Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum MILL-2003 SAL-2017: MINKEJJA L-ISFORZI U N-NUMRI TA' KANDIDATI, IL-PARTIT NAZZJONALISTA JEĦEL FIS-SITT DISTRETT Ngħaddu issa għas-sena 2008, l-elezzjoni li l-Partit Nazzjonalista rebaħ bi it mijiet ta' voti biss. Fis-sitt distrett, is-sitwazzjoni baqgħet kważi kważi l-istess, ħlief għal titjib żgħir marġinali favur il-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt, il-Malta Labour Party kiseb l-appoġġ ta' 53.64% tal-votanti Laburisti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb il-vot ta' 45.32%. Dawn issarfu fi 12,090 vot għall-MLP u 10,215-il vot għall-Partit Nazzjonalista. Għal darb'oħra, l-aktar kandidata popolari fuq dan id-distrett kienet Marie-Louise Coleiro Preca. Hija kompliet iżżid l-appoġġ tagħha u ġiet eletta fl-ewwel għadd b'5,490 vot fl-ewwel għadd. Din id-darba, anke Charles Mangion, li kien Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament, kien elett minnufih fl-ewwel għadd, hekk kif kien l-għażla favorita ta' 3,845 votant. Eventwalment, Mangion kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u minfloku kien elett Gavin Gulia. Roderick Galdes ma kellux bżonn elezzjoni każwali. Din id-darba ġie elett fil-11-il għadd b'aktar voti minn Charles Mangion, hekk kif wiret ħafna voti mingħand Marie-Louise Coleiro Preca. Fil-fatt, huwa kiseb 4,593 vot. Għall-Partit Nazzjonalista, John Dalli reġa' kien il- kandidat l-aktar popolari u dan minkejja sensiela ta' akkużi li kienu saru kontrih. Fil-fatt wara l-elezzjoni tal-2003 huwa reġa' kien ġie maħtur Ministru għall-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi u it wara, meta Lawrence Gonzi sar Prim Ministru u Kap Nazzjonalista minflok Eddie Fenech Adami, inħatar Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Investiment. Ta' min ifakkar li Dalli kien ikkontesta wkoll għall- kariga ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista. Madanakollu, huwa kellu jirriżenja mill-Kabinett wara li kien implikat f 'rapport falz minn investigatur privat u li kien akkużah li rċieva tixħim minn xiri ta' tagħmir mediku għall-isptar Mater Dei. Wara li kien meħlus minn dawn l-akkużi, huwa kien magħżul minn Lawrence Gonzi bħala konsulent speċjali fuq affarijiet ekonomiċi. Wara dan kollu, huwa reġa' ġie elett fl-2008 bi 3,827 vot fit-tmien għadd u nħatar Ministru għall-Politika Soċjali. Dalli kien irriżenja mill-Parlament Malti fl- 2010 meta kien inħatar Kummissarju Ewropew u minfloku kien elett Peter Micallef f 'elezzjoni każwali. Clyde Puli kien elett bi 3,556 vot fit-12-il għadd. Iż-żewġ partiti kellhom sitt kandidati kull wieħed. Kif rajna, għal darb'oħra, minn fost il-kandidati Nazzjonalisti, ħadd ma kiseb il-kwota minnufih mal-ewwel għadd u dan għax il-voti, għal darb'oħra kienu maqsuma fost il-kandidati. Fil-fatt, fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, fuq dan id-distrett, kien hemm ismijiet popolari, fosthom Louis Galea u Ninu Zammit. Kif rajna wkoll fl-aħħar ġimgħat, Galea ma kienx ġie elett f 'din l-elezzjoni, mill-ebda distrett li fih ikkontesta u eventwalment kien maħtur Speaker tal-Kamra tad-Deputati. Bħalma għamilna fl-aħħar ħames ġimgħat, se nibdew il- ħarsa tagħna lejn is-sitt distrett, bl-Elezzjoni Ġenerali tal-2003, li rebaħ il-Partit Nazzjonalista, it ġimgħat biss wara li Malta vvutat favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Fis-sitt distrett elettorali, il- Malta Labour Party (MLP) kiseb l-appoġġ ta' 54.46% tal-votanti. Fil-fatt kiseb 11,260 vot. Il-Partit Nazzjonalista kieb 9,335 vot jew 45.15% tal-voti. Sa dak iż-żmien, il-Partit Nazzjonalista kien jeleġġi tliet siġġijiet mingħajr problemi ta' xejn. L-aktar kandidata popolari kienet Marie-Louise Coleiro Preca, eletta minnufih b'4,439 vot mal-ewwel għadd. Elett warajha, dejjem għall- Malta Labour Party, John Attard Montalto. Huwa ġie elett fil-ħames għadd bi 3,797 vot. Eventwalment, Attard Montalto kien elett bħala Membru tal- Parlament Ewropew u għalhekk irriżenja mill-Parlament Malti. Roderick Galdes (illum Ministru) kien l-uniku kandidat tal-Partit Laburista li seta' jikkontesta fl- elezzjoni każwali, hekk kif il- kandidati l-oħra Laburisti li ma kinux ġew eletti mis-sitt distrett, kienu eletti minn distretti oħra. Dawn kienu Joe Debono Grech u Gavin Gulia. It-tielet kandidat li eleġġa l-MLP kien Charles Mangion li kiseb 4,383 vot u kien elett fid-disa' għadd. Mill-banda l-oħra, l-aktar kandidat popolari tal-Partit Nazzjonalista kien John Dalli, dak iż-żmien Ministru għall-Finanzi. Huwa ġie elett fis-seba' għadd bi 3,728 vot. Minkejja li kien popolari ħafna, anke bħala Ministru, Dalli ma kienx elett mal-ewwel għadd hekk kif il-voti fost il-kandidati Nazzjonalisti kienu mifruxa ħafna. Viċin ta' Dalli kien ġie Clyde Puli, dak iż-żmien kandidat frisk għall-Partit Nazzjonalista, li ġie elett għall-ewwel darba, fl-għaxar għadd bi 3,402 voti. Iż-żewġ partiti kellhom sitt kandidati kull wieħed. 2003: Marie Louise Coleiro Preca u John Dalli is-suldati tad-distrett 2008: Ftit li xejn tibdil fil-voti u fil-kandidati Il-gazzetta ILLUM tkompli bil-ħarsa tagħha distrett distrett lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss is-sitt distrett MLP PN 54.56% 45.15% MLP PN 53.64% 43.52%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021