Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 kodard u ġifa li qed jipprova jbeżża' 'Qed iżomm lil ħaddieħor milli jfittex it-trasparenza, kif għandna nagħmlu fil-politika' Ftit jiem ilu l-ġurnalist Matthew Caruana Galizia, talab għar-riżenja tal- Ispeaker Anġlu Farrugia. Dan għaliex Caruana Galizia jemmen li ma kienx biżżejjed li Rosianne Cutajar taqla' ċanfira u kellha tiġi mkeċċija mill-irwol tagħha ta' membru parlamentari. Għal dan l-avukat ta' Farrugia Ian Refalo wieġeb li Caruana Galizia ma fehmx il-proċedura parlamentari jew saħansitra l-leġiżlatura nnifisha. Refalo ċanfar lil Matthew Caruana Galiza u qallu li ittra ta' dik in-natura ma kellhiex tintbagħat direttament lill-Ispeaker. F'din l-istess ittra, Refalo saħaq li Anglu Farrugia mhux se jkun qiegħed jirreżenja u dan, "fl-aħjar interess tad-demokrazija u tal-Gvern elett demokratikament". Intant Cassola, talab lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler biex jinvestiga lill-Ispeaker kif ukoll lill-assistent tiegħu Ancel Farrugia fuq kumment li għamel fuq il- profil personali tiegħu ta' Facebook. Mistoqsi għaliex talab għal investigazzjoni, Cassola stqarr li bil-mod ta' kif qiegħed jaġixxi l-Ispeaker, "din hija theddida għal kull min jipprova jistaqsi, jiddiskuti jew jargumenta mal-Ispeaker dwar l-imġieba tiegħu. Minflok iwieġbek u jagħtik ir-raġunijiet politiċi, għal liema raġuni aġixxa b'dak il-mod, qabbad avukat u bagħat ittra bl-avukat." Huwa kompla jgħid li, persuni bħalu u bħal Matthew Caruana Galizia, mhux se jibżgħu minn ittri tal-avukat iżda persuni normali jitwerwru. "Dan mhux aġir ta' Speaker u politiku iżda ta' kodard u ġifa li qed ibeżża' lil ħaddieħor," qal Cassar. 'Huwa assurd li tivvota għal persuna għax hi Maltija' Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) Laburisti jiġifieri Alfred Sant, Josianne Cutajar, Cyrus Engerer u Alex Agius Saliba, se jkunu qed jivvutaw lil Roberta Metsola għall-kandidatura ta' President tal- Partit Popolari Ewropew (EPP). Għal dan, l-ILLUM tistaqsi lil Cassola, "taħseb li l-Prim Ministru qiegħed jagħti eżempju ħażin lil Maltin, li wieħed jivvota lil persuna għax jafha u għax hi minn Malta milli għall-kapaċitajiet tagħha?" Cassola wieġeb li, "tivvota għal persuna mhux għax hi Maltija, għax hi kapaċi, għax hi nadifa u għax għandha rekord ta' reputazzjoni. Roberta Metsola jistħoqilha li n-nies jivvutawla għaliex għandha dawn il-karatteristiċi." Żied li huwa assurd, li wieħed jivvota għal persuna sempliċiment għax hi Maltija. Għalhekk huwa staqsa, li kieku kien kandidat Konrad Mizzi, Keith Schembri jew Joseph Muscat, "b'dak il- ħmieġ kollu li nafu dwarhom illum, kieku nivvutalhom għax huma Maltin?" "Ma tarax! Nivvota għal min jistħoqqlu, għal min ġab ruħu tajjeb, għal min se jagħmilna kburin li aħna Maltin," stqarr Cassola. X'taħseb li hi l-aħjar soluzzjoni għall- problemi ambjentali fil-pajjiż? Cassola jgħid li minkejja li ma nistgħux nreġgħu lura l-bini kollu li nbena fl-aħħar snin, wieħed jista' jwaqqaf milli jkompli jinfirex il-bini. Jgħid li ċ-ċittadini, illum, m'għandhomx dritt aktar għax-xemx. Jisħaq li "wieħed jaf jagħmel investiment bil-pannelli fotovoltajiċi imbgħad f 'daqqa waħda tinbidel il-liġi u l-ġirien jibnu ħames sulari bini. L-investiment ikun sar għalxejn u allura qed nitilfu saħansitra mill-enerġija nadifa." Huwa ppropona li hemm bżonn ta' moratorja għall-bini għoli, ta' minn tal- inqas sentejn, fejn il-bini għoli jieqaf jimbena għal kollox. Fejn tara l-Malta 50 sena oħra? "Nittama li ma tkunx fid-direzzjoni li sejra issa. Nittama li Malta jkollha valuri li ma jkunux biss tal-flus. Nittama li Malta tal-futur tkun magħmula minn nies li tgħallmu mill-iżbalji, jibdew jaħsbu fil-ġid komuni mhux fil-but tal- ftit. Ejja ninvestu fiż-żgħażagħ biex joħorġu t-talenti tagħhom u jpoġġuhom għad-dispożizzjoni tal-pajjiż," temm jgħid Cassola. Li Joseph Portelli jgħid li jagħti flus lit-tnejn u l-Oppożizzjoni ma tgħid xejn? PN li jgħid li se jibqa' jbigħ il-passaporti u ċ-ċittadinanza? PN li jgħidlek li l-kaċċa hi mħabba lejn in-natura? Allura din mhi oppożizzjoni xejn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021