Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 Carmel Bonnici Tarżan: Is-sid tal-annimali kollha tal-ġunla (1) Kieku kelli nilgħab imħatra dwar min hu l-aktar karattru letterarju fittizju li deher fuq il-liżar taċ-ċinema, ma kontx naħsibha darbtejn biex inċama lil Tarzan. Dan ir-raġel mibni sabiħ u mmuskulat tal-ġungla hu ħlieqa tal-awtur Amerikan Edgar Rice Burroughs. In-novelli tiegħu dwar Tarzan ikkrejaw eroj folkloristiku li sab fama mad- dinja kollha. Edgar Rice Burroughs twieled nhar l-1 ta' Settenbru 1876, f 'Chicago, Illinois, ir-raba' tifel tal- Maġġur George Tyler Burroughs, negozjant u veteran tal-Gwerra Ċivili Amerikana. L-antenati tiegħu huma ta' dixxendenza Ingliża, ġġieldu fil-Gwerer Rivoluzzjonarji Amerikani u mhux inqas minn 7 kuġini tiegħu ffirmaw id-Dikjarazzjoni Amerikana tal- Indipendenza, fosthom il-President Amerikan John Adams. Edgar ħa l-edukazzjoni tiegħu f 'diversi skejjel u akkademji f 'Massachusettes u ggradwa fl- 1895 mill-Akkademja Militari ta' Michigan. Minħabba problema f 'qalbu ma kienx eliġibbli li jservi bħala suldat u spiċċa fl-1897. Wara, ħadem f 'diversi mpiegi, fosthom ma' ħuh f 'razzett bħala cowboy sakemm fl-1900 żżewweġ lil Emma Hulbert, il-maħbuba tiegħu mit- tfulija. Fl-1911, wara seba' snin ta' paga baxxa, kif ukoll kellu ħafna ħin liberu, beda jaqra ħafna stejjer ta' karattri fittizji u azzjoni f 'gazzetti rħas (pulp fiction). B'hekk tħajjar jibda jikteb u ffoka l-aktar fuq stejjer tax-xjenza fittizja u fantasija billi kien influwenzat sewwa minn awturi bħal H. G. Wells, Jules Verne, Arthur Conan Doyle u oħrajn. Hu kiteb diversi novelli fuq Tarzan u l-ewwel waħda ġiet stampata fl- 1913. Wara l-ewwel storja. Beda jirriċikla l-bażi tagħha u fi żmienu nbiegħu mat-30 miljun kopja ta' dawn l-istejjer li jnisslu kurżità. Burroughs immaġina lil Tarzan bħala tifel ta' Lord u Lady Ingliżi li sabu ruħhom itturufnati fuq il-kosta Afrikana minn xi ribelli. Meta kien għadu tarbija ommu mietet u missieru ġie maqtul mill- mexxej ta' tribu ta' gorilli li mbagħad rabbewh. Tarzan propjament kien il-Viskonti ta' Greystoke. Hu kiber bħala tfajjel selvaġġ u sar raġel ta' saħħa, bl-annimali jobdu lilu l-aktar meta jisimgħu dik l-għajta tipikament tiegħu. Meta kellu xi 18-il sena jiltaqa' fil-ġungla ma' Jane li timmansah, tgħallmu jitkellem u jġib ruħu ta' wieħed ċivili. Meta titlaq imur ifittixha, anki jiżżewwiġha u jagħmlu żmien jgħixu l-Ingliterra. L-ipokrezija li jara fiċ-ċivilità tħajru biex hu u Jane u t-tifel tagħhom, Jack, jerġgħu jmorru jabitaw fis-selvaġġ. Dawn l-avvenimenti jseħħu fid- diversi kotba li nkitbu wara. Edgar Rice Burroughs baqa' famuż mhux biss għal Tarzan Of e Apes (u l-oħrajn li ġew wara), iżda wkoll għal John Carter Of Mars u Carson Napier Of Venus. Hu miet nhar id- 19 ta' Marzu 1950 minn attakk ta' qalb. Il-films dwar din il-persuna tal- ġungla malajr bdew jinħadmu. Fl-1918 ħareġ Tarzan Of e Apes bl-attur fiżikament impressjonanti, Elmo Lincoln u Enid Markey tkun Jane. Dehru wkoll f 'Romance Of Tarzan tal-istess sena. e Return Of Tarzan (1920) kellu lil Gene Potter u Carla Schramm, Son Of Tarzan (1920) kien serial (maqsum f 'ħafna kapitli li jintwerew wieħed wara l-ieħor kull ġimgħa) b'Kamuela C. Searle fl-irwol ewlieni waqt li P. Dempsey Tabler interpreta lil Tarzan. Fl-1921 Elmo Lincoln irritorna f 'serial ieħor, e Adventures Of Tarzan ma' Louise Lorraine. Tarzan And e Golden Lion (1927) kellu bħala protagonista lil James Pierce u Dorothy Dunbar. Produzzjoni oħra episodika, Tarzan e Mighty kellha lil Frank Merrill, pero' Jane ma dehritx. Ta' warajh, Tarzan And e Tiger (1930) kien bl-istess ekwipaġġ. L-M.G.M. sabu lil Johnny Weismuller, atleta Olimpiku u rebbieħ fil-għawm li daħal għal din il-parti b'ruħu u ġismu f 'lista twila ta' films ta' dan l-eroj. L-ewwel film tiegħu, Tarzan e Ape Man (1932), għalkemm ma kienx fidil għal ktieb ta' Burroughs, ħoloq impatt ġmielu. Kienet produzzjoni divertenti ħafna u laqtet il-gosti u l-imaġinazzjoni tal-pubbliku li kien qed jgħix fl- eqqel ta' Dipressjoni qawwija. Ix- xogħlijiet li ġew wara wkoll kienu ta' livell għoli u dawk l-akkaniti jagħżlu lil Tarzan And His Mate (1934) bħala l-aħjar wieħed minn din is- sensiela. Dawn kollha kienu films li nħaddmu b'casts tajbin ta' atturi sekondarji, produzzjonijiet fini u azzjoni spissa. Tispikka kien hemm is-sbejħa Maureen O'Sullivan bħala Jane u Cheetah, ix-xadina tant maħbuba mit-tfal. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021