Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Telqu kmieni Telqu kmieni mill-iskola mill-iskola u spiċċaw u spiċċaw fil-prekarjat fil-prekarjat Imma kif se nwaqqfuh dan? AUDREY FRIGGIERI Ilu it biss li bdiet sena skolastika ġdida. Awguri mill-qalb lill- edukaturi kollha – nixtiqilkom ħafna enerġija biex tibqgħu tiġġeddu u tħobbu u tgħinu mill- aħjar li tistgħu. Nawgura minn qalbi wkoll lill-edukaturi friski ġodda, dawk li għażlu l-edukazzjoni bħala l-professjoni tagħhom: agħrfu li se tkomplu titgħallmu kull ġurnata li se tirfsu fl-iskola u fil-klassi. Dak li tgħallimtu tul il-kors huwa biss il-bidu, għax mhux mill-universita' jew minn istituzzjoni edukattiva jkun komplut it-tagħlim. Il-kors jissokta fl-inkontru ta' kuljum mal- istudenti, ma' kollegi, u mal-iskola innifisha. L-isfidi huma kbar, iżda l-edukaturi huma persuni speċjali wkoll, bil-'poteri maġiċi' saħansitra, meta nimu r-rwol tagħhom fil-ħajja tat-tfal u żgħażagħ minn ċkunithom. Aktarx li lkoll kemm aħna nibqgħu niakru dik l-għalliema jew għalliem speċjali li xi darba bil-preżenza tagħhom xegħelulna naqra iktar dawl f 'ħajjitna. 'Meta nedukaw inkunu qed nitrattaw mhux biss mal- istudent iżda mal-familja tagħhom ukoll!' Kull student ġej minn x'imkien, u dan l-imkien huwa parti integrali minnhom. Meta nedukaw inkunu qed nitrattaw mhux biss mal- istudent jew studenta li jkollna quddiemna, iżda mal-familja tagħhom, mal-ħbieb, ma' dak li jaraw u jisimgħu, mar-riklami kontinwi kullimkien, u ma' dak li jiġbidhom onlajn u ħafna iktar. Inkunu qed inħabbtu wiċċna mal- ambjent tagħhom kollu kemm hu imsomma. Dan hu l-kobor tal-inkontru mal-istudenti fejn b'xi mod l-edukaturi jgħinuhom jiskopru u jiżviluppaw lilhom infushom biex jikkontribwixxu għal soċjeta' aħjar. Bħal kulħadd, it-tfal jiġu l-iskola magħġuna mill-ambjent li twieldu u qed jitrabbew fih, bl-istess mod li pjanti differenti jikbru u jwarrdu skont il-ħamrija li ż-żerriegħa tagħhom sabet ruħha fiha, biex ngħid hekk. F'dan is- sens, ħadd minna ma kellu għażla dwar l-art fejn kellha taqgħa ż-żerriegħa tagħna, f 'liema klima u kundizzjonijiet. B'hekk nistgħu nimu li ma jagħmilx sens il- ġudizzju u wisq inqas il-kastig fl- edukazzjoni, mingħajr ma l-ewwel nippruvaw nidħlu fiż-żarbun ta' dak it-tfajjel jew dik it-tfajla u nimxu it bih. Jaf ma nobsru qatt x'ikun għaddej minnu dak li jkun, u nħossuna mċekknin ħdejn il- ħruxijiet li jiġu esposti għalihom xi wħud minna. Mhux it-tfal iridu jinbidlu, iżda aħna l-kbar inkarigati li nedukawhom. Din il-bidla tgħin biex jinbeda djalogu bejn l-edukaturi u l-istudenti, proċess li jista' jwassal lil kull min ikun involut biex tassew jiem lilu nnifsu u l-kuntesti li ngħixu fihom (Cefai & Cavioni, 2015). 'Żgħażagħ iħossu li mingħajr kwalifiċi ma huma xejn!' Din hija d-differenza li hemm bżonn issir fid-dinja tal-llum, fejn sistemi edukattivi jipprivileġġjaw il- valuri neo-liberali tal- kompetizzjoni, l-ittestjar, iċ- ċertifikati u l-marki għoljin (Giroux, 2015). Spiss iż-żgħażagħ jispiċċaw iħossuhom li mingħajr kwalifiċi m'huma xejn. Din hija inġustizzja u ferm 'l bogħod mill-verita'. Niakru li hemm ħafna tipi ta' kwalifiċi, u fis-soċjeta' kontemporanja dejjem qed jinħolqu opportunitajiet ġodda li jagħtu l-ikbar valur lill-kwalitajiet personali taż-żgħażagħ li qed ifittxu x-xogħol, bħal ma huma l-intelliġenza emozzjonali, il- kreativita', l-attitudni pożittiva, ħiliet fil-komunikazzjoni li jippermettu lil dak li jkun jiem u jkun kapaċi jmexxi u jgħin lil ħaddieħor, il- ħsieb kritiku, u l-kunfidenza, fost oħrajn (Hora, 2020). Dan ma jfissirx li l-kwalifiċi akkademiċi li aħna mdorrijin bihom mhumiex importanti. Ifisser biss li hemm alternattivi, toroq differenti li jistgħu jappellaw għal żgħażagħ differenti, mhux neċessarjament toroq mogħtija prijorita' fid-disinn tal-kurrikulu uffiċċjali. Kollox isir f 'waqtu u f 'ħinu, kif jgħidu. Hemm tfal li jikbru skont il-pjan li nħejjulhom, hemm oħrajn li dan il-pjan ma jagħmel ebda sens fl-iżvilupp tagħhom, li 'jwarrdu' jew 'jiżfnu' b'rittmu differenti, u allura jkun żball kbir meta nistennew Audrey Friggieri - Il-Kummissarju dwar Vjolenza Domestika u Vjolenza abbażi tal-Ġeneru u li ħadmet fis-sistema edukattiva għal ħafna snin tanalizza fuq l-ILLUM. Kif nistgħu nedukaw aħjar? Kif tista' s-sistema edukattiva tħalli riżultati aħjar? Kif se nwaqqfu milli aktar nies jitilqu mill-iskola kmieni?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021