Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Proposta biex immigrant iżomm il-permess tax- xogħol sa tliet xhur wara li jitlaq minn impjieg Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Mhux l-ewwel darba li min għandu widna jew tnejn fil- postijiet tax-xogħol jisma' stejjer ta' impjegaturi li jwaqqfu lil ħaddiem barrani mix-xogħol, u allura dan jitlef il-permess biex jgħix hawnhekk jew inkella saħansitra theddid li 'nwaqqfek mix-xogħol u jkollok tmur lura pajjiżek.' Il-Parlament Ewropew ifakkar li ħafna drabi ħaddiema barranin f 'xogħlijiet li jirrikjedu livelli baxxi ta' ħiliet ma jkunux jistgħu jitilqu mix-xogħol fejn qed isir abbuż fuqhom propju għaliex jekk jitilfu dak l-impjieg jitilfu wkoll id-dritt li jgħixu u jaħdmu f 'dan il-pajjiż. Għalhekk il- Parlament Ewropew qed jappella biex tiġi emendata Direttiva tal- 2014 u ħaddiem barrani jingħata tliet xhur ċans biex jerġa' jsib impjieg ieħor mingħajr ma jitlef il-permess tax-xogħol. F'rapport tal-Kumitat tal- Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern tal-Parlament Ewropew jiġi propost li l-Visa wżata biex persuna tkun tista' tidħol f 'pajjiż tal-UE tkun l-istess għal kull pajjiż membru sabiex b'hekk ikun evitat li dawk li qed japplikaw għax-xogħol ikollhom japplikaw għall-permess darbtejn jew aktar. Il-Parlament Ewropew qed jappella lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tieħu l-passi kollha neċessarji u tassigura li applikazzjoni tista' timtela' kemm fi Stat Membru iżda wkoll f 'pajjiż terz. Intant f 'dan ir-rapport qed issir il-proposta sabiex jonqos - minn ħames snin għal tliet snin - il-perjodu li immigrant irid jistenna sakemm ikun jista' jakkwista l-permess biex jgħix f 'pajjiż tal-UE għal żmien twil. Il-Parlament Ewropew jinnota wkoll kemm il-popolazzjoni fuq il-kontinent qed tixjieħ u tonqos u allura kemm hemm bżonn li l-UE ddawwar l-immigrazzjoni f 'opportunità billi - fost oħrajn - toħloq qafas għal barranin li jixtiequ jaħdmu u jgħixu b'mod legali fi Stat Membru tal-UE. Ir-rapport jgħid ukoll li dan il- qafas ikun jista' jintuża wkoll minn impjegaturi li jkunu qed ifittxu ħaddiema għal magħhom. Permezz tiegħu immigrant ikun jista' japplika għal xogħol, f 'pajjiż u settur fejn dak ix-xogħol hemm bżonnu. Għal dan il-għan il-Parlament qed jipproponi lill-Kummissjoni li jkun hemm mekkaniżmu li permezz tiegħu jkun determinat min jista' u ma jistax jidħol fil-pajjiż permezz ta' qafas li jiddetermina u jirrikonoxxi l-ħiliet u l-għarfien kif ukoll il- kwalifiċi tal-ħaddiema, skont kriterji oġġettivi u uniformi madwar l-UE kollha. Il-Parlament Ewropew qed ifakkar ukoll dwar il-bżonn ta' aktar persuni li jaħdmu għal rashom fl-Ewropa u anke li jkun hawn aktar intraprendituri sabiex l-kontinent jibqa' kompettitiv. Għalhekk il-Parlament qed jappella lill-Kummissjoni sabiex tinkludi fil-proposta skema li permezz tagħha jkunu jistgħu jidħlu fl-Ewropa immigranti li jixtiequ jibdew negozju żgħir jew ta' daqs medju u start-ups fuq kriterji oġġettivi u li huma l-istess madwar l-UE kollha. Fi it kliem dan ir-rapport qed iwitti t-triq għal immigrazzjoni ekonomika permezz ta' toroq legali, definittvament kwistjoni li se tqajjem ħafna kontroversja u anke oppożizzjoni minn bosta bnadi fl-UE, inkluż minn Malta. Minkejja dan, fuq livell ta' Kumitat dan r-rapport għadda b'maġġoranza ta' 50 vot favur, 14 kontra u żewġ astensjonijiet. 'L-immigrazzjoni marbuta max- xogħol tista' tkun opportunità' "Meta ddiżinjata tajjeb u b'mod uman, l-immigrazzjoni relatata max-xogħol tista' tkun sors ta' propserità, innovazzjoni u tkabbir - kemm għal dawk il-pajjiżi li fihom sejrin l-immigranti u anke dawk minn fejn ġejjin," isostni r-rapport. Ikompli jgħid illi l-UE għandha turi r-rieda li taħdem ma' diversi pajjiżi biex twettaq din is-sistema li permezz tagħha ħaddiema immigranti jiġu hawn skont l-abbilitajiet tagħhom u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol. "Lilhinn mill-għajnuna finanzjarja din is-sistema ma tistax tkun one-size-fits-all u jeħtieġ tkun mibnija fuq il-kooperazzjoni politika u ekonomika, bejn imsieħba ugwali, b'responsabilitajiet u rispett lejn id-drittijiet tal- bniedem bħala l-bażi għal kooperazzjoni," jisħaq l-istess rapport. L-MEP Abir-Al Sahlani mill- Partit Renew Europe u li huwa r-rapporteur ta' dan id-dokument qal illi Ewropa kompetittiva u b'saħħitha għandha bżonn migrazzjoni tax-xogħol li tindirizza id-demografija u l-isfidi eknomiċi li qed taffaċċja l-UE. Dan ir-rapport huwa ppjanat li jiġi diskuss fil-Plenarja nhar it-22 ta' Novembru. Kumitat tal-Parlament Ewropew b'diversi proposti biex immigranti li qed ifittxu impjieg fl-UE ikunu jistgħu jagħmlu dan b'mod legali...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021