Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

24 opinjoni IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Paga minima diċenti N har it-Tnejn, waqt id- diskors tal-Baġit konna infurmati biż-żieda statutorja annwa- li fil-paga minima. Kif nafu ser tkun żieda ta' €1.75. Bosta ikkummentaw li dan mhux biżżejjed. Hi r-reazzjoni naturali li nisimgħu kważi kull sena. Meta żieda fil-paga minima, li nirreferu għaliha bħala żieda għall-għoli tal-ħajja, ma tikkorrispondix ma kemm fil-fatt il-ħajja tkun qed togħla jinħolqu bosta problemi għall- persuni u gruppi vulnerabbli. Meta żieda għall-għoli tal-ħajja ma tkunx adegwata, din tiekol ukoll mill-valur tal-pagi li jkunu ogħla mill-paga minima. Dan iseħħ minħabba li l-baskett ta' oġġetti u servizzi li jintużaw biex permezz tagħhom titkejjel żieda fl-għoli tal-ħajja ma jkunx għadu jirrifletti r-realtà dwar il-ħtiġijiet bażiċi tan-nies. Aħna, bħala partit ilna żmien nitkellmu dwar il-ħtieġa li jkun aġġornat il-kontenut tal-baskett ta' oġġetti u servizzi li bih titkejjel l-għoli tal-ħajja u tkun determinata l-paga minima. Dan irid ikun aġġornat għaż- żminijiet. Il-Caritas f 'Malta għamlet diversi studji dwar dan. L-aħħar wieħed li kien ippubblikat f 'Diċembru 2020 kien jiffoka fuq tlett kategoriji vulnerabbli bi dħul baxx. Ir-rapport kien intitolat : A Minimum Essential Budget for a Decent Living. Jiena diġà ktibt dwar dan f 'dawn il-paġni fi Frar li għadda. Dwar familja li tikkonsisti f 'żewġ adulti u żewġt itfal l-istudju tal-Caritas kien ikkonkluda li bil-prezzijiet tal-2020, bħala minimu, kienu meħtieġa €14,000 f 'sena għal għixien diċenti. Bejn wieħed u ieħor dak hu madwar €4,000 iktar mill- paga minima attwali. Il-paga minima mhiex paga li tista' tgħix biha. Min hu bil-paga minima qed jgħix fil-faqar minkejja li jaħdem. Qabel ma tħabbar il-baġit iktar kmieni din il-ġimgħa mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, hu parla ħafna dwar proposta li qal li kien qed iħejji biex ikunu ndirizzati l-ħtiġijiet tal-persuni vulnerabbli lil hinn minn dak li tipprovdi l-COLA (Il-mekkaniżmu ta' aġġustament fil-pagi għall-għoli tal-ħajja). Imma meta qara l-baġit, minkejja li dam jaqra mhux ħażin, ma qal xejn minn dan. Irid jistudja iktar mal-imsieħba soċjali, qal! Il-proċess konsultattiv dwar proposta għal direttiva tal-UE dwar paga minima diċenti ilu ftit għaddej. Il-proposta tfittex biex toħloq għodda aċċettabli ħalli bihom tkun tista' tiġi mkejla kemm għandha tkun il-paga minima f 'kull pajjiż individwali tal-UE. Fl-istudju dwar l-impatti ta' din il-direttiva kien emfasizzat li l-paga minima tkun waħda adegwata meta tkun ġusta fil-konfront tal-pagi ta' ħaddiema oħrajn u meta tipprovdi għal għixien diċenti. Dan fil-kuntest tal- kundizzjonijiet ekonomiċi tal- pajjiżi individwali. Il-proposta tal-UE tfisser kif dan jista' jsir b'għodda ta' statistika. Malta hi wieħed minn disa' pajjiżi Ewropej fejn il-paga minima li titħallas skond il-liġi mhiex garanzija kontra r-riskju tal-faqar. Minkejja dan, Malta hi wieħed mill-pajjiżi li qed jopponu l-introduzzjoni ta' direttiva li tindirizza bis-serjetà l-adegwatezza tal-paga minima. L-istudju tal-Caritas diġà żvela li l-paga minima jonqosha €4,000 fis-sena biex toqrob lejn paga diċenti. Iktar ma ddum ma tittieħed azzjoni din id-differenza iktar ser tikber. Huwa ferm aħjar li tiżdied il- paga kemm hemm bżonn milli jkunu ntrodotti servizzi soċjali addizzjonali biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas. Min jaħdem għandu dritt għal paga ġusta: il-paga minima mhiex waħda ġusta. Il-paga minima trid tkun paga li tista' tgħix biha għax tkun tkopri l-ħtiġijiet bażiċi tal-familja. Għandna bżonn ekonomija sensittiva għall-ħtiġijiet umani. M'għandniex noqgħodu nistennew soluzzjoni Ewropeja. L-istudju tal-Caritas ilu li wera lil kulħadd ir-realità. Imma l-Parlament jibqa' jinjora dan kollu. Huma biss Membri Parlamentari eletti minn fost dawk ippreżentati minn ADPD li jistgħu jibdew it-triq għal deċizjoni li torbot ħalli l-paga minima tkun waħda li tista' tgħix biha. Huma biss Membri Parlamentari eletti minn fost dawk ippreżentati minn ADPD li jistgħu jibdew it-triq għal deċizjoni li torbot ħalli l-paga minima tkun waħda li tista' tgħix biha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021