Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 opinjoni illum • IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika domestika kif qed jiġu affetwati mill-midja soċjali? kollox biex l-abbuż jitwaqqaf. Kultant jiġru affarijiet żgħar – bħal kelma żejda li ħadd ma jagħti kasha – li jżidu u jikbru maż-żmien jekk ma jiġux indirizzati, u jistgħu iwasslu għall-agħar xenarju possibbli: il-mewt ta' persuna, bħal ma hu l-femiċidju. Fi żminijietna l-vjolenza domestika qed tiġi ffaċilitata mit-teknoloġija stess, pereżempju l-użu ta' Facebook biex l-agressur jispija fuq u jiddisturba lit-tfal tal-vittma. Dan huwa abbuż fuq l-ulied u għandu jiġi rrapurtat immedjatament hekk kif jiġi skopert. It-tfal huma dejjem innoċenti u għandhom jitħallew barra minn kull kunflitt bejn il-ġenituri. L-agressur jista' juża l-midja soċjali wkoll biex jilħaq salib il-familjari u l-ħbieb tal- vittma u jiddisturbahom, bħal fil-każ ta' cyberstalking, li huwa illegali. Nisimgħu anke bir-Revenge pornography, li tikkonsisti f 'pornografija fuq l-internet mingħajr il-kunsens tal- persuna, ix-xandir ta' informazzjoni privata, it- tkissir tar-reputazzjoni, impersonazzjoni jew rappreżentazzjoni falza u attakki oħra onlajn imxandra u mkabbra minn teknoloġiji tan- networking. Dan l-abbuż ta' fiduċja li tant sar mifrux iservi biex ikompli jiżola l-vittmi mis- sapport soċjali – speċjalment meta l-vittmi jkollhom jagħlqu l-kont tagħhom jew jirtiraw kompletament mill-midja soċjali. Persuni li jeżerċitaw il- vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika jistgħu jużaw l-internet biex jagħmlu l-ħsara lill-vittma billi jagħfsu buttuna biss. L-anonimita' tal- midja soċjali sfortunatament tippermetti l-istalking b'mod sigriet, sakemm l-informazzjoni tal-profil ma tkunx strettament privata. Meta l-vittma ma jkollhiex kont privat, cyberstalker jista' jara kull ma xxerred il-vittma mingħajr ma din tkun taf. Il-midja soċjali għandha l-użu tajjeb tagħha ukoll, u dan irridu ngħiduh. Isservi biex tgħaqqadna lkoll flimkien, u allura tgħinna nsibu s-sapport meta jkollna bżonnu, mhux biss mingħand il-ħbieb u l-familjari, iżda mingħand persuni oħra li jkunu esperjenzaw problemi simili għal tagħna wkoll. Fl-2017 il-moviment #MeToo infirex ma' kullimkien fuq il-midja soċjali u għen biex eluf ta' nisa jirrakkuntaw l-istejjer tagħhom ta' abbuż minn stranġieri kif ukoll minn sieħeb tagħhom. Dan il-moviment serva biex jikxef kemm verament l-abbuż sesswali huwa mifrux u komuni fil-ħajja tal-mara, kif ukoll biex tittieħed azzjoni legali kontra dawk li huma ħatja tal-abbuż u l-vjolenza. Iżda mbagħad kien hemm ukoll il-konsegwenza ta' dan kollu: ħafna nisa kellhom jiffaċċjaw abbuż ieħor minn kummentaturi fuq il-midja soċjali stess li kritikawhom tal- aġir tagħhom. Fatt ieħor li ma jgħinx sabiex infejqu l-kultura tal-abbuż fuq in-nisa huma paġni u posts li jiċċelebraw proprju dan, billi huma permessi li jidhru u jixxerrdu fuq Facebook taħt il-kategorija kontroversjali "humour". Il-problema b'dawn is-siti mhux biss li jikxfu l-firxa ta' mġieba abbużiva fir-relazzjonijiet, iżda li, billi jippubblikaw u jigglorifikaw il-vjolenza domestika, jinnormalizzaw relazzjonijiet disfunzjonali. Iddur fejn iddur, il-perikli tal-midja soċjali jippersistu. Hemm bżonn niffukaw iżjed fuq kif, filwaqt li nagħmlu użu minnha għall-ġid, nipproteġu wkoll lilna nfusna, lill-uliedna u lis-soċjeta' tagħna minn din it-tip ta' ħsara insidjuża. Sfida kbira tassew. Jekk għandek bżonn għajnuna dwar abbuż onlajn, ċempel 179 jew ibgħat imejl fuq 179.appogg@gov.mt Ħafna tfajliet jirċievu ritratti tal- parti ġenitali maskili mingħajr ma jkunu talbu għalihom, u jħossuhom taħt pressjoni sabiex jibagħtu ritratti tagħhom infushom imneżża', li imbagħad jiġu mxerrda fuq in- networks soċjali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021