Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516
ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dan l-aħħar ġie diskuss ħafna is-sondaġġ li sar mill-kumpanija Ernst and Young, li juri kif persentaġġ qawwi ta' żgħażagħ jixtiequ jitilqu minn Malta. Fil- fatt dan is-sondaġġ juri kif 60% ta' dawk bejn is-16 u l-25 sena jippreferu kieku jistgħu jgħixu ġo pajjiż ieħor fl-Ewropa, filwaqt li 59% ta' dawk bejn il-25 u l-40 sena jaħsbu l-istess. Kienu 28% ta' dawk taħt il-25 sena u 26% ta' dawk sa 40 sena li jippreferu illi jibqgħu jgħixu f 'dan il-pajjiż. Allura l-mistoqsija li bosta qed jipprovaw iwieġbu u janalizzaw hija "Għaliex?" Għaliex iż- żgħażagħ Maltin qed jaraw u jippreferu ħajja barra minn Malta? X'qed jiġri ħażin jew x'hawn nieqes Malta li hemm barra jew li jaħsbu li ser isibu barra? L-ILLUM tanalizza dawn il- mistoqsijiet u tipprova tiem aħjar għaliex sitta minn kull 10 żgħażagħ iridu jitilqu minn pajjiżna. Malta ċ-ċentru tad-dinja! Li hawn Malta ssibu kullimkien! Il-poplu Malti kien biss "riċentement" li ħareġ mill- faqar jekk tieħu l-eżistenza twila ta' Malta. Aħna poplu li sa it ġenerazzjonijiet ilu konna ngħixu fl-għorfa u d-djar żgħar, fil-faqar assolut jew kważi, li jgħix bil-loqom li jitfa' l-Imperu Ingliż u l-borgeżija. Dan il-faqar baqa' u kienu biss snin fuq snin tal-bini tal-Welfare State u diversifikazzjoni tal-ekonomija li waslu biex l-ekonomija Maltija saret b'saħħitha, ħolqot ix-xogħol u magħha lill-klass tan-nofs li llum tifforma parti sostanzjali ħafna ta' dan il-poplu. U mal-ġid, ġiet stil ta' ħajja ġdida - li tinkludi s-safar. Ma mmorrux lura wisq, li s-safar kien għadu l-lussu tal-it, għax kien jiswa' ħafna flus. Iktar kemm jgħaddi żmien iktar nies, speċjalment il- ġenerazzjoni żagħżugħa tfittex opportunitajiet ta' safar barra mill- pajjiż, darba jew anke darbtejn fis- sena! Għall-ġenerazzjoni tal-lum u dik li għadha tiela' d-dinja hija aċessibbli fuq il-Google, l-internet in ġenerali, Netflix, Facebook, Twitter u Instagram. Illum qed ngħixu f 'dinja fejn żagħżugħ Malti jikkomunika b'mod instantanju u f 'ħin reali ma' ieħor mill-Indja, jew ikollu konverżazzjoni romantika mas-sieħeb/sieħba tiegħu fid- Danimarka jew inkella jilgħab xi logħba ma' xi ħadd li jgħix fl-Istati Uniti. Dan xi jfisser? Ifisser li l-orizzonti tal-Malti kibru bla preċedent, li d-dinja tagħna espandiet minn waħda li kienet tħares minn Birżebbuġa sal-Għarb għal waħda li tħares minn New York sa Amsterdam u Sydney. Dan ifisser li llum, għall- ġenerazzjonijiet iżgħar, Malta ma għadhiex iċ-ċentru tad-dinja, ma għadhiex dak l-ispazju "ġenna tal-art", "ġawhra fil-mediterran" fejn "dak li hemm madwar id- dinja ssibu hawn" għax huma edukati dwar id-dinja madwarna, ħafna minnhom esperjenzawha u ħafna esperjenzawha minn ottika kulturali, edukazzjonali u anke soċjali mhux sempliċiment għax marru ġita! Jiġifieri ż-żgħażagħ qed jarawha d-dinja, ħafna iktar milli rawha l-ġenituri tagħhom u ħafna u ħafna iktar milli ratha nannithom jew nannuwhom, li għalihom vaganza kienet mawra sa Għawdex sa 20, 30 jew 40 sena ilu! L-esperjenzi ta' barra ħafna drabi huma mqabblin ma' dawk lokali u allura kemm jekk huma prezzijiet tal-ikel u l-kirjiet, kemm jekk