Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516
26 oroskopju IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 In-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio Mill-Ħadd 31 ta' Ottubru sas-Sibt 6 ta' Novembru Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan in-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Aquarius ser iffisser aktar fokazzjoni lejn il-qasam ġdid li int dħalt fih. Pero' għalkemm riesqa lejn din id- direzzjoni ġdida trid tgħaraf iddaħħal aktar kunfidenża fil-madwar tiegħek sabiex b'hekk tgħaraf ikollok riżultati sodisfaċenti. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku li tħossok komdu miegħu hu Libra. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Pisces ser jurik li r- responsabbilita' mhux biss għanda tkun bħala ħsieb iżda trid tgħaraf tagħmilha aktar fattibli u dan ġej għax il-ħajja ta' madwarek kemm dik fil-karriera u anke personali ser tkun qed tesperjenza direzzjoni ġdida li żgur għandha tkun ta' tkattir stabbli.L- aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li tħossok komdu miegħu hu Sagittarius. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'dan in-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Aries ser iwasslek għal aktar mumenti pożittivi u dawn ser jibdew jinħassu l-aktar fil-ħmistax li ġejjin. Għalkemm dan jaf joħloq xi it ta' tensjoni minħabba li ma kontx ippreparat għal dan, bil-karattru tiegħek int ser tgħaraf iżomm kontroll u taddatta għal dan. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku li tħossok komdu miegħu hu Leo. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Taurus ser jagħmlek tgħaraf jekk l-imħabba li int esperjenzajt fil-passat kienitx waħda fundamentali jew le. Dan huwa l-mument li int trid tgħaraf eżatt xi trid mill-passat li mbagħad ma tkunx tiflaħ għalih. Mur biss lura lejn il-passat jekk int lest sew għalih u jekk le ħares biss lejn toroq ġodda. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku li tħossok komdu miegħu hu Cancer. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju F'dan in-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Gemini ser ikun mument li fl- aħħar tibda twettaq dak il-pjan partikolari li int tant ilek tħejji u tippjana għalih. Dan ser joffrilek dak is-sodisfazzjon li tħoss li kollox ikun hemm raġuni għal dak li jiġri fil-ħajja ta' madwarna fil-mument magħżul u attwat. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku li tħossok komdu miegħu hu Virgo. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju F'dan in-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Cancer ser jagħmlek tgħaraf aktar dawk il- persuni li int għandek tafda l-aktar u dan għaliex f 'dawn il- ġimgħat li ġejjin int ser tesperjenza ċertu tibdil. Ser tgħaraf li bdiet dieħla ċertu għira u dan ħa jikkomplika l-ħajja ta' madwarek. Għalhekk wasal iż-żmien li tpoġġi lil dawk ta' madwarek taħt eżami. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li tħossok komdu miegħu hu Aries. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-New Moon fiż- żodjaku ta' Scorpio għalik Leo ser tibda tgħaraf x'taqsam jew x'ma taqsamx ma' dawk ta' madwarek speċjalment minn dak li int esperjenżajt it tal-ġimgħat ilu. Din l-esperjenza għanda sservik ta' linja gwida sa fejn int għandek tasal f 'dak li int trid twettaq Huma dawn l-esperjenzi li sejrin jimmaturawk. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu hu Taurus. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'dan in-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Virgo ser jagħmlek tgħaraf aktar il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek. Għalkemm li qiegħed tara xi sinjali negattivi, dan mhux allarmanti għax dan huwa t-taqlib li ġej minn sitwazzjonijiet li ma tantx kellek kontroll fuqhom. Għalhekk la issa bdejt tgħaraf dan tajjeb li twettaq pjan finanzjarju ġdid. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Iż- żodjaku li tħossok komdu miegħu hu Aquarius. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan in-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Libra ser ikun żmien ta' valutazzjoni kompluta. Jaf ikun riesaq dak il-mument bħal meta dik il-bużżieqa li tonfoħ u tonfoħ fl-aħħar tinfaqa. Ovvjament issa ilek għal zmien twil iżomm ġewwa fik u taf tinfaqa, iżda għaraf biss li int tkun imħejji għal dak li iseħħ wara dan.L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku li tħossok komdu miegħu hu Pisces. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan in-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik l-istess Scorpio ser ikun dak il- mument li tgħaraf tirriffletti it aktar fuq dak li kont qed tesperjenza. Dan ser ikun sabiex int tgħaraf fejn stajt kont aħjar jew le, aktar u aktar issa hemm bżonn li tirriffletti aktar fuq il-madwar komplut tiegħek. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li tħossok komdu miegħu hu Capricorn. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan in-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Sagittarius ser ikun il-mument fejn int ser tgħaraf tkun ta' ġwida għal dawk ta' madwarek. Dan it-talent li int għandek fik innifsek issa trid tgħaraf twasslu b'aktar attenzjoni meta ser tidħol f 'sitwazzjoni ta' bżonn ta' aktar pariri għal dawk ta' madwarek. Għaraf aħseb sew qabel twettaq xi direzzjoni. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li tħossok komdu miegħu hu Gemini. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan in-New Moon fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Capricorn ser jagħmlek tgħaraf aktar ir- responsabbilta' ta' dak li int trid twettaq aktar il-quddiem. Dan il-pass trid tibqa tkattru sakemm int tgħaraf li wasalt fil-massimu li int tkun wettaqt dak li xtaqt. Għalhekk ħu żmien kollu li tixtieq. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li tħossok komdu miegħu hu Virgo. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont fuq il- pubblikazzjonijiet kollha ta' PaulJon, flimkien mal- Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Ritianne Micallef mill-Mosta It-tieni premju ntrebaħ minn: Mireille Polidani minn San Pawl il- Baħar Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa hi: Halloween meta jiġi ċċelebrat, fis-27, fid-29 jew fil-31 ta' Ottubru? Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lill: Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. Namaste HALLOWEEN: Il-Ħadd 31 ta' Ottubru 2021 Il-Ħadd 31 ta' Ottubru madwar ħafna pajjiżi fid-dinja jiġi ċelebrat Halloween u dan iseħħ ukoll f 'pajjiżna, f 'Malta. Halloween qabad f 'dawn l-aħħar snin iżda xorta waħda sab dik l-oppożizzjoni mill-knisja. Ovvjament ma jonqsux il- kontroversji peress li l-kultura tagħna hi waħda Kattolika. Il-knisja tipprova twassal il-messaġġ tagħha kontra din iċ-ċelebrazzjoni, iżda din żidet fil- popolarita'. Halloween beda jkun iċċelebrat aktar minn elfejn sena ilu minn komunita' ta' Ċelti ġewwa l-Irlanda. Iċ-Ċelti kienu jiċċelebraw dan il-jum bħala l-bidu tas-sena ġdida. F'dak iż-żmien dan kien jissejaħ SAMHAIN li tfisser jew ġejja mill-kelma Gallika pronunzjata sow-win li tifisser ġabra spiritwali kif ukoll bidu ta'żmien ġdid. Halloween għandu jservi għalina sabiex wara li niċċelebraw b'mod xieraq, inħejju sabiex niaktru profondament fl-għeżiż tagħna t-Tlieta 2 ta' Novembru. Namaste. KOMPETIZZJONI MA' PAULJON