Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 ewropej illum • IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 Alexeï Navalny jirbaħ il-Premju Il-mara li spiċċat f'ċella għax iġġieldet il-frodi elettorali tal-Eks President Bolivjan Evo Morales, Jeanine Áñez Jeanine Áñez hija politikanta Bolivjana li temporanjament kienet ukoll il-President tar- Repubblika tal-Botswana mit-12 ta' Novembru tal-2019 sat-8 ta' Novembru tal-2020. Hija ħadet il-presidenza wara r-riżenja u t-tluq sussegwenti mill- pajjiż tal-President ta' dak iż-żmien, Evo Morales, wara li hu u l-alleati tiegħu allegatament wettqu atti ta' frodi elettorali. Jeanine Áñez ħadet il-kariga skont il-Kostituzzjoni tal- Bolivja u ġiet approvata mill-Qorti Kostituzzjonali Plurinazzjonali, l-ogħla korp kostituzzjonali ta' kontroll Bolivjan. Fil-it żmien li għamlet f 'din il- kariga, Jeanine Áñez ġabet bidla kbira f 'numru ta' politiki li kien iħaddan il-pajjiż eżempju dik soċjali fejn iffukat l-iktar fuq id- drittijiet tal-mara. Fil-fatt fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa, fit-8 ta' Marzu tal-2020, Áñez ħabbret investiment ta' $100 miljun fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa. Hija ddikjarat l-2020 is-Sena tal-Ġlieda Kontra l-Feminiċidju u l-Infantiċidju fil- Bolivja, filwaqt li pruvat tbiddel leġislatura li skont hi kienet ta' benefiċċju għall-aggressuri u l-qattiela minħabba lakuni legali. L-Assemblea kienet aċċettat l-abbozz iżda ma għamlet xejn aktar tard. Dan probabbli seħħ minħabba li fi ħdan il-mandat kostituzzjonali tagħha, Jeanine Áñez sejħet elezzjoni fit-18 ta' Ottubru 2020. Luis Arce, mill-partit 'Movimiento al Socialismo' (Moviment Lejn Soċjaliżmu), li l-eks President Morales għen biex jwaqqaf, ġie elett president u ħa l-kariga minn Áñez fit- 8 ta' Novembru, fi proċess ta' transizzjoni trasparenti. Fit-13 ta' Marzu 2021, l-awtoritajiet Bolivjani arrestaw lil Jeanine Áñez fuq akkużi ta' terroriżmu, sedizzjoni, konspirazija u li instigat protesti vjolenti fl-2019. Ġurnata wara, l-imħallef ordna li tinżamm għal erba' xhur f 'detenzjoni qabel ma' jibda' l-proċess tagħha. L-imħallef ħareġ ukoll mandati ta' arrest kontra l-eks kmandant tal-forzi armati Williams Kaliman u l-eks kmandant tal-pulizija Yuri Calderón. Fid-19 ta' Marzu 2021, Áñez bdiet strajk tal-ġuħ dan wara li t-talba tagħha biex tiġi trasferita f 'faċilità medika minħabba li kienet qed tħossa dippressata ġiet miċħuda. Bintha ddikjarat li kellha problemi preċedenti bid- depressjoni u l-ipertensjoni. L-Imħallef Armando Zeballos iddeċieda li Áñez m'għandhiex tiġi ttrasferita mill-ħabs għal sptar peress li hija tista' tiġi ttrattata fil- ħabs minn tobba. Fl-20 ta' Marzu 2021, ġiet trasferita fil-ħabs ta' Miraflores. Fl-istess jum, il-Qorti f 'La Paz estendiet id-detenzjoni tagħha qabel il-ġuri, minn erba' xhur għal sitt xhur. Fit-23 ta' Marzu 2021, Áñez ħarġet ittra mill-ħabs fejn tkellmet dwar "abbużi u tortura" li qed tesperjenza filwaqt li sejħet lill-Gvern ta' Luis Arce bħala "dittatorjat". Żammitu wkoll responsabbli għal kull ħaġa li jista' jiġrilha waqt li qegħda fil-ħabs. Hi kitbet ukoll li saħħitha kienet sejra għall-agħar u akkużat lil Arce u lill-Ministri tiegħu li żammewha bħala priġuniera taħt akkużi foloz. Ftit wara l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad- Drittijiet tal-Bniedem fil-Bolivja bagħat rappreżentant fil-ħabs biex jinvestiga l-kundizzjonijiet tal-priġunerija ta' Áñez. Sas-27 ta' Marzu 2021, is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Antony Blinken talab għall-ħelsien ta' Áñez u qal li l-arresti "ma kinux koerenti mal-ideali demokratiċi tal-Bolivja" filwaqt esprima tħassib dwar "indikazzjonijiet anti-demokratiċi fil-pajjiż". Il-Gvern Bolivjan ovvjament irriuta d-dikjarazzjoni magħmula minn Blinken u akkuża lill-Istati Uniti b' "indħil" fl-affarijiet interni. Erba' xhur wara, f 'Awwissu tal- 2021, hija ppruvat tieħu ħajjitha b'idha. Jeanine