Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 aħbarijiet Residenti tal-Mellieħa ilhom tliet snin mingħajr għassa tal-pulizija Wara numru ta' tweġibiet parlamentari jidher li l-għassa tal-Mellieħa se tiftaħ imma, skont id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar b'mod limitat ANTHEA CACHIA Mara anzjana miexja fil-pjazza tal-Mellieħa. Fid-daqqa u l-ħin tiġi attakkata, jinsterqilha l-basket mimli b'affarjiet essenzjali għal ħajja ta' kuljum; iċ-ċwievet, is- sanitizer u fuq kollox kartiera mimlija flus kontanti. Tmur l-għassa, iddoqq il-qanpiena u tisma, "mur l-għassa tal-Qawra sinjura." Dan kollu frott tal- immaġinazzjoni, iżda mhux 'il bogħod mir-realtà li r-residenti tal- Mellieħa qegħdin jaffaċjaw. Għal dawn l-aħħar tliet snin, il-bibien tal-għassa fil-pjazza tal-Mellieħa kienu magħluqin. Il-lokalità kellha biss uffiċju għall-uffiċjali tal- kommunità. Għaldaqstant, l-ILLUM tkellmet mal-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima u whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, li huwa Mellieħi. Huwa spjega li għal dawn l-aħħar 16-il xhar, ressaq din il-kwistjoni għal sitt darbiet fil-Parlament Malti, dan filwaqt li għamel petizzjoni b'aktar minn 500 firma. Din il-petizzjoni ġiet ippreżentata quddiem il-Kummissarju tal- Pulizija Angelò Gafa kif ukoll il- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri. Kien hemm għalfejn tissemma sitt darbiet fil-Parlament? Cutajar wieġeb li biex ikun hemm l-uffiċjali tal-kommunità fir-raħal, li huwa ddeskriva bħala xi ħaġa tajba, ingħalqet l-għassa. Madankollu, huwa spjega li għal dawn l-aħħar snin meta persuna kienet tiġi b ż o n n a s s i s t e n z a m i l l - p u l i z i j a , k i e n i k o l l h a tirrikorri g ħ a l l - għassa tal- Qawra, disa' kilometri 'l bogħod. Żied jgħid li din hija inkwetanti għax jekk ikun hemm persuni anzjani li jkollhom bżonn l-għajnuna jaf isibuha diffiċli jikkuntattjaw lill-pulizija online jew imorru l-għassa tal-Qawra, waħda li tilqa' fiha ħafna xogħol minħabba li taqdi l-akbar lokalità ta' Malta. Kien fi tweġiba P a r l a m e n t a r i li l-Ministru Clint Camilleri ħabbar li għaddejin bix-xogħlijiet konklussivi fl-għassa tal-Mellieħa biex din tibda' tintuża bħala uffiċini għall-Pulizija tal-Komunità. Kien id-Deputat Cutajar innfisu li staqsa din il-mistoqsija. Mal-ILLUM, Cutajar ikompli jgħid li peress li issa n-numru ta' pulizija fl-għassa ser ikunu limitati, jispjega li wieħed irid idoqq il-qanpiena biex jara jistax jinqeda minnufih u jekk le, bħal qabel ser ikollu jmur l-għassa tal- Qawra. Fl-aħħar stqarr mal-ILLUM li ilu xhur sħaħ jaħdem fuq din il- kwistjoni u jinsab diżappuntant li f 'ċertu distretti, fosthom il- Fgura, fejn jirrimarka li huwa kandidat il-Ministru tal-Intern kurrenti, kemm l-għassa kif ukoll uffiċini għall-uffiċjali tal- kommunità kien hemm spazju għalihom it-tnejn. "Għalija dan insult għall-intelliġenza tan- nies," temm jgħid Cutajar. Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar Malta se tħallas €400,000 biex ikollha siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-UN ANTHEA CACHIA Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin u Ewopej Evarist Bartolo, waqt seduta Parlamentari svela kif il-Gvern se jonfoq €400,000 għall- kandidatura ta' siġġu fuq il- Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, għall-elezzjoni li se ssir f 'Ġunju 2022. Mistoqsi mid-Deputat Joseph Ellis, iex se jintefqu dawn il- proposti €400,000, il-Ministru wieġeb li dawn se jintużaw biex jiżguraw li Malta tiġi eletta bl-aktar voti possibbli fl-elezzjoni. Apparti minn hekk huwa qal li b'hekk inkunu nistgħu nirrappreżentaw lil pajjiżna bl-aħjar mod possibbli fil-kontribuzzjoni tagħna għall- aġenda tal-Ġnus Magħquda. Kif se jintuża l-vot? Huwa saħaq li l-vot se jintuża biex jiġu promossi l-kisbiet ta' Malta fis-setturi differenti li jaqgħu taħt ix-xogħol tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Dawn jinkludu publikazzjonijiet ta' kotba, eżebizzjonijiet eċċ. It-tieni użu tal-vot se jkun għal taħriġ għal uffiċjali fil-Ministeru u dawk li qegħdin barra minn Malta. Kif ukoll tittejjeb l-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informatika u t-twassil tal-messaġġ lill-midja. Fl-aħħar huwa qal li dan il-vot huwa importanti għall- approfondimenti u l-istabbiliment ta' aktar kuntatti ma' stati membri oħra tal-Ġnus Magħquda biex tiġi ssensibilizzata l-pożizzjoni Maltija. Eżempju ta' dan huwa xiri ta' materjal tal-kampanja, avvenimenti ta' networking u possibbilment żjarat ta' studju f 'Malta. Malta tixtri proprjetà fi' New York li tiswa €7.2 miljun Mistoqsi għal darb'oħra mid- Deputat Ellis, il-Ministru Bartolo saħaq li nxtrat proprjetà f 'New York għal, €7.215 miljun ($8.4 miljun). Bartolo elenka numru ta' kriterji għax-xiri ta' din il- proprjetà, fost dawn huwa qal li dan huwa post xieraq fejn isiru laqgħat u attivitajiet oħra li jsiru minn żmien għal żmien, fir- Rappreżentanza Permanenti. Kriterju ieħor kien spazju adattat li jakkomoda 15-il ufiċċjal, li jkun jista' jinkludi aktar uffiċjali għal waqt avvenimenti, għal siġġu non permanenti fuq il-Kunsill ta' Sigurtà ta' Ġnus Magħquda, mingħajr ma jkun hemm iffullar żejjed u modifiki mill- inqas. Bartolo qal li żewġ fatturi importanti kienu l-aċċessibiltà u li din il-proprjetà kienet fil- viċinanza tal-binja tal-Ġnus Magħquda. Il-Ministru temm jgħid li qabel ma nxtrat il-proprjetà saret valutazzjoni tal-binja fejn il-prezz fis-suq tal-binja ġie stmat €8.01 miljun ($9.3 miljun). Il-Ministru Evarist Bartolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021