Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 Konferenza sabiex jiġi ċċelebrat l-20 sena Anniversarju tal- Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni Din is-sena, l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, l-MCA, qed tiċċelebra l-20 sena anniversarju tagħha. Okkażjoni bħal din tixraq riflessjoni fuq il-passat, ċelebrazzjoni tal- preżent u tħejjija lejn il-futur. Bħala kommemorazzjoni ta' dan l-anniversarju l-MCA organizzat konferenza 'hybrid' fil-25 ta' Novembru, bl-iskop li tinstiga diskussjoni dwar il-viżjoni tal- Awtorità bil-kontribut ta' esperti lokali kif ukoll internazzjonali. Kuntest Storiku Madwar tletin sena ilu, l-innovazzjoni u l-progress fit- teknoloġija tat-telekomunikazzjoni bdew jattiraw investiment privat f 'Malta li wassal għat-tmiem ta' era fejn is-servizzi ta' komunikazzjoni kienu tipikament ikkontrollati mill- Gvern. Madwar id-dinja, bdew jiġu stabbiliti Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali bħala regolaturi indipendenti, biex jikkultivaw suq tal-komunikazzjoni ġust u kompetittiv għall-benefiċċju taċ- ċittadini. F'Jannar tal-2001, bi tħejjija għall-evoluzzjoni minn settur tat- telekomunikazzjoni monopolizzat għal wieħed liberalizzat, twaqqfet l-Awtorità ta' Malta dwar Komunikazzjoni bħala l-korp statutorju responsabbli għar- regolamentazzjoni tas-settur tal- komunikazzjonijiet elettroniċi – inkluż it-telefonija fissa u mobbli, l-Internet u servizzi ta' distribuzzjoni tat-televiżjoni – kif ukoll is-servizzi postali, u aktar reċentement is-settur tal-kummerċ elettroniku. Fl- 2003, ġiet fi tmiema l-liberalizzazzjoni sħiħa tas-suq tat-telekomunikazzjoni, u minn dakinhar l'hinn, Malta mhux bissa laħqet iżda saħansitra għaddiet lil ħafna pajjiżi Ewropej fil-livell ta' servizzi li qed jiġu offruti lill- konsumaturi. Viżjoni Lejn il-Futur Il-Kap Eżekuttiv tal-MCA, Jesmond Buġeja fetaħ il-konferenza b'messaġġ ta' tama lejn il-futur, fejn qal li, "20 sena mimlija sfidi li ġew trasformati f 'opportunitajiet, rawwmu l-investiment u poġġew lil Malta bħala waħda mill-pajjiżi mexxejja fil-qasam tal- konnettività fl-Ewropa. Dan il-vjaġġ huwa mmarkat minn sensiela ta' żviluppi u kisbiet għas-settur, għall-pajjiż, u għall-MCA. Il-futur saħansitra jwiegħed aktar kisbiet eċċitanti bil- miġja ta' teknoloġiji trasformattivi bħall-5G li kapaċi jiħu dinja ġdida ta' opportunità." F'messaġġ irrekordjat, iċ- Ċerpersin tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC), faħħar lir- rwol attiv li Malta tokkupa fil-korp u stqarr li għalkemm l-Awtorità tista' titqies bħala regolatur żgħir, "l-MCA żgur qed terfà aktar mill-piż tagħha fl-element ta' influwenza fi ħdan il-BEREC." Huwa rringrazzja lill- Kap Eżekuttiv tal-MCA, Jesmond Buġeja, għax-xogħol tiegħu bħala Viċi President matul is sena 2021, u żied jgħid li dan kien tragward sinifikanti billi mmarka l-ewwel darba li l-MCA għamlet parti mit- tim ta' tmexxija stmat tal-BEREC. Id-diskussjonijiet ta' filgħodu ħarsu lejn l-opportunitajiet u sfidi diġitali mistennija fl-għaxar snin li ġejjin. Rigward l-opportunitajiet, il-kelliema esploraw x'azzjonijiet għandhom jittieħdu