Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 biddilha f'Awtorità tal-Permessi, u wara li jkun hemm konsultazzjoni sħiħa u l-Għawdxin jingħataw l-istampa kollha, dawn jintalbu jagħżlu permezz ta' referendum," qal Chris Said. Huwa kkritika lill-Gvern għax - skont hu - l-ewwel jgħid li għandu l-pjanijiet għall-mina u fl-istess ħin "nesa' lil Għawdex mill-proġett tal-metro." Jgħid illi l-PN lest jikkunsidra kull proposta jew miżura li hija magħmula biex ittejjeb il-konnettività bejn il-gżejjer. Imma l-gazzetta ILLUM tfakkru illi llum diġà hemm fast-ferry (żewġ servizzi), il-vapuri tal-Gozo channel u issa ż-żewġ partiti qed iwegħdu l-air link ukoll, apparti ovvjament il-mina. U dan għal bejn wieħed u ieħor 4,000 persuna li minnhom madwar 3,000 jaqsmu kuljum. Allura wieħed irid jistaqsi: Kemm se tkun vijabbli mina? U allura biex tkun vijabbli mhux aktar karozzi trid? U allura ma għandux raġun min jgħid li l-mina se tkun ir-rovina ta' Għawdex? Said iwieġeb li huwa propju għalhekk li hemm bżonn isiru l-istudji kollha bil- konklużjonijiet li jiġu kkomunikati lill- pubbliku. "Jekk naraw li hemm aktar negattiv milli pożittiv, mela ngħidu le ma ssirx il-mina. Naraw x'inhuma l-għażliet kollha u nimxu minn hemm." Said qal iżda li żgur li l-ewwel li jrid isir huwa li jitneħħa n-Niklaus u minfloku jsir vapur ġdid u vapur ieħor għall- merkanzija. "Qabel kien hemm servizz għall-merkanzija minn Sa Maison, u l-Gvern ilu jgħid li se jerġa' jibdieh iżda sa issa għadu ma għamel xejn," sostna Said. 'Li twaħħal fil-PN - li kien l-aħħar fil-Gvern disa' snin ilu - ma tagħmilx sens' U ladarba semmejna l-mina u l-effetti ambjentali l-gazzetta ILLUM tirreferi għall-kummenti ta' bosta u anke tal- Ministru Camilleri mal-gazzetta ILLUM. Ta' sikwit issir il-kritika li Għawdex qed timtela' krejnijiet u l-iżvilupp qed jiżdied kullimkien, b'effetti li jafu jħallu lil Għawdex qisha Malta oħra. Il-Ministru u l-Gvern iweħħel f 'policies li kienu saru taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, iżda Said mill-ewwel jirifjuta dan l-argument. "L-Awtorità tal-Ippjanar biddilha f 'Awtorità tal-Permessi, permessi bħal pastizzi u huwa dan li qed jiġri f 'Għawdex," beda jwieġeb mal-ILLUM. Huwa fakkar li s-Sindki kollha Għawdxin ingħaqdu kontra r-rata ta' żvilupp f 'Għawdex - inkluż Sindki Laburisti - u lkoll qalu li r-rata ta' żvilupp f 'Għawdex mhijiex aċċettabbli bħalissa u li "ma nistgħux niqbgħu sejrin b'dan ir- rittmu." "Postijiet bħal Marsalforn u x-Xlendi tlifnihom diġà - imma hemm oħrajn li għadna fil-ħin li nsalvaw," qal Said. Huwa kompla jgħid iżda li r-responabilità tinsab fuq min qed jiggverna u mhux fuq il-PN, li jfakkar illi kien fil-Gvern disa' snin ilu. "L-obbligu fuq min imexxi qiegħed biex jekk hemm bżonn tinbidel policy, tinbidel. Pero' l-problema lanqas hija l-policy imma kif qed jinħarġu l-permessi." Huwa qal li l-Gvern lanqas biss implimenta rakkomandazzjoni, imqar waħda, mit-38 li s-Sindki Għawdxin ressqu dwar dan is-suġġett u f 'eku ta' dak li qal il-Ministru għall-Ambjent staqsa kemm se ndumu nikkunsidraw bħala pajjiż. "Semmejna t-turiżmu aktar kmieni u jekk Għawdex titlef l-identità tagħha tkun tilfet it-turiżmu wkoll," stqarr Said li fakkar illi kemm il-Bord tal-awtorità tal- Ippjanar kif ukoll il-membri fiha huma magħżulin mill-Gvern u allura dan ma għandu ebda skuża biex jekk irid ibiddel l-affarijiet. "Li twaħħal fil-PN - li kien l-aħħar fil- Gvern disa' snin ilu - ma tagħmilx sens," sostna Said. Finalment huwa jgħid li fuq livell Parlamentari l-Oppożizzjoni ħadmet qatigħ għal Għawdex - l-ewwelnett billi ressqet mozzjoni ħalli jitwaqqaf Kumitat Parlamentari dwar Għawdex li huwa permanenti u allura jkun jeħtieġ li dejjem jiġi iffurmat meta tibda leġiżlatura. Huwa qal li permezz ta' hekk l-Oppożizzjoni poġġiet lil Għawdex "fuq nett tal-aġenda Parlamentari." Qal ukoll iżda li proposta ewlenija tal- PN hija li Għawdex isir Kunsill Reġjonali għalih li jkollu poteri eżekuttivi imma anke l-finanzi meħtieġa biex jeżerċità tali poteri. L-obbligu fuq min imexxi qiegħed biex jekk hemm bżonn tinbidel policy, tinbidel. Pero' l-problema lanqas hija l-policy imma kif qed jinħarġu l-permessi Chris Said - Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021