Illum previous editions

ILLUM 3 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 • illum opinjoni M'hemmx qbil dwar il-kannabis mediċinali Dun Anġ Seychell huwa l-Fundatur ta' Dar Nazareth F ir-rivista THE GUARD- IAN WEEKLY tas-6 ta' Awissu 2021 deher artiklu ta' Davis Cox li fih għamil- ha ċara li għad m'hemmx qbil ċar dwar il-kannabis mediċinali. Dan li qed jidher hawnhekk huwa ġabra fil-qosor tal-kitba tiegħu. Il-kannabis mediċinali CBD ġie ippruvat effettiv biex jikkura l-mard u l-uġigħ, iżda s-sigurtà u l-etika għadhom problema u qed jillimitaw l-iżvilupp ta' din l-industrija Tul dawn l-aħħar 15 il- sena għadd dejjem jikber ta' xjenzjati bdew jieħdu interess fil-benefiċċji li jista' jkun hemm fil-kannabis mediċinali li qed jintuża f 'kull xorta ta' mard, mix-xlerożi sal-ansjetà, nuqqas ta' rqad u diżordni wara xi trawma. mIr-raġuni hi li ċerti kimiċi li jinsabu naturalment fil-ħaxixa tal-kannabis qed irażżnu l-effett ħażin tas-sens ta' wġiegħ kif ukoll jirregolaw l-irqad ħażin. L-Iżjed li ġibed l-attenzjoni huwa l-element CBD li ċerti studji qed juru li dan l-element kapaċi jikkontrolla l-uġigħ u jiġġieled kontra l-effetti ta' infjammazzjoni f 'dawk li jintalqtu mill-epilessija fit-tfulija. Kamp ikkumplikat Il-kannabis mediċinali huwa kamp ikkomplikat għax fih iżjed minn 400 droga u ċerti rimedji jużaw biss is-CBD waqt li oħrajn jużaw kull estratt tal-pjanta. Waqt li hemm problemi marbutin l-iżjed mal-prodotti THC hemm ukoll xi problemi dwar l-użu tal-prodotti CBD, skond il-fehma ta' Susan Weiss, direttur tar-riċerka fl-Istitut Nazzjonali dwar l-abbuż tad- droga fl-Amerika.Waqt li l-liġijiet inbidlu f 'Novembru 2018 meta l-kannabis mediċinali tħalliet tingħata legalment għall- ewwel darba fir-Renju Unit, L-istitut Nazzjonali For Health & Care tat liċenzja biss lil tliet rimedji ibbażati fuq is-CBD biex jintużaw fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa – tlett tipi ta' epilessija tat-tfal, l-ivvumtar u n-nawsea assoċjati mal-kimoterapija u ċerti problemi ta' spastiċità. Huwa stmat li fir-Renju Unit hemm 10 miljun li qed jużaw il-kannabis għal skopijiet mediċinali, imma waqt li xi wħud qed jingħataw riċetta minn tobba u spiżeriji privati, oħrajn qed jixtru żjut differenti ta' konċentrazzjonijiet mill- ħwienet tas-saħħa jew l-estratt sħiħ tal-pjanta mingħand bejjiegħa li jbiegħu l-kannabis għal skop ta' gost. L-Istitut Sodergren F'Diċembru 2019 l-Istitut Sodergren waqqaf THE UK MEDICAL CANNABIS REGISTRY biex jsir jaf xi progress qed isir mill-kliniċi privati li qed joffru kannabis mediċinali. F'Mejju 2021 ħarġu l-ewwel riżultati għall-ewwel 129 pazjent. Dawn urew titjib sinifikanti fil-qasam ta' l-ansjetà, uġiegħ u rqad. Reġistri oħra qed jinżammu fi New Zealand, dwar 253 pazjent li qed jingħataw l-istess kura. Dr.Sodergren jittama li f 'ħames jew 10 snin se jkollna droga liċenzjata min-National Health Service fil-qasam ta' l-uġigħ. Imma oħrajn iħossu li s'issa r-riżultati għadhom ftit, speċjalment fejn tidħol l-ansjetà. Marta Di Forti, psikjatra f 'King's College, Londra tgħid li mhux ċar x'nifhmu b'kannabis mediċinali u tistqarr: "Meta jkolli pazjenti li jridu jixtru CBD minn spiżerija u jippruvawha ir-rakkomandazzjoni tiegħi tkun li jibdew bid-doża l-iżjed baxxa u jirreġistraw jekk iġarrbu xi effetti negattivi, għax aħna s'issa għadna nafu ftit wisq." Il-qbil qiegħed li d-doża CBD tal-kannabis mediċinali għandha ċans issir l-iżjed użata bħala kura għal forom differenti ta' epilessija, minħabba l-effetti diġà magħrufa kontra l-attakki tagħha. Il-mediċina ibbażata fuq is-CBD Epidyolex hija diġà liċenzjata għall-kura ta' tliet epilessiji rari fi żmien it-tfulija. X'ġara fl-istorja tat-tabakk? Sodergren tinsab imħeġġa biex tbiegħed id-diskussjoni dwar il-kannabis rikreazzjonali minn dak dwar l-użu mediċinali tiegħu, ħalli l-istorja dwar l-użu tat-tabakk ma tirrepetix ruħha anke fil-qasam tal-kannabis. Dun Anġ Seychell

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 October 2021