Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 Ritratt: James Bianchi qed jieħdu l-kannabis, ninnormalizzawha' jiġu affetwati. "Iva vera, hemm nies u żgħażagħ li jpejpu l-kannabis, imma għax hemm min juża l-kannabis ma jfissirx li nistgħu ninnormalizzawha," sostniet Buttigieg. Kompliet tispjega li hemm diversi punti u argumenti xi jsiru, fosthom tgħid li l-użu minn età żgħira, ripetutament u fit-tul tal-kannabis, se tħalli effett fil- mod kif iġġib ruħek. Claudette Buttigieg qalet illi Malta diġà għandha problema "serjissima" ta' konsum ta' alkoħol u anke aċċess faċli għad-droga bħal Kokaina u Exctasy u anke pilloli tal-irqad u tikkwota studji, fosthom wieħed tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech. "Ma tistax tressaq liġi bħal din mingħajr studji dettaljati dwar is-suġġett," tkompli tgħid. 'Aħna fuq il-liġi għandna problema mhux fuq min juża l-kannabis' Imma l-Oppożizzjoni xi trid eżatt? Fis- sens ladarba l-kannabis dejjem se jkollha l-istess effett, xi trid? Li kollox jibqa' kif inhu u minflok tixtri mingħand assoċjazzjoni, tixtri mingħand pusher (ladarba xorta se tixtri)? Trid li din il-Liġi ma ssirx jew li tinbidel? Buttigieg issostni li l-Oppożizzjoni anke fejn ma taqbilx, "taħdem biex tbiddel għall- aħjar." "Aħna mhux kontra n-nies li jużaw il- kannabis u lanqas favur li n-nies imorru l-Ħabs, imma hemm imġieba fis-soċjetà li m'aħniex nindirizzawha u lanqas għandna għodda biex ninidirizzawha," qalet Buttigieg. Hija kompliet tisħaq illi kieku kellha s-serħan il-moħħ tal-għaqdiet bħall- Caritas u tal-Imsieħba soċjali forsi kienet taqbel. Terġa' ssemmi l-imsieħba soċjali u tgħid illi l-maġġoranza tagħhom iffirmaw petizzjoni li fiha jgħidu lill-Gvern biex jieqaf. "Il-Ministru qal li se jagħti miljun lill-FSWS għal aktar servizzi lis-Sedqa. Jiġifieri daqshekk qed jara li se tiswa' din il-liġi l-Gvern? U minn fejn ġabu dan l-ammont? Kif wasal għalih? Is- servizzi se jkollhom jiżdiedu?" staqsiet rettorikament Buttigieg. Hija qalet illi skont il-Caritas 25% tal-każi li qed imorru għandhom huma minħabba użu tal-Kannabis u allura tgħid li l-Gvern, qabelxejn, għandu jitkellem u jiem lil dawn. Ittemm l-intervista billi tgħid li l-Liġi ma tispeċifika xejn dwar liema tip ta' pjanti persuna tista' tkabbar jew inkella kemm jista' jkollha THC. "L-argument tagħna huwa li l-Liġi kif inhi ma tistax titħaddem mingħajr problemi u ħafna emendi. Allura issa tgħaddi u wara noqgħodu nbiddlu." Hija esprimiet tama li dawn il-problemi ma jimmaterjalizzawx, għalkemm sostniet li "aħna fuq il-liġi għandna problema mhux fuq min juża l-kannabis." (Ara paġni 14 u 15 bir-reazzjoni tal- Ministru Bonnici għal dik tal-PN dwar l-Att li jirregola l-Użu tal-Kannabis) Aħna mhux kontra n-nies li jużaw il-kannabis u lanqas favur li n-nies imorru l-Ħabs, imma hemm imġieba fis-soċjetà li m'aħniex nindirizzawha u lanqas għandna għodda biex ninidirizzawha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021