Illum previous editions

ILLUM 14 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 Carmel Bonnici Spaghetti Westerns ... il-bidu (1) Li xi ħadd, barra mill-Istati Uniti, jipprova jaħdem xi Western (film tal-cowboys), kienet għall-Amerikani xi offiża gwappa jew xi ċajta goffa. Il-Westerns huma parti mill-kultura Amerikana, ġeneru sagrosant li ħadd ma għandu l-jedd imissulhom jew jidħlilhom fil-għalqa. Meta Sergio Leone, direttur Taljan iffissat fuq dawn il-films u aktarx dejjem kien ikun liebes kappell wiesa', wera x-xewqa li jaħdem Western Taljan fi Spanja, l-Amerikani (dawk intiżi fil- ħdim tal-films) tant iddieħku li bdew isemmu l-gzuz ta' Westerns Taljani li bdew ħerġin bħala "Spaghetti Westerns" biex jirridikulawhom. Iżda ta' min ifakkar li l-Westerns Kontinentali ma bdewx meta t-Taljani (u hawn qed nirreferi biss għal dawk tal-bidu ta' Sergio Leone) urew interess serju f 'dan il-ġeneru. Dan it-tip ta' film kellu storja, mhux spissa u kontinwa, sa mill- epoka tal-films muti. Xi westerns maħdumin fl- Ewropa qabel id-dehra tal- Ispaghetti Westerns kienu Io Sono Il Capataz (Italja), Ramsbottom Rides Again, e Singer Not e Song u Carry On Cowboy (kollha Gran Brittanja), Eureka Stockade u Robbery Under Arms (Awstralja), e Road To Fort Alamo (Franza), Implacable ree u Savage Guns (Spanja) u oħrajn fosthom iċ-Ċekoslovakkja u l-blokk Sovjetiku. Fil-bidu tas-snin sittin kienu l-Ġermaniżi tal-Punent li bdew jaħdmu l-istejjer tal- Cowboys u l-Indjani tal-kittieb Karl May li kienu jikkonċentraw il-karattri ta' Old Shatterhand u Winnetou. Forsi l-aħjar minn din is-sensiela ta' Westerns Tedeski kienu Winnetou e Warrior u Among Vultures. Atturi ta' xi fama bħal Stewart Granger u Lex Barker ħadmu f 'din is-sensiela ta' proġetti. Kif diġà semmejt Spanja kienet ilha tagħmel minn dawn il- Westerns kontinentali f 'metodu tradizzjonali bħal Gunfight At High Noon (1963) u e Gunfighters Of e Casa Grande (1964), b'koproduzzjonijiet mal- Istati Uniti. Anke fl-Italja qabel ma twebbel Leone, fl-1964 ħarġu Westerns li ma kinux ta' interess speċjali għal dan il-ġeneru, Ride And Kill (1964) (Cavalca E Uccidi), Buffalo Bill, Hero Of e Far West (1964), Le Pistole Non Discutono (Bullets Don't Argue) (1964), bl-attur Rod Cameron u wara xi xogħlijiet ta' Leone, deher il-Western komiku Little Rita Nel West (1967), bil-kantanta popolari Rita Pavone. Il-Westerns Taljani wieħed irid jarahom f 'relazzjoni mal- industrija kummerċjali tal- films tal-pajjiż f 'ġeneru ta' films profittabbli. Minn Cinecitta' fl-aħħar 7 snin mill-bidu tal- Ispaghetti Westerns ħarġu pataun ta' films imsejħa "peplum," jew dawk tax-xwabel u s-sandli, li kienu jinvolvu eroj mitiċi bħal Ercole, Ursus, Gulija, Sansun u Maciste. Dawn kienu l-bażi biex mill-1964 sal-1970 u it wara, infettħu l-bibien għall- mewġa furjuża ta' Westerns Taljani. Ma nistax minn issa 'l quddiem ma nsemmix lid-direttur Sergio Leone li kien il-katalist tal-aqwa minn dawn il-films li kisbu suċċess kbir ma' kullimkien. Leone twieled f 'Ruma fl-1921 bl- isem ta' Roberto Roberti u miet b'attakk ta' qalb ta' 68 sena fl- 1989. Missieru kien pijunier tal- industrija tal-films u ta' 18-il sena daħal f 'dan l-impieg, fejn għal snin twal ħadem bħala assistent ma' diversi diretturi