jistgħux jheddu bil-vot u ma jistgħux jiħu ħalqhom għax bilkemm ma jgħidulhomx li ma għandhomx dritt jitkellmu! Sadnittant għadna qed naħsbuha fuq jekk għandux ikun obbligu li ħaddiem jidħol f 'unjin għax skont xi wħud din tmur kontra l-libertà tal-għażla li ma tisseħibx! Mur ara x'għażla kellu dak l-immigrant li tħalla fuq bankina u dawk l-immigranti li jitħaddmu bla ktieb u dawk li joqgħodu jistennew ma' xi roundabout, biex jiġborohom xi ħadd għal it ewri xogħol! U dawk - anke Maltin wara kollox - li jitħallsu l-paga minima bl-eżatt jew dawk li jiġu jqassmulna l-pizzez u l-burgers fuq il- muturi li jekk iweġġgħu fit-triq, iridu jħallsu huma miċ-ċuċata li qed jaqilgħu! Ħalluna tridux - ġejjin bl-għażla! Kellu bżonn l-isfortuna li laqtet lil Lamin mill-Gambja tiaħ għajnejn kulħadd għal żewġ perikli: Il-periklu tal-mibgħeda lejn min huwa differenti u l-periklu li ma nagħmlu xejn u ma niġġildux l-abbuż fil- qasam tax-xogħol! Meta r-razziżmu u l-prekarjat iltaqgħu fuq bankina!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 October 2021