Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

31 films illum • IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 Carmel Bonnici Spaghetti Westerns - Il-bidu (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet F'ħakka t'għajn, Clint Eastwood, Sergio Leone u Ennio Morricone kienu fuq fomm kulħadd. It- tema tal-film – Per Un Pugno Di Dollari, Trombeta (għax hemm oħra) – telgħet sparata fil- quċċata tal-hit parade tal-1964. L-Amerikani ma ridux jemmnu dan, li xi ħadd jiċċalinġjahom bil-kbir f 'dan il-ġeneru u damu sal-1967 biex ħarġu A Fistful Of Dollars fejn ukoll irrepeta suċċess kbir. Leone beda jiffilmja aktar avventuri ta' e Man With No Name u għat-tieni film, Per Qualche Dollaro In Piu" (For A Few Dollars More), ma' Eastwood ħadem l-attur veteran ta' ħafna films ta' baġit żgħar, Lee Van Cleef ukoll protagonist fil- parti ta' Il Colonello, li wara wkoll sar popolari. Fl-Ewropa, d-direttur reġa' sab id-deheb! Per Qualche Dollaro In Piu' kien itwal minn ta' qablu, aktar elaborat u mimli intriċċi ta' vjolenza fiżika, sparar u torturi u mużika evokattiva daqs l-ewwel wieħed. Haqqu prosit Lee Van Cleef li ddomina u Gian Maria Volonte' (attur versatili Taljan li wkoll ħadem fl-ewwel film) bħala l-kattiv/tirann. Hawn min hu tal- fehma li ta' qablu kien aħjar. Tassew oriġinali kien d-dwell aħħari bl- arloġġi jdoqqu! Is-suċċess li kiseb it-tieni attentat tiegħu ħajjar lil Leone jimbarka fuq produzzjoni oħra iżjed ambizzjuża, spettakulari u mżewwqa u li toqrob it-tliet sigħat, e Good, e Bad And e Ugly (Il Buono, Il Brutto, Il Cattivo) (1966). Issa, ma' Eastwood u Van Cleef jiddomina bil-kbir fuq kulħadd l-attur Amerikan Eli Wallach. Żewġ merċenarji qarrieqa Blondie (Eastwood) u Tuco (Wallach) jingħaqdu flimkien biex jisolħu lil ħafna u magħhom jittrakka Angel Eyes, il-kattiv (Van Cleef ) meta jisma' li qed ifittxu teżor moħbi f 'ċimiterju iżolat 'il bogħod. Fi triqthom isibu ruħhom involuti fil-Gwerra Ċivili Amerikana. B'mużika maestuża tas-soltu Ennio Morricone, b'fil umoristiku u polikament skorrett dan il- film kien verament superjuri għat-tnejn l-oħra. Il-qofol wasal fil-final fi dwell verament splussiv u mġebbed qalb oqbra mkissrin bejn it-tliet vagabondi (il triello). Sekwenza mill-isbaħ nett li qatt dehret f 'Western li tiggalvanizzak bil-mużika eċċellenti ta' Morricone (e Ecstasy Of Gold). Is-suċċess ta' dan ma' kullimkien kien akbar u t-tema tal-film għadda popolari sal-preżent. Wara tliet suċċessi bħal dawn (kull wieħed jiżboq lil ta' qablu), il-kbir kien għadu ġej għal Leone. Dan id-direttur kien ħabbar li wara e Good, e Bad, e Ugly ma kienx se jaħdem iżjed Westerns. Il-kumpanija Paramount Pictures offritlu il- finanzi biex jaħdem ieħor kif ukoll żewġ atturi li qabel irruaw li jidhru f 'Western Taljan, li issa aċċettaw mill-ewwel – Henry Fonda u Charles Bronson. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla Sergio Leone ma' Ennio Morricone

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021