Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM qed tkompli bis-sensiela ta' artikli li matulhom, hekk kif ninsabu it biss 'il bogħod minn elezzjoni ġenerali oħra, qed tagħti rendikont u tanalizza s-sitwazzjoni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista fid-distretti elettorali, mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik tal-2017. Illum imiss is-seba' distrett elettorali, li jinkludi l-lokalitajiet ta' Ħaż-Żebbuġ, Ħad- Dingli, l-Imġarr, l-Imtarfa, ir-Rabat, il- Baħrija u tal-Virtù. Interessanti li fl-elezzjoni tal-2003, il-Partit Nazzjonalista kiseb maġġoranza assoluta f 'dan id-distrett iżda l-istampa nbidlet ta' taħt fuq fl-elezzjoni tal-2008, bil-Partit Laburista jibqa' jżid l-appoġġ u l-PN jeħel fl- istess sitwazzjoni. Kif għamilna fl-aħħar seba' ġimgħat, l-ILLUM se tagħti stampa ta' dak li ġara f 'dan id-distrett fl-elezzjoni ġenerali tal-2003, l-2008 , l-2013 u l-2017. F'din l-elezzjoni, il-Partit Laburista kiseb 14,042 vot jew inkella 56.44% tal-voti. Il-Partit Nazzjonalista, mill-banda l-oħra reġa' baqa' fejn kien u kiseb 10,509 voti, jiġifieri 42.24% tal-voti. L-aktar kandidat popolari kien Ian Borg. Għal darb'oħra, Ian Borg qabeż il-kwota ta' 4,147 vot mill-ewwel. Fil-fatt huwa ġie elett fl-ewwel għadd wara li kiseb 5,566 vot. Sa dak iż-żmien, Borg kien Segretarju Parlamentari għall- Fondi tal-Unjoni Ewropea u l-Presidenza tal-2017. Ftit warajh ġie Edward Scicluna, Ministru għall-Finanzi. Scicluna kien elett fit-tieni għadd b'4,197 vot. It-tielet kandidat iddikjarat elett kien Silvio Schembri li sal-24 għadd kien kiseb 5,542 voti. Sa dak iż-żmien, Schembri kien għadu ma ngħatax rwol fil-Kabinett. Il-Partit Nazzjonalista eleġġa żewġ Deputati. Kemm Beppe Fenech Adami u anke Jean Pierre Debono kieku eletti fil-25 għadd. Fenech Adami kiseb 3,792 vot filwaqt li Debono, fl-ewwel elezzjoni tiegħu, kiseb 3,305. Beppe Fenech Adami kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett, hekk kif ġie elett ukoll mid-distrett tiegħu ta' Birkirkara. Meta saret l-elezzjoni każwali, kien ġie elett Godfrey Farrugia, li kien għadu kemm irriżenja mill- Partit Laburista u ssieħeb mal-Partit Demokratiku (PD) imwaqqaf mis-sieħba tiegħu Marlene Farrugia. Eventwalment, il-Partit Demokratiku kien issieħeb f 'dik imsejħa l-Forza Nazzjonali mmexxija mill-Kap tal- Oppożizzjoni ta' dak iż-żmien, Simon Busuttil u Farrugia kien ikkontesta fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, anke jekk jiddistingwi lilu u lill-kandidati l-oħra tal-PD kien hemm biss miktub "tal-oranġjo." Jean Pierre Debono ma tantx gawda s-siġġu tiegħu. Meta wara l-Elezzjoni Ġenerali kienet saret elezzjoni għall-Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista u ġie elett Adrian Delia, kien hemm bżonn li xi ħadd iċedilu postu fil- Parlament, għax Delia ma kienx Deputat elett. Kien Debono li ċeda s-siġġu tiegħu. Wara li għamel dan, kien ġie elett Peter Micallef f 'elezzjoni każwali li rriżenja eżatt wara li ħa l-ġurament bħala Deputat. Għalhekk, Adrian Delia seta' jkun co-opted fil-Parlament u eventwalment jieħu l-ġurament bħala Kap tal- Oppożizzjoni. Iżda din ma kinitx l-aħħar co-option. Madwar sena ilu, Edward Scicluna rriżenja minn Ministru għall-Finanzi u aktar tard minn Membru Parlamentari wara li nħatar Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Għalhekk kienet saret elezzjoni