Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 KONSULTAZZJONI PUBBLIKA Agħti l-opinjoni jew is-suġġerimenti tiegħek dwar id-dokument li jipproponi investiment ta' €29 miljun FOND EWROPEW GĦALL-MARITTIMU, IS-SAJD U L-AKKWALTURA 1. It-trawwim ta' industrija tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bioloġiċi fil-baħar; 2. It-trawwim ta' attivitajiet ta' akkwakultura sostenibbli, u l-ipproċessar u l-promozzjoni ta' prodotti tal-ħut u ta' l-akkwakultura biex hekk tkun żgurata is-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni Ewropea. Niżżel id-dokument ta' Konsultazzjoni Pubblika minn: www.eufunds.gov.mt Ibgħat is-sottomissjonijiet tiegħek lil: consultationemfaf@gov.mt sas-22 t'Ottubru, 2021. FEMSA għal Malta 2021-2027 huwa programm ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvliupp Reġjonali 2014-2020 Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali YENDRICK CIOFFI "Jiena u gwardjani oħra ma nistgħux nidħlu Kordin biex ma nkunux nafu x'inhu għaddej." Hekk saħaq gwardjan ieħor tal-ħabs li tkellem mal-ILLUM wara li l-gazzetta ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat tiżvela dettalji ta' dak li għaddej wara l-bibien tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Il-ġimgħa li għaddiet, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-eks gwardjan tal-ħabs Emmanuel Cassar, li żvela dettalji dwar is- sitwazzjoni fil-ħabs. Din il-ġimgħa, bħal ħmistax-ilu, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' gwardjani preżenti tal-ħabs li komplew jitfgħu dawl fuq kif it-tmexxija tal-ħabs timxi kemm mal-gwardjani infushom u anke mal- priġunieri. Gwardjan partikolari saħaq mal-gazzetta ILLUM kif ilu snin twal jaħdem il-ħabs u qabel wasal id-Direttur Alex Dalli dejjem ħadem fid-diviżjonijiet fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Madanakollu, it xhur biss wara li wasal Dalli, l-istess gwardjan ingħata transfer u issa qed jaħdem f 'diviżjoni oħra li għalkemm xorta tagħmel parti mill-ħabs, ma tagħmilx parti mill-binja f 'Kordin. "Jiena ma kontx gwardjan tal-qalba. Allura ħeles minni biex ma nkunx naf x'inhu għaddej f 'Kordin," insista dan il-gwardjan. Iżda jidher li dan il-gwardjan mhuwiex waħdu. Gwardjani oħra wkoll ingħataw transfers simili għax "ma kinux tal-qalba," minkejja li dejjem ħadmu tajjeb fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Gwardjan ieħor insista li kull ma jagħmel Dalli ma jfissirx li huwa ħażin. Fi kliemu tejjeb ħafna affarijiet fil-ħabs, partikolarment fejn tidħol is-sigurtà u insista li investa wkoll fl-uniformi tal-uffiċjali. Madanakollu kompla jisħaq li dawwar lilu nnifsu b'uffiċjali li "l-ħabs għamluh tagħhom." "Mhux hu biss il-problema. Il-problema hu u l-uffiċjali li hemm madwaru. Ma' kulħadd jimxi bil-preferenzi. Anke mal-priġunieri hemm diskriminazzjoni," insista dan il- gwardjan. L-istess gwardjani kkonfermaw ukoll dak li l-gazzetta ILLUM kitbet u żvelat fl- aħħar ġimgħat. Fost dan, il-ġimgħa l-oħra, l-eks gwardjan tal-ħabs Emmanuel Cassar irrakkonta kif Alex Dalli ġieli daħħal l-arma li jġorr fuqu f 'ħalq priġunieri biex iwisshom. Dwar dan, Dalli fetaħ libell lil