Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 Carmel Bonnici Tarżan: Is-sid tal-annimali kollha tal-ġunla (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet Is-suċċess ta' dawn l-M.G.M. films ispiraw lill-produtturi oħrajn biex jaħdmu l-proġetti tagħhom dwar Tarzan ħalli jdaħħlu l-profitti. Ħafna minnhom ma kinux ta' livell sod iżda kollha kellhom atturi ta' statura sabiħa bħal Buster Crabbe, li bħal Weissmuller kien rebbieħ ta' medalji fil-logħob Olimpiku, Herman Brix (li wara biddel ismu għal Bruce Bennett) u Glenn Morris. Il-films tal- M.G.M. tal-aħħar minn din is- serje bdew inaqqsu mill-impatt ta' qabel iżda sabu f 'Cheetah, ix- xadina fidila ta' Tarzan, is-serħan komiku. L-interess għall-familja wasal bl-introduzzjoni ta' Johnny Sheffield, bħala Boy, it-tifel ta' Tarzan u Jane. Meta l-M.G.M. tilfu l-interess, Johnny Weissmuller baqa' jinterpreta lil Tarzan mal- produttur Sol Lesser għand l-RKO Radio, mingħajr O'Sullivan u dak il-lostru vividu provdut mill- M.G.M. Wara, Lex Barker ħa din il-parti fuq spallejh fl-1949 ukoll għand l-RKO Radio u baqa' jaħdem sal-1955 bil-maġġoranza ta' dawn ix-xogħlijiet issa ta' rutina. Minn hawn 'il quddiem il- films ta' Tarzan saru bil-kulur, uħud bis-CinemaScope (xi ħaġa li kienet għadha friska u popolari), aktar elaborati u b'diversi atturi differenti jinterpretaw lil dan l-eroj tal-ġungla. Attur ieħor tassew attraenti b'figura ta' bodybuilder, Gordon Scott, aċċetta din il-parti ġo ħames produzzjonijiet u wara mar Ruma jaħdem fil-ġeneru tal- films "peplum" (tar-Rumani, eċċ.). L-M.G.M. fl-1959 reġgħu ħadmu Tarzan e Ape Man b'Denny Miller, waqt li Jock Mahoney li kien "stuntman" deher f 'żewġ proġetti. Kien imiss issa lil Mike Henry biex għal tliet darbiet jaħdem il-parti tal-eroj tal-ġungla. Kien hemm ukoll Ron Ely b'sensiela ta' films Messikani, propjament għat-TV. Fl-1982 Tarzan e Ape Man għal darb'oħra reġa' nħadem b'Miles O'Keeffe fil-parti prinċipali, iżda hawn l-attrazzjoni ewlenija u għajnejn kulħadd marru fuq is-sbejħa Bo Derek aktar imneżża' milli le'. Il-kurżità kbira waslet fl-1984, b'film fidil lejn il-kotba tal-awtur. Greytstoke: e Legend Of Tarzan Lord Of e Apes urina lil dan il-bniedem (issa nterpretat minn Christopher Lambert) jiċċaqlaq mill-intern tal-bosk, imur lejn l-Ingliterra u ċ-ċivilizzazzjoni, jingħata lilu t-titlu ta' Lord minn nannuh, iżda x-xewqa tiegħu kienet li dejjem jerġa' lura lejn l-ambjent selvaġġ u l-annimali li tassew iħobb. Films oħra li fihom ħadmu Joe Lara u Casper Van Diem it ferm qanqlu interess. It-tekniċi tal-kumpanija Disney fl-aħħar raw il-possibilittà li l-avventuri ta' dan il-ħlejjaq tal- ġungla jistgħu jferrħu lill-familji ġo film animat, bl-isem sempliċi ta' Tarzan (1999). Dan kien attentat ta' suċċess. L-aħħar attentat elaborat dwar dan l-eroj hu e Legend Of Tarzan (2016) fejn ir-raġel tal- ġungla dera jgħix f 'Londra bħala Lord iżda jkun imsejjaħ lura fl- Afrika biex jinvestiga xi sfruttar f 'minjiera tad-deheb. Minn dawn l-atturi kollha li interpretaw lil dan ir-raġel tal- ġungla, l-aktar wieħed li baqa' abbinat u famuż għal dan l-irwol kien, bla dubju ta' xejn, Johnny Weissmuller speċjalment għal dawk is-sitt produzzjonijiet lil ħadem għal M.G.M. Xi informazzjoni qasira fuq dawn, hi din: Tarzan the Ape Man (1932). It-tifla ta' kaċċatur Ingliż tinqabad minn Tarzan u ssir tippreferi l-ħbiberija tiegħu minn dawk tal-aristokratiku, b'imnieħer imxammar, maħbub tagħha. Maureen O'Sullivan fil-parti ta' Jane. Tarzan And His Mate (1934). Il-maħbub imwarrab ta' Jane jirritorna lejn il-ġungla ma' kaċċatur li jrid jisraq il-qrun tal- avorju tal-iljunfanti u jippruvaw jipperswadu lil Tarzan jeħodhom fiċ-ċimiterju ta' dawn l-annimali. Tarzan u Jane għandhom xalata jitbandlu minn siġra għall-oħra. Tarzan Escapes (1936). Aktarx l-aktar wieħed vjolenti għal żmienu, dirett b'enerġija kbira f 'dan il-film divertenti nsibu lil Tarzan maqbud minn kaċċatur li jrid jieħdu l-Ingliterra għall- esebizzjoni. Tarzan Finds A Son! (1939). Iż-żewġ maħbubin tal-ġungla jsibu tifel li l-ġenituri tiegħu mietu fi kraxx ta' ajruplan u jiġġieldu mal- qraba tiegħu li jridu jaddottawh. Johnny Sheffield introdott bħala Boy. Tarzan's Sercret Treasure (1941). Xogħol pjutost drammatiku dwar irġiel rgħiba li jfittxu d-deheb u b'mod malinn jipperswadu lil Tarzan biex jgħinhom. Id-dar ta' fuq is-siġra ta' Tarzan, Jane u Boy issa saret elaborata. Tarzan's New York Adventure (1942). Meta xi sidien ta' ċirklu jisirqu lil Boy, mill-ġungla Tarzan ilesti ruħu għall-azzjoni fuq il- baħar u jsib ħin biex jitbandal mal-Pont ta' Brooklyn biex iġibu lura. Wara, Johnny Weissmuller kompla jinterpreta lil dan l-eroj mal-produttur Sol Lesser għand il- kumpanija RKO Radio. ll-karattru mmuskulat ta' dan l-eroj żgur li se jibqa' jiffaxxina lill-ġenerazzjonijiet futuri ta' tfal, familji u anki adulti. TMIEM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021