każwali interessanti. Għaliha kienu kkontestaw tliet kandidati, jiġifieri Gavin Gulia, Jeffrey Pullicino Orlando, li issa kien ikkontesta mal-Partit Laburista iżda mingħajr ma għamel l-ebda suċċess u anke l-eks Sindku Laburista tar-Rabat Charles Azzopardi. Azzopardi mhux talli kien kisirha minn mal-Partit Laburista talli issa kien tesserat tal-Partit Nazzjonalista. Eventwalment kien elett Gavin Gulia li ħalla lil kulħadd bla kliem meta eżatt malli ħa l-ġurament bħala Deputat Parlamentari qal li kien se jirriżenja biex ikompli b'xogħlu bħala Chairperson tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Għalhekk dan kien fetaħ il-bieb għall-Partit Laburista biex permezz tal-proċedura tal-co-option, jagħżel hu lid-Deputat biex jieħu post Edward Scicluna. Il-Partit Laburista kien għażel lil Oliver Scicluna. Fl-2017, il-Partit Laburista kellu għaxar kandidati u l-Partit Nazzjonalista tlettax. Ngħaddu issa għall-2013. Issa l-Partit Laburista kien kiseb maġġoranza kbira u storika fuq bażi nazzjonali, iżda anke fis-seba' distrett, il-Labour ikkonsolida l-appoġġ tiegħu. Fil-fatt, tista' tgħid li r-riżultat kien kompletament l-oppost ta' dak tal-2003. Issa kien il-Partit Laburista li kiseb 13,805 voti, jiġifieri kiseb l-appoġġ ta' 56.46% tal-votanti ta' dan id-distrett. Il-Partit Nazzjonalista kien kiseb 10,269 vot, jew 42% tal-voti. Din id-darba, l-aktar kandidat popolari kien Lawrence Gonzi li kkontesta dan id-distrett li l-Partit Nazzjonalista kien qed jarah sejjer lura. Gonzi kiseb 7,260 vot fl- ewwel għadd u ovvjament ġie elett minnufih. Għall-ewwel darba, f 'isem il- Partit Laburista kien ikkontesta Ian Borg. Anke hu kiseb ammont kbir ta' voti u kien elett minnufih fl- ewwel għadd b'4,186 vot. It-tieni kandidat li eleġġa l-Partit Nazzjonalista kien Joe Cassar li kiseb 4,477 vot sal-15-il għadd. Fil- fatt, kien hu l-aktar kandidat li wiret voti mingħand Gonzi. Għall-Partit Laburista kien elett ukoll, fid-19-il għadd, Godfrey Farrugia li kiseb 3,957 vot u fl-istess għadd kien iddikjarat elett Charles Buhagiar li kiseb 3,212-il vot. Eventwalment, Lawrence Gonzi kien irriżenja mill-Parlament wara li l-Partit Nazzjonalista kien eleġġa lil Simon Busuttil bħala suċċessur tiegħu. Minfloku, wara elezzjoni każwali, kien elett Antoine Borg. Fl-2015, l-eks Ministru għas- Saħħa Joe Cassar kien irriżenja wkoll mill-Parlament wara allegazzjonijiet li kienu saru fuqu u rabtiet mal-familja Gaffarena. Kien allegat li Cassar kien ippermetta li xogħlijiet li saru fid-dar tiegħu, ikunu mħallsa minn Joe Gaffarena u anke li kien aċċetta karozza bħala rigal għal bintu mingħand l-istess negozjant. Cassar dejjem ċaħad l-allegazzjonjiet u kien irriżenja, biex fi kliemu jnaddaf ismu u anke biex ma jibqax jintuża biex issir ħsara lill-PN. Is-siġġu tiegħu, wara elezzjoni każwali, kien ġie elett Tony Abela. F'dik l-elezzjoni, il-Partit Laburista kellu fuq il-lista tiegħu disa' kandidati, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kellu ħdax-il kandidat. 2013: Il-Partit Laburista jissaħħaħ sew; Gonzi u Ian Borg l-aktar b'saħħithom 2017: Il-PN jibqa' fejn kien...ħafna elezzjonijiet każwali, co-options u bidla fid-Deputati Is-sitt kandidati l-aktar popolari fis-seba' distrett fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali PL PN 56.46% 42.0% PL PN 56.44% 42.24%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021