Áñez, għadha fil- ħabs ta' Miraflores, bla ebda kura għal ġrieħi tagħha. In-nisa li rreżistew lit-Tabilan u komplew il-ġlieda għal futur aħjar għan-nisa Afgani Is-Soċjalisti Demokratiċi u l-Partit tal-Ħodor innominaw lil grupp magħmul minn 11-il mara li minkejja l-ħakna tal-Afganistan mit-Talibani, baqgħu jiġġieldu għad-dritt tal-mara. Taħt ir-reġim Taliban preċedenti, in-nisa diġà sofrew ħafna, b'żwieġ sfurzat, mortalità għolja tal-maternità, testijiet ta' verġinità sfurzati filwaqt li ma setgħux jivvjaġġaw mingħajr raġel lanqas biex jmorru jixtru biċċa ħobż. Wara r-ritorn tat-Taliban fil- poter, in-nisa mal-ewwel reġgħu ġew esklużi mill-Gvern kemm fejn tidħol l-edukazzjoni, id-drittijiet u l-libertajiet tagħhom. Dawn in-nisa huma attivisti, politiċi, ġurnalisti u għalliema li ilhom jiġġieldu għad-drittijiet tan-nisa, inkluż fl-oqsma tal- edukazzjoni u l-parteċipazzjoni politika, u kienu huma stess parti mill-ħajja politika u assoċjattiva fl- Afganistan qabel it-Taliban ħataf il-kontroll. Il-11 il-mara, parti minn dan il-gruppi huma dawn. Shaharzad Akbar - President tal-Kummissjoni Afgana għad-Drittijiet tal-Bniedem Indipendenti (AIHRC). Hija serviet ukoll bħala Deputat tal- Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali dwar il-Paċi u l-Protezzjoni Ċivili u bħala Konsulent Anzjan għall- President Afgan fuq Kunsilli ta' Żvilupp Għoli. Mary Akrami – Il-Kap tal- Għaqda Nisa Afgani. Hija ħadet sehem bħala delegata żagħżugħa fil-konferenza ta' Bonn 20 sena ilu, u minn dakinhar, hija ħeġġet id-drittijiet tan-nisa politikament u prattikament filwaqt li stabbiliet l-ewwel xelters għan-nisa fl- Afganistan. Zarifa Ghafari – Kienet l-ewwel mara sindku tal-provinċja konservattiva ta' Wardak. Palwasha Hassan - Attivista u d-direttur taċ-Ċentru Edukattiv tan-Nisa Afgani (AWEC). Għandha aktar minn 15-il sena esperjenza fil-proġetti ta' żvilupp għan-nisa u hija l-membru fundatur ta' bosta għaqdiet eżistenti ta' nisa fl-Afganistan. Freshta Karim - Fundatur ta' librerija mobbli u avukat għall- edukazzjoni u t-tagħlim. Hija eżempju ta' waħda min-nisa Afgani li marru lura biex jgħinu lill-Afganistan wara li studjaw barra minn pajjiżom (mill- Università ta' Oxford) minkejja l-isfidi kollha tiegħu. Sahraa Karimi - L-ewwel President mara ta' kumpanija tal-films. Hija l-unika mara Afgana li għandha PhD fil-midja taċ-ċinema. Wara li ħarbet mill- Afganistan, hija kompliet bil- kampanja tagħha għall-protezzjoni ta' produtturi tal-films Afgani u għan-nisa b'mod ġenerali. Metra Mehran - Avukat tan- nisa għall-għoti tas-setgħa u l-edukazzjoni u ko-fundatur tal- Moviment Feminine Perspectives. Metra Mehran hija attivista għad-drittijiet tal-bniedem. Vuċi ewlenija fl-edukazzjoni u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, hija tikteb artikli ta' opinjoni għal ħwienet lokali u internazzjonali. Horia Mosadiq - Attivista għad- drittijiet tal-bniedem u tan-nisa. Kellha titlaq mill-pajjiż minħabba l-attiviżmu tagħha iżda kompliet taħdem għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tan-nisa minn barra, b' missjonijiet frekwenti fil-pajjiż. Sima Samar - Avukat tad- drittijiet tal-bniedem, eks Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa u eks President tal-Kummissjoni Afgana għad-Drittijiet tal-Bniedem. Habiba Sarab - Membru tat- tim tan-negozjati tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan. Ħadmet bħala attivista għad-drittijiet tan-nisa u attivista għall- edukazzjoni, tħarreġ bniet u anke nisa immigranti fil-kampijiet Pakistani. Hija kienet Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa mill-2002 sal-2004, u fl-2005 inħatret bħala l-ewwel gvernatur femminili fil- provinċja ta' Bamyan. Anisa Shaheed - Ġurnalista politika li tirriskja ħajjitha għal rappurtar perikoluż fil-qasam tal-politika filwaqt li taħdem fuq stejjer dwar id-drittijiet tal- bniedem u s-sigurtà. Jeanine Áñez

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021