Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 Carmel Bonnici Il-Films tad-diżastri (1) Sa mill-epoka tal-films muti tal- bidu, dawk li jiffrekwentaw iċ- ċinema minn dejjem kienu eċitati bil-films tad-diżastri. Mill-1901, mix-xogħol drammatiku Fire dwar dar qed taqbad sal-film epiku Noah's Ark (1928) (dwar Noe' u l-Arka) fejn fl-għargħar tal-final tal-film tliet atturi verament għerqu, Hollywood ixxala fil-katastrofi sa mill- bidunett. Dan il-ġeneru sploda fil- popolarità matul is-snin sebgħin b'sensiela ta' produzzjonijiet gwappi (blockbusters), b'lista ta' atturi famużi. Dan l-artiklu se jiffoka l-aktar fuq dan il-perjodu. Lejn l-aħħar tas-snin sebgħin din it-tendenza malajr sfaxxat meta l-poplu, kif aktarx jiġri dejjem, iddejjaq minnhom. Meta, xi 20 sena wara, l-iżvilupp tal-effetti speċjali beda jsir permezz tal- immaġini ġġenerati bil-kompjuter, il-produzzjonijiet ta' ħerba palpabbli reġgħu verament ħadu l-ħajja. Il-films tad-diżastri jistgħu jiġi kklassifikati hekk: Diżastri naturali u oħrajn miġjuba mill-ineffiċjenza jew traskuraġni tal-bniedem. It-Terremoti. Meta sezzjoni kbira mill-qoxra tad-dinja tiċċaqlaq malajr jew tibdel postha dan jikkaġuna ċaqlieq fil-wiċċ tal- art. Dan aktarx jiġri minħabba xi pressjoni nterna. Xi żoni globali huma aktar suxxettibli għal dawn il-movimenti nterni. L-istudju tat- terremoti jissejjaħ ix-xjenza tas- sejsmoloġija. Saru ħafna terremoti qawwija fid-dinja u mietu numru kbir ta' nies l-aktar meta jiġġarraf xi bini fuqhom. Xi terremoti kbar seħħew f 'San Francisco, l-Italja, l-Ġappun. Iċ-Ċina, l-Iran u saħansitra wieħed kbir laqat l-Alaska nhar il-Ġimgħa l-Kbira tal-1964. Xi films li rrakontaw dawn il-ġrajjiet huma San Francisco (1936), e Last Days Of Pompeii (1935/1960) u 2012 (2012). Il-Vulkani. Ftuħ fil-qoxra tad- dinja minn fejn blat maħlul u jikwi (lava), stim u gass sħun joħorġu mill-intern ibaqbaq tal-art. L-isem ta' Vulkan ġie mill-gżira ta' Vulcano fil-Baħat Terrenju, li l-antiki kienu jqisuh li hu d-dħul għall-ġewwieni tad-dinja fejn kien jgħix Vulcan, l-Alla tan- Nar. Meta l-lava tibda takkumula tikkrea muntanja, b'bokka kbira fil-quċċata tagħha. Hawn vulkani li għadhom attivi u oħrajn estinti. Fost tal-ewwel insibu l-Etna fi Sqallija, Vessuvju f 'Pompeii/Napli, fl-Afrika l-Muntanja Kilimanjaro, fil-Ġappun Mount Fujiyama u fil- Baħar Karibew ieħor fuq il-gżira ta' St. Helena. Lejn l-aħħar tas-snin tletin, l-films dwar vulkani attivi kien jidher li huma dominju ta' Paramount Pictures li użawhom fil-final ta' diversi xogħlijiet li fihom ħadmet Dorothy Lamour u avventuri strambi bħal Cobra Woman (1944), e Jungle Princess (1936), Her Jungle Love (1938), Tropic Holiday (1938) u oħrajn simili. Aktar riċenti, l-vulkani sbruffaw f 'e Devil At 4 O'Clock (1961) u Journey To e Centre Of e Earth (1959) ġo avventura fil-qalba tad-dinja b'James Mason, Pat Boone, eċċ. jinżlu minn vulkan mejjet fl- Iżlanda u joħorġu mill-Etna. Il- famuża sbruffatura ta' Vessuvju rajnieha f 'diversi produzzjoinijiet ċinematografiċi bħal e Last Days Of Pompeii u Anno 79: La Distruzione Di Ercolano u fil- kummiedja Up Pompeii (1971). Diżastru kbir fid-dinja ġara fl- Indoneżja fl-1892, fuq il-gżira ta' Krakatoa fejn il-vulkan sploda fl- akbar splużjoni li qatt instemgħet fid-dinja u qasmet lill-gżira fi tnejn. Fair Wind To Java (1953) u Krakatoa: East Of Java (1968) irrakkontaw dan il-katastrofu titaniku. Meta lestew Krakatoa: East Of Java, il-produtturi sabu li din il-gżira kienet West Of Java (fil-Punent). Mostri kbar ħarġu mill-bokka ta' vulkan estint f 'e Black Scorpion (1954). Il-film ta' Johnny Weissmuller Tarzan And His Mate (1934) jispiċċa b'vulkan jarmi l-lava u f 'Joe Versus e Volcano (1990) dwar raġel (Tom Hanks) b'marda terminali li, wara 6 xhur jgħix ta' re, ikollu jaqbeż fil-bokka ta' vulkan. Films oħrajn dwar dan is-suġġett kienu One Million B.C. (1940), One Million Years B.C. (1965), Dante's Peak u Volcano (it-tnejn 1997), dan tal- aħħar ixerred il-lava f 'Los Angeles stess. L-Uragani. Riefni kbar u ta' saħħa tremenda dejjem iħallu ħerba warajhom fl-infrastruttura tal-pajjiż. Dawn l-uragani jqaċċtu siġar, iħarrbtu djar u ġieli jwaqqgħu ħitan sodi. Fil-films, dan il-fenomini l-aktar li deher fi gżejjer eżotiċi tal-Ibħra tas-Sud. Xi films ta' dan it-tip huma Hurricane (1937), Typhoon (1940), Hurricane (1979) u Twister (1996), l-isem modern ta' riħ ivenven u jobrom li jtella' fl-arja kull ma jsib fi triqtu. Nirien Qawwija. In-nirien kbar jikkaġunaw kemm ħsara materjali, mwiet u ħsara ekoloġika. L-iżjed kawża ta' nirien estensivi hi meta taqbad xi foresta jew minn xi post mibni bl-injam. In-nar naturali l-aktar li jseħħ permezz ta' sajjetti, u anki meta jiżbroffa xi vulkan. It- traskuraġni tal-bniedem tista' tqanqal nar qawwi, jew minħabba "short circuit" fl-elettriku jew meta xi annimal domestiku jwaqqa' xi fanal jixgħel kif seħħ tabilħaqq meta nar estensiv ħakem il-belt ta' Chicago. It-tfittxija għaż-żejt fuq xi pjattaforma fil-baħar jew anki fuq l-art aktarx iġġib il-post vampa nar. Xi films tajbin dwar dan is- suġġett huma In Old Chicago (1938), fejn baqra twaqqa' lampa tixgħel fuq it-tiben, Rebecca (1940 u 2020), Gone with e Wind, il-ħruq tal-belt ta' Atlanta, Quo Vadis, l-Imperatur Neruni jaħraq il-belt ta' Ruma waqt li jkanta stunat, London's Burning u oħrajn. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021