Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 analiżi illum • IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 Hemm ukoll l-allegazzjonijiet kontra Carmelo Abela, li jafu jmorru favur il- Ministru miż-Żejtun u allura dak ikun preġju għalih u daqqa kbira għall-PN u Jason Azzopardi, imma jekk imorru kontrih u b'xi mod jiġi pprovat li l-allegazzjoni li hu kien parti minn serqa ta' bank tirriżulta minnha, il-Prim Ministru Abela jkollu l-inkwiet! U inkwiet kbir! Elezzjoni twaqqa' l-mozzjoni kontra Zammit Lewis għax il-Parlament ikun xolt u elezzjoni bħalissa - jekk tintrebaħ mill- Partit Laburista bil-mod kif qed jindikaw is- sondaġġi - se tħalli lill-PN maqbud f 'ħafna mistoqsijiet u probabbilment sfidi interni wisq kbar biex ikun moħħu f 'Zammit Lewis. Jekk l-elezzjoni issir f 'Novembru l-mozzjoni taqa' issa, jekk issir f 'Marzu l-Gvern għandu fejn jimmanuvra - anke fid-dawl tad-diskussjoni dwar l-estimi tal- Baġit, li tibqa' sejra sal-15 ta' Novembru, kif ipprogrammat u allura dan jħalli biss madwar xahar qabel il-Parlament jagħlaq għall- Milied (u ma jerġax jiltaqa' għax Abela jxolji f 'Jannar). Ikun diffiċli ferm iżda jekk mhux impossibbli li l-Gvern jaħrab minn dan id- dibattitu sa April jew saħansitra Mejju! Iżda aktar minn dan kollu, elezzjoni fil-ġimgħat li ġejjin - b'mod speċjali jekk tintrebaħ mill-PL b'marġini kbar - tagħti ċans lil Robert Abela biex jkollu t-tim tiegħu, li jagħżel hu u li jirrispondi għalihom hu, fil- Kabinett. U minn hawn għalhekk immorru għal punt importanti: Il-leġittimità morali ta' Robert Abela. Leġittimità! Naturalment Abela huwa Prim Ministru leġittimu, għaliex in-norma f 'Malta hija li l-mexxej tal-akbar partit fil-Parlament ikun il-Prim Ministru. Abela rebaħ b'mod konvinċenti ħafna l-elezzjoni għal Mexxej Laburista ġdid f 'Jannar 2020, b'madwar 57% tal-voti tal-membri. Minkejja dan, il-fatt jibqa' li Abela qatt ma qagħad għat-test kruċjali mal-elettorat u l-leġittimità tiegħu ġejja mil-Liġi u r-regolamenti demokratiċi, iktar milli mill- approvazzjoni demkoratika tal-poplu. Dan ifisser li minkejja kull deċiżjoni li ħa, hu għadu qed jiggverna bil-maġġoranza li kiseb Joseph Muscat. Huwa billi Prim Ministru jkollu l-akbar forma ta' leġittimità li tagħtih is-saħħa biex jiddeċiedi u jifforma t-tim li jixtieq hu. Sakemm imur għal elezzjoni u jikseb mandat popolari Abela jibqa' jkollu dan ir- rekwiżit demokratiku importanti li kellu kull Prim Ministru Malti mill-Indipendenza - ħlief Karmenu Mifsud Bonnici - nieqes! Illum, is-sondaġġi qed juru li Abela dak il-mandat jista' jiksbu bil-qawwi, b'ċans li saħansitra l-PL jkabbar id-distakk tal-2017. Probabbilment - elezzjoni msejħa wara Milied tajjeb - tliet xhur oħra - ma tbiddilx ix-xenarju wisq, għalkemm kif jgħidu ġurnata hija twila ħafna fil-politika. Imma fuq elezzjoni msejħa wara l-Għid il-Kbir - li se jiġi ċċeebrat fis-17 ta' April, u allura sitt xhur oħra, - qed nitkellmu fuq xenarju kompletament differenti minn dak tal-lum. Il-pandemija, l-ekonomija u l-flus fil-but! Il-mistoqsija hija: Il-Prim Ministru fuqhiex irid jiġġieled l-elezzjoni? L-aħħar sondaġġ ippubblikat fuq il- gazzetta oħt Maltatoday huwa ċar li l-aktar żewġ kwistjonijiet importanti għan-nies meta se jivvutaw huma: L-ekonomija u l-flus fil- but! Fil-fatt