Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

M atul is-snin li għad- dew sar ħafna xogħol f 'Malta biex titjieb il-prevenzjoni u protezzjoni tan-nisa u l-bniet minn forom differenti ta' vjolenza. F'Mejju tal-2014, Malta rrati- fikat il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, magħrufa bħala l-Konvenzjoni ta' Istanbul. Din il-Konvenzjoni tobbliga lill-Istati Membri sabiex jassiguraw illi l-liġijiet tagħhom joffru protezzjoni u rimedji adeg- wati lill-vittmi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, kif ukoll lill-vittmi ta' vjolenza domestika. Fl-2018, il-Parlament Malti approva l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika. L-għan prinċipali ta' din il-liġi huwa li tħalli impatt reali fil-ħajja ta' kuljum billi tipprevjeni l-vjolenza, tipproteġi lill-vittmi u ġġib ġustizzja permezz ta' sanzjonijiet kontra l-aggressuri. Il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet hija forma ta' diskriminazzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem li taffettwa lin-nisa fil-livelli kollha tas-soċjetà. Fil-fatt, terz tan-nisa kollha minn madwar id-dinja esperjenzaw atti ta' vjolenza fiżika jew sesswali mill-inqas darba matul il-ħajja adulta tagħhom. Il-vjolenza timmanifesta ruħha f 'vjolenza fiżika, psikoloġika jew sesswali. Tipi differenti ta' vjolenza jinkludu vjolenza domestika, fastidju sesswali, stupru, żwieġ sfurzat, mutilazzjoni ġenitali femminili (FGM), u traffikar tal-bnedmin fost oħrajn. F'Malta, in-numri ta' persuni li tressqu l-qorti akkużati bir-reat ta' vjolenza domestika mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Awwissu 2021 kien ta' 1,085. Minn dawn 821 kienu persuni maskili. Waqt il-pandemija tal- COVID-19, il-vjolenza domestika żdiedet drastikament madwar id-dinja kollha, saħansitra anke f 'pajjżna fejn fl-2020 ġiet irreġistrata żieda ta' 24% jew żieda ta' 319-il każ ta' vjolenza domestika meta mqabbla mas- sena ta' qabel. Hemm bżonn li jiżdied l-għarfien sabiex il-vittmi jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom, jirraportaw l-abbuż, jirrikorru lejn is-servizzi ta' għajnuna, jirċievu l-appoġġ xieraq skont il-ħtiġijiet tagħhom, u jkollhom aċċess għall- ġustizzja. Aktar ma jiżdied l-għarfien, aktar vittmi jħossuhom komdi jirrapurtaw. Is-'16-il jum ta' għarfien u attiviżmu kontra l-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru' hija kampanja internazzjonali li ssir kull sena, li tibda fil-25 ta' Novembru, fil-Jum Dinji għall-Eliminazzjoni tal- Vjolenza fuq in-Nisa, u tispiċċa fl-10 ta' Diċembru, fil-Jum Dinji għad-Drittijiet tal-Bniedem. Din is-sena qegħdin infakkru t-30 anniversarju mit-twaqqif ta' din il-kampanja li oriġinat minn attivisti fl-ewwel Women's Global Leadership Institute, li jaħdmu b'valuri femministi, sabiex issaħħu d-drittijiet tal- bniedem u tinkiseb il-ġustizzja soċjali. Sa mill-1991, aktar minn 6,000 organizzazzjoni f 'madwar 187 pajjiż ipparteċipaw fil- kampanja organizzata minn individwi, istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja biex jitolbu l-eliminazzjoni u l-prevenzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet. Bħalma għamlet fis-snin preċedenti, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE) se tkompli tqajjem kuxjenza dwar il-vjolenza u l-vjolenza domestika matul is-16-il jum ta' għarfien u attiviżmu. Permezz ta' grafiċi animati fuq il-midja soċjali, l-NCPE se toħloq aktar għarfien dwar il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, fl-isfond li bejn 45% u 55% tan-nisa minn madwar id-dinja esperjenzaw fastidju sesswali mill-età ta' 15-il sena, u li fost dawn in-nisa, 32% indikaw lill-kap, lill-kollega jew lill-klijent (fil-kuntest tal- impjieg) bħala l-awtur tar-reat. Il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet qiegħda tkompli tkun ta' ostaklu għall-kisba tal- ugwaljanza. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-partijiet konċernati u lkoll flimkien bħala soċjetà naħdmu flimkien għat-tisħiħ tal-ugwaljanza bil-għan li jkollna soċjetà ħielsa mid- diskriminazzjoni u l-vjolenza. L-NCPE tappella biex kull min jesperjenza fastidju sesswali jirrapporta sabiex jittieħdu l-passi neċessarji u ssir ġustizzja. Renee Laiviera Renee Laiviera hija l-Kummissarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwajanza (NCPE) 23 opinjoni illum • IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 16-il jum ta' għarfien u attiviżmu kontra l-vjolenza domestika L-NCPE se toħloq aktar għarfien dwar il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, fl-isfond li bejn 45% u 55% tan-nisa minn madwar id-dinja esperjenzaw fastidju sesswali mill-età ta' 15-il sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021