Illum previous editions

ILLUM 3 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

F is-snin li għaddew bħala pajjiż konna bilgħaqal biżżejjed biex irnexxielna ninvestu f 'pajjiżna l-alloka- zzjonijiet finanzjarji kollha li kellna bħala Stati Membri fl-Unjoni Ew- ropea. Fis-sentejn li ġejjin se nkom- plu naħdmu biex il-proġetti kollha li bdejna bil-flus allokati għalina mil-baġit li għalaq fi tmiem is-sena li għaddiet, jitlestew sa tmiem l-2023 u b'hekk, din id-darba wkoll inkunu investejna fil-poplu Malti dak kollu li kellna għad-dizpożizz- joni tagħna. Għandna sfida akbar quddiemna li qegħdin nidħlu għaliha b'enerġija u b'determinazzjoni li din id- darba naslu wkoll. Jinsabu fl-aqwa tagħhom it-tfassil tal-programmi li qed inħejju biex ninvestu f 'pajjiżna l-allokazzjoni rekord ta' €2.27 biljun li rnexxielna nġibu lejn pajjiżna għas-seba' snin li bdew jgħoddu f 'Jannar ta' din is-sena. L-isfida hija kbira għaliex il-ehim li kkonkluda l-Prim Ministru Robert Abela f 'Lulju tas-sena l-oħra meta ġie konkluż il-budget tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2021-2027 huwa wieħed li jirdoppja l-allokazzjoni għal Malta fuq dak li kellna qabel u allura rridu naraw li dawn il-flus ninvestuhom b'għaqal kbir biex nakkwistaw għall-poplu tagħna l-aqwa benefiċċji. Il-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza L-ewwel li ħabbarna it xhur ilu kien il-Fond tal-Irkupru u r-Reziljenza li b'nefqa ta' €345 miljun se nagħtu spinta kbira 'l quddiem lejn għadd kbir ta' proġetti ambjentali. Fil-fatt nofs din in-nefqa kollha se tmur fi proġetti li ha jgħinu lil pajjiżna jilħaq il-miri ambjentali tiegħu f 'dak li huwa tnaqqis ta' emmissjonijiet biex inkunu konformi mal-miri li stabbiliet il-Kummissjoni Ewropea sas-sena 2050. Minn dan il-fond, li l-approvazzjoni tiegħu mill- Kummissjoni Ewropea hija mistennija fi żmien qasir, se nwettqu 17-il proġetti ta' investimenti u riformi f 'diversi oqsma. Għandna inizjattivi favur enerġija nadifa, b'investimenti fl-innovar ta' bini pubbliku u fil- privat biex jużaw l-enerġija b'aktar effiċjenza. Fost dawn l-inizjattivi insibu li se tinbena skola ġdida fl- Imsida li tkun kważi kompletament ħielsa mill-emmissjonijiet filwaqt li se jkunu rinovati biex jaħdmu b'aktar effiċjenza fl-enerġija l-iskejjel ta' Ħal Għaxaq u n-Nadur. Proġetti oħra importanti minn dan il-Fond se jkunu l-bini tal- kampus ġdid tal-Istitut għall- Istudji Turistiċi (ITS) u l-bini ta' Bank tad-Demm, Tissue u Celluli ġdid. Investiment ieħor minn dan il-fond se jkun biex inkomplu nimmoderniżżaw il-pajjiż fil- qasam diġitali. Il-Fond Soċjali Ewropew Plus B'budget totali f 'inizjattivi u investimenti li se jlaħħaq il-€193 miljun, permezz tal-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+), ser jigu indirizatti l-isfidi u l-ħtiġijiet tal-pajjiż inkluż dak li ġabet magħha il-pandemija Covid-19. L-għan ewlieni ta' dan il-programm hu li nsaħħu l-oqsma tal-impjiegi, is-saħħa u l-edukazzjoni u sabiex gruppi vulnerabli jkollhom l-għajnuna meħtiega biex itejjbu s-sitwazzjoni tagħhom Se nkomplu ninvestu fin-nies billi nsaħħu l-opportunitajiet tax-xogħol u r-reżiljenza tas-suq tax-xogħol. B'dawn il-fondi se nrawwmu l-inklużjoni attiva għal kulħadd u nieħdu inizjattivi ġodda biex ikollna edukazzjoni ta' kwalita u inklussiva. Irridu nsaħħu t-tagħlim tul il-ħajja u nindirizzaw ukoll lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta fosthom dawk li jsibuha diffiċli jintegraw fid-dinja tax- xogħol u anke lil dawk li jbatu minn nuqqas ta' affarijiet materjali li jkollhom bżonn għall-ħajja ta' kuljum. Proġett ewlieni mill-Fond Soċjali Ewropew Plus ħa jkun dik li nestendu l-programm "one tablet per child" ghall-iskejjel sekondarji biex l-istudenti tagħna jkollhom l-għodda meħtieġa biex jitħejjew għall-opportunitajiet li se tkun qed toffrilhom id-dinja diġitali li qed ngħixu fiha. Il-Fond ta' Koeżjoni, Just Transition Fund u l-Fond għall- Iżvilupp Reġjonali Ewropew Fl-aħħar jiem ħabbarna programm ieħor li qed nipproponu ghall-konsultazzjoni pubblika dwar kif ser ninvestu €971 miljun ta' Fondi Ewropej b'riżq il-poplu Malti u Għawdxi. Il-proposti dwar dan l-investiment huma mill-aktar estensivi u nistgħu ngħidu se jolqtu lis-soċjeta kollha. Se nimmobiliżżaw riżorsi sostanzjali favur inizjattivi fl-ambjent, biex niffaċilitaw l-aċċess għall- finanzjament fosthom b'għotjiet lill-intrapriżi. Se ngħinu lil bosta oqsma biex jużaw l-enerġija b'aktar effiċjenza filwaqt li nkomplu nkattru l-valur tal- wirt kulturali tagħna. Qegħdin nipproponu investimenti kbar fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma tax-xorb u n-new water u l-immaniġġjar tal-iskart. Ħa nkomplu ngħinu lill-Intrapriżi ta' daqs żgħir jew medju bi skemi ta' għotjiet u bit-twaqqif ta' Business Incubation Centre ġdid. Qegħdin ukoll f 'dan il- programm propost, nagħtu attenzjoni partikolari lill-Għawdex li se jkun qed jibbenefika minn investimenti mill-prijoritajiet kollha imma mbagħad qegħdin niddedikaw €60 miljun partikolarment għal Għawdex biex isir żvilupp urban sostenibbli f 'din il-gżira. Fost l-inizjattivi ewlenin li qed inħabbru għall-qasam tas-saħħa hemm il-bini ta' sptar ġdid għall-mard mentali akut filwaqt li fil-qasam ambjentali ha ninvestu biex inkomplu ntejbu l-ambjent fejn jgħixu n-nies, b'investimenti f 'kuriduri ħodor (green corridors) u fis-siti ta' Natura 2000. Irridu niżviluppaw sistemi ġodda ta' mobilita fl-inħawi urbani tal-pajjiż. Id-dokument li nidejna fil-jiem li għaddej isemmi kif se nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż fosthom bit-tisħiħ tal-qasam tal-enerġija bl-istallazzjoni ta' interconnector ġdid. Il-faċilita li tagħti l-elettriku lill-vapuri mill-grid nazzjonali fil-Port il-Kbir ser tkun estiża filwaqt li se ninvestu f 'sistema simili magħrufa bħala shore-to-ship fil-Malta Freeport. Dawn se jwassal għal tnaqqis drastiku fl- emmissjonijiet tal-vapuri kemm għall-bliet u l-irħula ta' madwar il-Port il-Kbir kif ukoll għal dawk kollha li jgħixu fl-inħawi ta' Birżebbuġa. Dan li ressaqna għall- konsultazzjoni pubblika fl-aħħar jiem huwa tassew programm estensiv ta' investimenti b'riżq il-poplu tagħna. Irridu nkomplu nisimgħu m'għand in-nies l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom dwar dawn il-proġetti li qegħdin nipproponu biex il-Fondi Ewropej kollha li għandna għad-diżpożizzjoni tagħna nużawhom kollha u bl-akbar għaqal. Pajjiżna qed jaħdem biex jiġġedded f 'kull qasam. Irridu nġedduh ambjentalment biex il- poplu tagħna jgħix aħjar Irridu inġedduh fil-qasam diġitali biex naħtfu l-opportunitajiet kollha li qed tagħtina t-teknoloġija. Irridu nġeddu u nsaħħu l-oqsma tas- saħħa, l-edukazzjoni u t-taħrig. Dan kollu nistgħu nagħmluh għax pajjiżna għandu r-riżorsi meħtieġa biex jagħmel dan. Il-Fondi Ewropej nużawhom bl-akbar għaqal biex inkomplu ntejbu l-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin kollha. Ninvestu biex inġeddu lil Malta flimkien 23 opinjoni illum • IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 Stefan Zrinzo Azzopardi Stefan Zrinzo Azzopardi huwa s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Proġett li se jkun ko-finanzjat b'Fondi Ewropej biex vapuri fil-Freeport jaħdmu bl- elettriku mill-art u b'hekk jonqsu drastikament l-emmissjonijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 October 2021