mistoqsijin: "Liema minn dawn il-ħames kwistjonijiet huma l-aktar importanti għalik? Ekonomija, flus fil-but, ambjent, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-immigrazzjoni" - xejn inqas minn 68.9% semmew l-ekonomija u l-flus fil-but. Fil- fatt 39.5% semmew l-ekonomija u 29.4% semmew il-flus fil-but. Minn naħa l-oħra 21% semmew l-ambjent. Mela huwa ċar li l-elezzjoni se tiġi miġġielda fuq dawn it-tlieta suġġetti - għall-inqas minn naħa tal-PL. Issa l-poplu kif jaħseb li l-Gvern qed imexxi fuq l-ekonomija u l-flus fil-but? L-istess sondaġġ juri kif 54% tal-poplu jemmen li l-Gvern qed imexxi l-ekonomija b'mod tajjeb jew tajjeb ħafna. Kważi 34% jemmnu li qed imexxiha la ħażin u lanqas tajjeb u huma biss 11.1% li jaħsbu li qed imexxi l-ekonomija ħażin jew ħażin ħafna. Fuq il-flus fil-but maġġoranza relattiva ta' 41.3% qed jgħidu li l-Gvern qed imexxi tajjeb jew tajjeb ħafna, filwaqt li 37.4% jgħidu li la tajjeb u lanqas ħażin. Huma biss 19.5% li jwieġbu ħażin jew ħażin ħafna. Terġa' u tgħid dan is-sondaġġ sar ġimgħa qabel il-Baġit. Dan l-eżerċizzju finanzjarju li kien milqugħ b'mod tajjeb minn bosta, inkluż minn ħafna mill-imsieħba soċjali, jaf reġa' biddel dawn in-numri biex aktar nies huma pożittivi dwar t-tmexxija ekonomika u finanzjarja tal-Gvern. Fuq l-ambent il-Gvern ta' Abela jmur ħażin ħafna b'51.1% jgħidu li qed imexxi ħażin jew ħażin ħafna f 'dan is-settur. Mela n-numri qed juru ċar li l-Gvern - l-akbar saħħa tiegħu hija fl-ekonomija, il-finanzi u l-flus. Jekk se jieħu dan in kunsiderazzjoni, mela l-aqwa żmien għall- Partit Laburista biex issir elezzjoni hija issa - bil-Baġit milqugħ tajjeb frisk f 'moħħ kulħadd, jew inkella f 'Jannar meta n-nies jibdew jirċievu ċ-ċekkijiet u l-benefiċċji biż- żieda. Sa April/Mejju/Ġunju - politikament - il- baġit isir passat remot, a non issue! Elezzjoni issa jew f 'Marzu, mingħajr inwkiet serju fuq il-flus fil-but, iħalli lill- Prim Ministru jiffoka aktar fuq il-kwistjoni ambjentali, li jidher ċar li hawn inwkiet serju u ġenwin fuqha! Elezzjoni bikrija u baġit imdendel? L-aħħar kwistjoni hija dik dwar elezzjoni bikrija. Elezzjoni f 'Novembru jfisser li l-Gvern ikun sejjaħha fis-sena ta' qabel, wara erba' snin u ħames xhur mill-elezzjoni tal- 2017. Din tibqa' allura elezzjoni bikrija, wara li dik tal-2017 ġiet kważi sena qabel. Din se terġa' tiaħ lill-PL għall-kritika li għal raġuni jew oħra qatt ma jlesti leġiżlatura sħiħa, xi ħaġa li manifestament iddejjaq ukoll lil settur mill-għeruq tal-Partit Laburista. F'Marzu - anke jekk hija biss erba' xhur wara elezzjoni f 'Novmebru - l-elezzjoni tkun saret fis-sena l-propju tagħha u allura teknikament tiġi saret fi żmienha. Fi żmienha eżatt jibqa' Mejju jew Ġunju. Jiġifieri jekk il-Partit Laburista u Robert Abela jixtieq li jkun spiċċa l-leġiżlatura kollha kemm hi, sal-inqas ġimgħat - l-elezzjoni jagħmilha f 'Mejju jew Ġunju. Jekk hu jemmen li jista' jsostni l-maġġoranza li għandu llum - anke fid-dawl ta' riskji, bħall-Covid-19, prezzijiet jiżdiedu tal-uwils, prezzijiet tal-ikel li qed jiżdiedu internazzjonalment - inkluż lokalment, mozzjonijiet kontra Ministri fil-Kabinett tiegħu u aktar rabja fuq l-ambjent, nidħlu fiċ- ċans ta' elezzjoni seba' jew tmien xhur oħra!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021