Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851
28 IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 • illum kummerċjali L-Awtorità tal-Ippjanar tnaqqas l-għoli massimu ta' bini fil-buffer zone madwar Villa Barbaro Waħda mill-eqdem residenti fin-Naxxar tingħata protezzjoni speċjali L-Awtorità tal-Ippjanar naqqset l-għoli massimu permissibbli għall-bini propost li jaqa' fil- konfini taż-żona skedata ta' Villa Barbaro f 'Ħal Tarxien, li hija skedata b' Grad 1. Din id-deċiżjoni ttieħdet biex jiġi żgurat li l-kuntest spazjali madwar waħda mill-eqdem djar f 'Malta ma tiġix kompromessa. Il-konfini taż-żona tul Triq il- Knisja żdiedet ukoll. L-għoli massimu permissibbli għall-bini propost li jaqa' fil- konfini taż-żona tul Triq il- Knisja, Triq iż-Żejtun u Triq il-Kbira tnaqqas bi 3.1 metri. Inkluż fl-għoli massimu ta' 12.3 metri hemm sular irtirat ta' 4.25 metru. Kwalunkwe bini faċċata tat- triq proposta fil-konfini taż-żona ma jistax jaqbeż għoli ta' 10 metri mil-livell tat-triq. Barra min hekk, żdiedet ukoll il-konfini taż-żona tul Triq il-Knisja. Villa Barbaro kienet oriġinarjament skedata mill- Awtorità tal-Ippjanar fl-1996 għall-valuri storiċi, arkitettoniċi u estetiċi tagħha. Fl-2009 u l-2020, iż-żona skedata ġiet estiża biex tinkludi wkoll il-ġonna u l-konfini taż- żona.Villa Barbaro u l-ġonna estensivi tagħha nbnew fis- seklu 16 mill-familja Barbaro. Il-Villa tingħaraf mill-faċċata tradizzjonali tagħha miżbugħa bl-aħmar kif ukoll mil-bieb prinċipali li mhux komuni u inkurunat bl-arma tal-familja Barbaro. Il-faċċata tal-ewwel sular hija kkaratterizzata b' gallarija kbira tradizzjonali tal-injam, li għandha karatteristiċi mhux komuni. Iż-żona ta' taħt il- pannelli tal-gallarija tikkonsisti prinċipalment minn ħġieġ waqt li d-disinn tal-Gwarniċun għandu estensjoni dekorattiva li kważi tgħatti l-kwarelli. Karatteristika oħra mhux komuni ta' din il-villa hija l-pavaljun b'għoli ta' żewġ sulari li jokkupa ħafna mit-terrazzin fl- ewwel sular. Il-proprjetà tixbah bosta djar oħra f 'Malta li għandhom importanza arkitettonika u storika sinifikanti, bħall-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Girgenti u Palazzo Gomerino fir-Rabat. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Gwardji tad-Djar Maltin użaw il-ġonna tal-villa għat-taħriġ tas- suldati Awżiljarji lokali. L-Awtorità tal-Ippjanar skedat ukoll proprjetà ta' nofs is-Seklu 17 fin-Naxxar, skedata bħala bini fi Grad 2. Meqjus bħala wieħed mill- eqdem proprjetajiet tan- Naxxar, id-disinn sempliċi ta' Villa Castro huwa reminixxenti tal-arkitettura Barokka Franċiża. L-eqdem partijiet tal-bini baqgħu intatti. Minn użu relatat mal- kaċċa, il-bini eventwalment ġie estiż f 'villa b'ġonna estensivi fuq wara. L-iskedar jinkorpora wkoll estensjoni ta' disinn kontemporanju reċenti li twettaq fiż-żona tal- bitħa. L-organizzazzjoni u l-arkitettura tal-bitħa ta' din id-dar jużaw proporzjonijiet klassiċi. L-iskedar jinkorpora wkoll estensjoni ta' disinn kontemporanju reċenti fil- bitħa, li sar min AP Valletta b'kollaborazzjoni ma' Jens Bruenslow . Dan jittella' fuq kolonni rqaq sabiex ma jostakolawx il-gwarniċi, il- pilastri u l-frontun tal-bieb li kien iwwassal għall-ġnien. L-estensjoni rċeviet premjijiet internazzjonali għall-mod kif ikkumplimentat u tikkoeżisti mal-bini residenzjali eżistenti.