biex jinkoraġġixxu l-investiment fl- innovazzjoni teknoloġika u jingħata l-aktar valur liċ-ċittadini. Kien hemm referenza diretta għall- pjan tal-Ewropa biex tikseb it- trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u l-ekonomija sal-2030, permezz ta' inizjattivi prattiċi ta' kooperazzjoni fuq it-teknoloġija tal-5G u l-konnettività madwar l-Ewropa. Fir-rigward tal-isfidi, kien hemm ehim kolletiv li l-protezzjoni tal- ekonomija u tas-soċjetà hija ta' prijorità ewlenija għall-Unjoni Ewropea (UE). Inizjattivi mmirati biex jissalvagwardjaw is-soċjetà kontra l-ħsara diġitali, bħall-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA)– ippjanat għall-adozzjoni fl-2022 – qed ifittxu li jindirizzaw għadd ta' sejħiet biex jinħoloq spazju diġitali aktar sikuri għaċ-ċittadini kollha tal- UE, filwaqt li jrawmu l-innovazzjoni, l-kompetittività u armonizzazjoni fi ħdan is-suq. Dan l-għan huwa partikolarment rilevanti għall-MCA li qed tiġi fdata responsabbiltajiet ġodda bħall-ħatra reċenti tagħha bħala Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għall-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) tal-UE, li se javvanza l-irwol tal-MCA fil-qasam tar- regolamentazzjoni diġitali. B'tiira tal- 20 sena mit-twaqqif tagħħa, l-MCA pproduċiet ukoll sett ta' bolol li ġew ippreżentati lill- Kap Eżekuttiv tal-MCA, Jesmond Buġeja, mill-Kap Eżekuttiv tal- MaltaPost Joseph Gafa. Aktar dettalji rigward dan se jkunu ppublikati fuq il-websajt tal-MCA għal dawk interessati li jakkwistaw folder numerat uniku u sett ta' dawn il-bolol postali. Opportunitajiet u Sfidi Preżenti Is-sessjoni ta' wara nofsinhar tal- konferenza dawret id-diskussjoni fuq kwistjonijiet kontemporanji relatati mas-servizzi diġitali, kif regolati mill-MCA. Ingħatat preżentazzjoni dwar il-viżjoni strateġika tal-MCA għas-suq lokali tal-kummerċ elettroniku fis-snin li ġejjin, fejn ġew indirizzati l-iktar punti u mistoqsijiet pertinenti, kif ġew identifikati permezz tar-riżultati ta' studji u stħarriġi differenti. Dan kien segwit minn diskussjoni fejn esperti fl-ambjenti tal-kummerċ elettroniku tkellmu dwar il- valur tas-servizzi diġitali għas-soċjetà, waqt li eżaminaw l-opportunitajiet u l-isfidi preżenti li qed niltaqgħħu magħhom f 'xenarji ta' kuljum. Kien hem rikonoxximent li kif ix-xewqat u tendenzi tal-konsumaturi qed jiżdiedu u jsiru aktar komplessi, jeħtieġ aktar u aktar it-tfassil ta' regolamenti ġodda. Min-naħa tal- MCA bħala regolatur, għandha tibqà tikkomunika mal-industrija u tappoġġja n-negozji fl-isforzi tagħhom lejn id-diġitazzazzjoni. L-aħħar diskussjoni tal- ġurnata kienet preċeduta minn preżentazzjoni dettaljata dwar l-aspetti tekniċi tal-iżvilupp ta' websajts biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-Aċċessibilità tal-Websajts, li qed tiġi implimentata u enforzata lokalment mill-MCA. Id-diskussjoni kienet magħmula minn kontributuri ġejjin minn stabbilimenti, korpi u entitajiet rilevanti. Id-diskuzzjoni, mmexxija minn Dr. Marica Gatt mis- San Miguel Primary Education Resource Centre, kienet iffukata fuq il-ħtiġijiet attwali ta' persuni b'diżabilità u indirizzat kif COVID-19 