Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 Carmel Bonnici Spaghetti Westerns ... il-bidu (3) (ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda) Leone, flimkien ma' Bernardo Bertolucci u Dario Argento (li wara saru żewġ diretturi rinomati ta' ġeneri ta' films tassew differenti), bdew jiktbu l-iscript ta' C'Era Una Volta Il West (Once Upon A Time In e West). Bla dubju dan ix-xogħol tal- 1967 inzerta l-iktar wieħed sod u mfaħħar kritikament minn numru kbir ta' kritiċi u persuni oħra intiżi fl-industrija taċ-ċinema. Il-film li jieħu mat-tliet sigħat neqsin kwart kellu cast mill-aqwa ta' atturi; barra Fonda u Bronson, insibu lil Claudia Cardinale, Jason Robards, Gabriele Ferzetti, Keenan Wynn, Lionel Stander, Woody Strode u Jack Elam. Leone ħadem partijiet minnu f 'Monument Valley, Arizona, il- lokal favorit tal-idolu tiegħu, John Ford. Hawn tassew l-Amerikani kellhom jammettu li dan id- direttur Taljan irnexxielu joħloq proġett spettakulari ta' xogħol fuq skala grandjuża. Mhux hekk biss, irnexxielu jipperswadi lil Henry Fonda, attur maħbub mill-Amerikani, li dejjem ħadem partijiet ta' eroj jew ta' bniedem rett u ta' prinċipji sodi biex jinterpreta l-parti ta' Frank, qattiel bla skrupli mfittex minn Bronson fuq reat tal-passat. Charles Bronson jaħdem il-parti ta' Harmonica, bniedem misterjuż imsemmi hekk għax dejjem ikun b'orgni tal-ħalq ifittex vendetta. L-istil ta' dan il-film ma kienx jixbaħ lit-tlieta l-oħra għax jieħu l-affarijiet aktar bil-pawsa u kellu ton it jew wisq solenni. Il-mużika ta' Ennio Morricone tassew stupenda din id-darba kienet aktar fi stil operatiku. Dan il-kapulavur ta' Leone ntagħżel biex ikun ippriservat fil United States National Registry għax hu "kulturalment, storikament u estetikament sinjifikanti". Henry Fonda reġa' ħadem fl- 1973 f 'Mio Nome E' Nessuno (My Name Is Nobody) mal-popolari Terence Hill (ismu veru Mario Girotti) fejn dan tal-aħħar taparsi joqtlu fi dwell fi triq prinċipali bl- ispettaturi biex ikun jista' jirtira u jgħix ħajja kwieta waqt li Hill isir l-aktar wieħed ħafif fuq il-pistola. Dan il-film dirett minn Tonino Valerii kien prodott minn Sergio Leone. Waqt l-ewwel żewġ films ta' Leone, l-bibien kienu nfetħu għall-Ispaghetti Westerns u xi wħud oħrajn li kienu popolari huma Death Rides A Horse, e Big Gundown, Arizona Colt, Navajo Joe, e Great Silence u speċjalment Django (1996) bl-attur Franco Nero, film li dam miżmum għal ħafna snin minħabba vjolenza kbira fuq in- nisa. Ħafna atturi ta' Hollywood fosthom Rod Cameron, Jeffrey Hunter, Guy Madison, Henry Silva, Gordon Scott, John Ireland, Dan Duryea, Burt Reynolds u oħrajn ippruvaw xortihom f 'dawn il-films. L-aktar wieħed li għamel impatt mit-Taljani u anki kien popolari sewwa hu Giuliano Gemma li anki ġieli deher taħt l-isem Mongomery Wood. L-Ispaghetti Westerns kellhom ukoll l-influwenza tagħhom fl-annali taċ-ċinema tant li nfluwenzaw bil-kbir lid-direttur Quentin Tarantino li sikwit juża siltiet ta' mużika minn dawn il- films fil-produzzjonijiet tiegħu. (tmiem)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021