Taljani, kif ukoll Amerikani li kienu qed jiffilmjaw fl-Italja, speċjalment f 'Cinecitta', fosthom Melvyn Le Roy, Robert Wise, William Wyler, Raoul Walsh u Fred Zinnemann. Hu kkollabora bħala "script writer" fuq il-films tal-kostumi bħal Nel Segno Di Roma (Sign Of e Gladiator) (1958) u Gli Ultimi Giorni De Pompeii (e Last Days Of Pompeii) (1959). Id-debut tiegħu fil-films kien fl- 1961 f 'Il Colosso De Rodi (e Colossus Of Rhodes), wieħed mill-aħjar xogħlijiet tal-ġeneru peplum. Wara li dderieġa flimkien mad-direttur Amerikan Robert Aldrich, Sodom And Gomorrah (1962), telaq mill-films biex jipprova jaħdem Western li l-istil tiegħu jinkorpora ironija kiesħa Ewropea. Hu kien iffissat fuq il-Westerns l-aktar dawk tad- direttur ċelebri John Ford, jara ħafna minnhom bosta drabi u jistudja l-istruttura tagħhom. Kienu jinteressah Westerns oħrajn ta' diretturi oħra famużi. Biex jimita lill-karattri prinċipali tagħhom kien spiss jilbes kappell wiesa' (stetson), bħal l-idolu tiegħu, Ford. Biex jiġbor il-finanzi għal dan il-film uniku għadda ż-żmien għax il-produtturi kienu xettiċi u rraġunaw li ħadd barrani ma jista' jħabbatha mal-Amerikani f 'din il- kwalità ta' produzzjoni. Tant iddubitaw minn dan il- film li l-ewwel attur li għażel kien l-Amerikan Henry Fonda u wara Charles Bronson li t-tnejn li huma rriutaw mill-ewwel. Iżda Leone ma qatax qalbu u dawwar ħarstu lejn attur ieħor mhux tant magħruf li kellu xi suċċess biss bis-serje televiżiva Rawhide u li sentejn qabel kien qed jaqla' ħobżu jħaffer il-pixxini. Dan kien Clint Eastwood li wkoll kien xettiku jekk imurx l-Italja, iżda billi ma kellux x'jitlef ma semax mill-pariri li tawh li se jagħmel "pass ħażin". Infatti, xi snin wara li sar popolari sewwa, semma l-kumpanija tiegħu "malpaso", li ovvjament tfisser pass ħażin li iżda għamlu superstilla. Dan il-Western li ssemma Per Un Pugno Di Dollari (A Fistful Of Dollars) (Ponn Dollari) kellu l-premiere tiegħu f 'teatru f 'Napli. Xi 50 ruħ biss attendew, iżda meta dawn ħarġu minn hemm f 'wiċċhom kien jidher riflessjoni mibdula, qishom intlaqtu minn xi sajjetta. Dan il-film kien xogħol li bħalu qatt ma deher. Il-prologu tal-bidu kien jgħid hekk: "Fejn il- ħajja m'għandhiex valur, il-mewt xi kultant ikollha l-prezz tagħha. B'hekk jibdew jidhru l-merċenarji (bounty hunters), jekk dawk li għall-flus jaqbdu jew joqtlu kriminali bi prezz fuq rashom". Din il-produzzjoni brutali ħafna għal żmienha kellha l-protagonist mhux eroj bħas- soltu, anzi antieroj. Clint Eastwood jissemma biss bħala e Man With No Name, jilbes "poncho" fuqu bħal xi raħħal Messikan, bi it kliem, dejjem b'sigarru f 'ħalqu u riekeb ħmar. Il-mużika evokattiva tal-bravu maestro Ennio Morricone, bil- ħsejjes iwerżqu tal-bullets u l-iġsma mejtin minxurin fuq xi ċint nofsu mwaqqa, kif ukoll il- fotografija l-aktar bil-pawsa fuq wiċċ il-protagonisti, belħet lil dawk il-kuraġġużi li azzardaw imorru jarah. Il-kelma ġriet aktar minn nar qalb it-tiben niexef u l-poplu sploda mhux biss fl-Italja, imma mal-Ewropa kollha bi furja tremenbda fil- Germanja. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla Sergio Leone ma' Clint Eastwood Mill-film 'Per Un Pugno Di Dollari'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 November 2021