affettwat lil dawn in-nies speċjalment fil-qasam diġitali. Messaġġ ta' Konklużjoni Roberto Viola, Direttur Ġenerali ta' DG CONNECT tal-Kummissjoni Ewropea, ingħaqad mal-konferenza b'mod virtwali biex jgħaddi l-mesaġġ ta' konklużjoni għall- ġurnata. Huwa rringrazzja lill-MCA għall-ħidma tagħha u żied jgħid li l-MCA "għandha tkun kburija li f 'dawn l-aħħar snin, Malta imxiet il-quddiem għas-sitt post fl-Ewropa f 'rigward ta' diġitalizzazzjoni." Il-proċedimenti tal-ġurnata sħiħa ġew tradotti fil-lingwa tas-sinjali mill-Aġenzija Sapport, u l-filmat jinsab fuq il-paġna ta' YouTube tal- MCA. Id-Direttur tar-ROCS Group, Rachel Vella tirbaħ ħames awards fin-National Business Awards Id-Direttur ta' ROCS, Rachel Vella, ġiet iddikjarata r-rebbieħa tal-Malta Best Business Woman Awards 2021 wara li kklassifikat l-ewwel f 'ħames kategoriji. Rachel Vella rebħet il-kategoriji għall- aqwa mexxejja ta' negozju matul l-2021 (Best Business Leader), għall-iktar mara fin-negozju li hija ta' ispirazzjoni (Most Inspiring Business Woman), għall-aqwa Kap Eżekuttiv (Best CEO), u għall-aqwa mara fin- negozju għall-konsumatur (Best Woman in Consumer Business). Hija kienet premjata wkoll għall-karriera tagħha fin-negozju bl-award prestiġjuż 'e Lifetime Achievement Award'. L-awards, organizzati minn Dynamic Events Ltd b'kollaborazzjoni mal-Malta Business Review, tħabbru waqt ċerimonja ta' premjazzjoni gala li saret nhar il-Ġimgħa 26 ta' Novembru. L-organizzaturi fakkru fl-għadd kbir ta' kisbiet li s-Sinjura Vella rnexxielha tagħmel fis-settur. Huma ddeskrivewha bħala "mara tan-negozju ħabrieka immens" li bil-mod kif tbigħ u tmexxi jirnexxilha żżid il-valur u timmassimizza l-esperjenzi għall-klijenti tagħha. Dan irnexxielha tagħmlu minkejja t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li għaddiet minnha l-industrija tal-ivvjaġġar din is-sena bhala rizultant tal-COVID. Rachel Vella, intagħżlet ukoll bħala l-Mara tas-Sena 2021 mill-bord tal-ġurnalisti tal- Malta Business Review. Fil-votazzjoni is-Sinjura Vella giet fl-ewwel post u fit-tieni post gietDeborah Schembri ta' STM Malta Pension Services Limited. "Ninsab tassew kuntenta li ġejt ippremjata b'titli prestiġjużi bħal dawn. Aktar minn hekk, huwa unur kbir għalija li qed nirċievi dawn il-premjijiet waqt li nirrappreżenta l-Grupp ROCS. Inħares 'il quddiem li nkomplu l-vjaġġ tal-Grupp mit-tajjeb għall- aħjar, hekk kif bħalissa qed infasslu proġetti u espansjonijiet ġodda għas-sena 2022. Dan kollu kien possibbli biss grazzi għall-ħidma etika u għall-pedamenti sodi li bnejna. Dawn ippermettewlna nibnu waħda mill-aktar ditti magħrufa u b'saħħithom f 'Malta," qalet is- Sinjura Vella. Il-Best Business Woman Awards huwa l-iktar avveniment prestiġjuż għan-negozji f 'Malta. Il-kompetizzjoni għal dawn l-awards kienet waħda ferm missielta, b'ismijiet ewlenin tan-negozju jkunu nominati għalihom. Dawn jinkludu lill-Kap Eżekuttiv ta' Cassar Marine Group, Andrea Cassar, lid- Direttur Reġjonali ta' BetConstruct Malta, Kristina Hambardzuminyan, lis-sid ta' La Vela Restaurant, Michelle Muscat, u ħafna oħrajn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021