huwa l-ambjent, kemm jekk huma wkoll l-opportunitajiet. U se nagħtu ħarsa lejn uħud minn dawn! L-Ambjent - sens ta' klawstrofobija! Minn dan is-sondaġġ huwa ċar li maġġoranza qawwija ħafna - disa' minn kull 10 persuni ta' dawn l-etajiet - iħossu li l-ambjent Malti qed imur għall-agħar! Issa Malta qatt ma kienet xi post tal-foresti u muntanji, imma dejjem kienet gżira b'ħafna blat (garigue) u mhux wisq siġar. Jiġifieri meta persuna ssiefer u tara l-ġmiel naturali li jeżisti f 'ċerti pajjiżi malajr jibda jinnota kemm Malta hija nieqsa mis-siġar, mill- għeġubijiet tan-natura u minn dawk ix-xenarji simili għall- postcards, li meta konna żgħar konna narawhom biss f 'xi film! Biex tgħaxxaq fl-aħħar snin il- perċezzjoni (u r-realtà wkoll) li Malta qisha sit ta' kostruzzjoni: Kullimkien krejnijiet, trabijiet, kullimkien maqlugħ u aktar, issaħħet u baqgħet tissaħħaħ b'mod qawwi. Is-sentiment huwa li Gvernijiet sussegwenti, inkluż ta' qabel dan u anke dan, b'policies partikolari sfiguraw b'mod assolut ċerti rħula li bilkemm għadhom jintgħarfu, hekk kif minflok djar antiki jew djar in ġenerali - inkluż dawk b'karatteritiċi Maltin - telgħet blokka, ħdejn blokka ta' appartamenti. Dan l-effett faċilment narawh f 'postijiet bħall- Imġarr, il-Manikata, il-Għargħur, ix-Xlendi, Marsalforn u f 'ħafna irħula oħrajn fejn il-karatteristika Maltija u Mediterranja (taraha Sqallija, l-Italja u anke t-Tuneżija), il-Knisja (jew il-Moskea) tkun il- binja dominanti tar-raħal f 'termini ta' tul, qegħda titgħatta taħt id-dell ta' blokka fuq blokka fuq blokka. Dan kollu qed iżid mas- sentiment ta' klawstrofobija, ta' spazju żgħir, li tmur fejn tmur tiltaqa' man-nies, l-istorbju, il- bini ikrah (anke l-Ministru Aaron Farrugia ammetta li qed intellgħu bini ikrah) u l-ġenn. Dan jaf qed iwassal biex aktar żgħażagħ ifittxu pajjiżi fejn wieħed jista' jieħu nifs ta' arja aktar pura, f 'nofs in-natura li sserraħ il-moħħ hekk kif qed jaraw jew jemmnu li Malta qed "iċċedi" taħt il-piż ta' żvilupp li forsi jħossu illi huwa bla rażan, bdiewa li qed jitkeċċew mill-art li jaħdmu minn sidien li qed iħarsu lejn l-investiment fil-bini, toroq li qed jitkabbru u jieklu aktar art agrikola, siġar li jinqatgħu u diżrispett lejn l-wirt naturali tagħna, li sfortunatament wieħed għadu jsib wisq ħmieġ fih! Il-Klassi politika Maltija jeħtieġ - u jidher li hekk qed tibda tagħmel - tirrealizza li miżuri u azzjonijiet ta' malajr f 'dan is-settur mhux se jikkonvinċu aktar. It-tħaddir ta' diversi lokalitajiet b'siġar endemiċi, msaġar ġodda u tkabbir ta' ġonna jew ħolqien ta' ġonna ġodda, kif ukoll ir- rijabilitazzjoni tal-Qortin u Wied Fulija huma lkoll passi fid-direzzjoni t-tajba għal aktar spazji miuħa u allura poplu aktar kuntent bl-ambjent ta' madwarna. Hija din l-attitudni u din id-direzzjoni biss li tista' 06 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 • illum Ħafna żgħażagħ iridu jitilqu minn Malta. Imma għaliex? X'hemm barra li ma hawnx hawn? L-ambjent u l-iżvilupp kullimkien, is-safar u l-esperjenzi barra, nuqqas ta' opportunitajiet, xenarju politiku staġnat u ddominat mit-twerżieq partiġġjan u proprjetà m'ogħla s-sema. L-ILLUM tanalizza għalfejn ħafna żgħażagħ iridu jparpru...