Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum 'Il-fqar trid tgħannaqhom, mhux tgħoddhom dinjità lil 80 persuna kuljum YENDRICK CIOFFI Fi Triq Sant'Ursola fil-Belt Valletta, f 'parti mill-Kunvent tal-Franġiskani Minuri mibni fl- 1584, infetħet dik li qed tissejjaħ Soup Kitchen OFM, anke jekk din ma toffrix sempliċiment sopop imma diversi servizzi oħra li jagħtu dinjità lil dawk il- persuni li ma għandhom xejn u li ħafna drabi huma moħbija. Il-gazzetta ILLUM żaret is- Soup Kitchen u ltaqgħet ma' Patri Marcellino Micallef OFM, il-moħħ wara din l-opra ta' karità. Malli wasalna, Patri Marcellino mill- ewwel għamililna ċara li minkejja l-isem, din l-NGO ma toffrix biss soppa lil min ma jaffordjax platt sħun kuljum, imma għadd ta' servizzi oħra, inkluż post fejn wieħed jinħasel, jaħsel il-ħwejjeġ u saħansitra jqaxxar jew jaqta' xagħru. Fuq kollox, kif stqarr diversi drabi Patri Marcellino, is-Soup Kitchen qed toffri dinjità lil dawk li minħabba ċ-ċirkostanzi tal- ħajja, li minnhom jista' jgħaddi kulħadd, spiċċaw ma għandhom xejn. Filwaqt dan huwa l-motto tal-NGO: "Ħajja b'dinjità." Sibna attività sħiħa. Fil-kċina, il-kok ma kienx qed jipprepara biss is-soppa, iżda dixxijiet sħaħ bil-koxox tat-tiġieġ u l-patata l-forn. Fil-fatt, kuljum f 'nofsinhar, madwar 80 persuna jingħataw tliet platti, mis-soppa sad-deżerta. 'Il-fqir mhuwiex tallab ... kulħadd għandu dritt għad- dinjità' Kważi kważi hemm ristoranti li ma għandhomx il-kċina u l-apparat li hija mgħammra biha din is-Soup Kitchen. Fi kliem Patri Marcellino, kull min imur ifittex l-għajnuna se jingħata l-aħjar servizz. "Il-fqir mhuwiex tallab," insista Patri Marcellino. "Kulħadd għandu dritt ikollu d-dinjità." Apparti minn hekk, grupp ta' voluntiera oħra kienu qed iħejju l-ħobż għax kull min imur, jingħata wkoll ikla lesta għal filgħaxija. Fil-fatt, din l-NGO tiġbor fiha żewġ ħaddiema impjegati u madwar 70 voluntier li kollha kemm huma ġew imħarrġa b'mod professjonali. Poġġejna ma' Patri Marcellino fir-refittorju rrestawrat u mżejjen mill-isbaħ. F'nofsu, pittura ta' Kristu u minflok l-appostlu, madwar il-mejda hemm nies minn kull kontinent u reliġjon, jaqsmu l-ikel flimken. 90% ta' dawk li jiġu huma Maltin ... minn żgħażagħ sa anzjani Tkellimna dwar dawk il-persuni li ta' kuljum imorru biex isibu kenn f 'din is-Soup Kitchen. Spjega li anke jekk fl-ewwel xhur diġà qed imorru madwar 80 persuna kuljum, huma attrezzati biex jilqgħu sa 200 persuna kuljum. Fi kliemu, madwar 90% ta' dawk li jmorru huma Maltin u l-etajiet ivarjaw minn żgħażagħ ta' 20 sena sa anzjani. Anke jekk is- Soup Kitchen tinsab f 'parti minn kunvent tal-patrijiet, il-bibien huma miuħa għal kulħadd u fil-fatt imorru mhux biss Insara, imma anke persuni ta' twemmin differenti, inkluż Musulmani. "Din hija knisja. Mhijiex knisja tal-gandlieri. Slaleb biss għandna imma nista' ngħid li din hija knisja ħajja." insista Patri Marcellino. 'Hawn ħafna li qed ibatu imma jistħu jitkellmu ... din sfida' Saħaq li waħda mill-akbar sfidi li jiltaqgħu magħha hija li f 'Malta hawn ħafna persuni li għandhom bżonn l-għajnuna u li jinsabu fil-faqar imma insista li ħafna minnhom jistħu jfittxu l-għajnuna u jitkellmu, xi kultant anke minħabba l-preġudizzju ta' xi wħud. Patri Marcellino saħaq li kull persuna li tmur għandha l-istorja tagħha u fi kliemu, anke jekk huma jgħinu, jintgħallmu ħafna mill- esperjenza ta' dawn in-nies. Semma nies li għax kienu magħkusa mill-ħajja, "sabu refuġju" fid-droga. "Xi wħud huma vittmi tal-logħob jew tal-użura. Iltqajna ma' nies li kienu kostretti jisselfu l-flus bl- 40%. Iltqajna ma' nies li jispiċċaw biss b'€20 f 'idhom biex jgħaddu sal-aħħar tax-xahar. Oħrajn tilfu x-xogħol, anke minħabba l-pandemija u sabu refuġju bix- xorb," kompla jirrakkontalna. "Il- foqra ma jikkawżahx il-faqar. Is- sistema jikkawżawh." 'Lanqas ħwejjeġ ta' taħt jew geyser ma għandhom' Saħansitra, kompla jgħidilna Patri Marcellino, ġieli marru nies jużaw is-servizz tas-showers u li lanqas ħwejjeġ ta' taħt ma jkollhom u jipprovdulhom huma. Ħafna oħrajn lanqas għandhom biex isaħħnu l-ilma biex jinħaslu b'mod komdu. "Minn jgħaddi minn kriżi, faċli jispiċċa fi kriżi oħra. Faċli niġġudikaw," kompla jisħaq. "Għandna wħud mill-persuni li jiġu kienu jgħixu f 'istitut u fl-aktar mument delikat ta' ħajjithom, meta jagħlqu 18, spiċċaw fit-triq, ma għandhomx fejn imorru." Fil-fatt, l-istess NGO għenet ħafna minn dawn in-nies billi sabitilhom impjieg, għax fi kliem il-Patri, ix-xogħol huwa dinjità. Il-gazzetta ILLUM iżżur is- Soup Kitchen li nfetħet f'parti mill-Kunvent tal- Franġiskani Minuri fil-Belt Valletta u tiskopri li din qed toffri ħafna aktar minn plat sħun lil dawk li ta' kuljum imorru biex isibu l-għajnuna Ir-refittorju fejn jiġi servut l-ikel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021