Cassar u skont blogger partikolari (li ħadha qatta bla ħabel kontra l-gazzetta għax kitbet fuq il-ħabs) anke lill-gazzetta ILLUM. Madanakollu, sa issa, il- gazzetta ma rċeviet l-ebda notifika. Minkejja li Dalli fetaħ il-libell, aktar gwardjani kkonfermaw din l-aħbar. "Wieħed mill-priġunieri kien fetaħ qalbu miegħi. Kien qalli li Dalli daħħallu l-arma f 'ħalqu," ikkonferma wieħed mill-gwardjani. "Jiena ħdimt taħt ħafna diretturi. Ma kinux jilbsu uniformi, ħlief ġlekk u ngravata u ma kinux iżommu arma fuqhom. Jew jara l-films ta' Rambo, jew ma nafx. Rajtu b'għajnejja joħroġ fil-bitħa u jispara fuq il-ħamiem quddiem kulħadd." Gwardjan ieħor insista li mhux l-ewwel darba lanqas li jmur jagħmel l-ispezzjonijiet u għax ma jsibx dak li jrid, isakkar lill-priġunieri u jħallihom maqfula. "Fil-ħabs hemm problema kbira. Hemm grupp ta' nies li l-ħabs għamluh tagħhom u ħadd ma jista' għalihom. Mhux biżżejjed li jitneħħa Dalli," insista. Għat-tielet ġimgħa, il-gazzetta ILLUM reġgħet baqgħet bla tweġiba kemm mit-tmexxija tal-ħabs u anke mill-Ministeru għall-Intern. L-ewwel imejl, il-gazzetta ILLUM bagħtitha fid-29 ta' Settembru fejn minnufih tat ċans lil Dalli biex iwieġeb għall-allegazzjonijiet. L-istess mistoqsijiet ġew mibgħuta lill- Minsteru għall-Intern. It-tieni imejl, l-ILLUM bagħtitha fis-6 ta' Ottubru iżda għal darb'oħra baqgħet biss bi skiet perfett. Din il-ġimgħa, fit-12 ta' Ottubru, il-gazzetta ILLUM reġgħet bagħtet l-istess mistoqsijiet u żiedet it magħhom. Apparti minn hekk, stiednet lid-Direttur Alex Dalli għall- intervista biex tagħtih ċans iwieġeb għall-allegazzjonijiet kollha li qed isiru fuqu u fuq it- tmexxija. Madanakollu, sa kemm morna għall-pubblikazzjoni ma rċevejna l-ebda tweġiba. Dawn huma l-mistoqsijiet li l-ILLUM bagħtet u li se tibqa' tinsisti li jiġu mwieġba: 1. Sorsi mill-ħabs qalulna li inti kontinwament timxi fil-kurituri tal-ħabs armat b'arma tan-nar? Tikkonferma dan? Taħseb li dan huwa neċessarju? 2. Huwa minnu li kien hemm drabi fejn l-arma użajtha biex thedded lill- priġunieri? 3. Qalulna wkoll li ta' sikwit, toħroġ fil-bitħa u tispara fuq il-ħamiem? Tikkonferma dan? 4. Huwa minnu li fuq struzzjonijiet tiegħek, hemm ħitan fil-ħabs li qed jinżebgħu suwed? Għaliex tajt din l-istruzzjoni? 5. Huwa minnu li l-ispezzjonijiet fiċ-ċelel qed isiru minn gwardjani armati bil-lembuba u t-tarka? Għaliex? 6. Minnu li l-priġunieri jispiċċaw b'kastig għal kull ħaġa ta' xejn? Pereżempju minnu li jekk jonxru u ma jneħħux il-ħwejjeġ fil-ħin, dawn taqbdu u tarmuhom? 7. Kull gwardjan tal-ħabs, għandu aċċess għall-bnadi kollha tal-Faċilità? Huwa minnu li hemm gwardjani li ma jitħallew qatt jidħlu f 'Diviżjoni 6? 8. Ma taħsibx li għandek terfa' responsabbilità għall- imwiet li seħħew fil-ħabs fi żmien kemm ilek tmexxih? Skiet perfett minn Alex Dalli u mill-Ministeru għall-Intern 'Aħna gwardjani imma ma nistgħux nidħlu Kordin ... ma jridx li nkunu nafu x'inhu għaddej' Alex Dalli Il-gazzetta ILLUM tkompli titkellem ma' aktar gwardjani tal-ħabs dwar dak li għaddej wara l-bibien tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, l-atteġġjament tad-Direttur u dawk ta' madwaru