Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 X'inhuma l-aktar affarijiet li qed jinkwetawk f'Għawdex? SONDAĠĠ Bini bla rażan Toroq Xogħol Vjaġġar bejn Malta u Għawdex Immigranti Għoli tal-ħajja Storbju Oħrajn Ma nafx 35.5% 16.8% 5.1% 4.3% 3.4% 3% 1.6% 1.4% 28.9% 35.5% tal-Għawdxin inkwetati bil-bini u l-kostruzzjoni f'Għawdex u 16.8% bit-toroq ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dan l-aħħar smajna ħafna diskors dwar kostruzzjoni b'ħafna nies jesprimu tħassib serju dwar ir-rata li biha għaddejja l-kostruzzjoni f 'Malta, pero' anke f 'Għawdex. Dan l-inkwiet popolari issa jista' jiġi kkonfermat minn sondaġġ li sar minn Polar għall-gazzetta ILLUM, ġimgħa wara li żvelajna min huma l-aktar kandidati popolari f 'Għawdex. Is-600 parteċipant Għawdxi u Għawdxija ta' dan is-sondaġġ kienu mistoqsijin x'inhu l-akbar inkwiet tagħhom b'maġġoranza relattiva u ċara jagħżlu l-"bini bla rażan" bħala l-problema numru wieħed tal-gżira oħt. Fil-fatt kienu b'kollox 35.5% ta' dawk li pparteċipaw li semmew din il-problema - bl-akbar inkwiet ikun fost dawk bejn is- 60 u d-69 sena, fejn kważi nofs, jew 47.5% semmew il-kostruzzjoni. Jekk taqsam dan l-inkwiet partikolari skont lil min ivvutaw il-parteċipanti ssib li dawk kollha li vvutaw lill-Alternattiva Demokartika fl-2017 iħossu li din hija l-akbar problema f 'Għawdex. Fost dawk li vvutaw PN fl-2017 - forsi wkoll għax din tirrifletti l-kritika ta-Oppożizzjoni bħalissa - 40.7% iħossu li din hija l-akbar problema. Minkejja dan, anke fost dawk l-Għawdxin li vvutaw Labour fl-2017, l-inkwiet dwar il-bini u l-kostruzzjoni mhuwiex żgħir, b'26.8% - aktar minn wieħed, minn kull erbgħa - isemmu din ir-realtà bħala l-akbar inwkiet tagħhom għal Għawdex. Fost dawk li bħalissa qed jgħidu li ma jivvotawx il-persentaġġ ta' parteċipanti li semmew il-kostruzzjoni u l-bini kien għoli wkoll (49.8%). Huwa ċar ukoll minn dan is-sondaġġ li aktar kemm persuna għandha livell ta' edukazzjoni, akbar huwa l-inkwiet dwar il-bini u kostruzzjoni f 'Għawdex - anke jekk din tibqa' l-akbar problema f 'għajnejn kwalunkwe parteċipant - kemm jekk b'livell edukattiv primarju u anke jekk terzjarju. Fil-fatt kienu 32% ta' dawk b'livell primarju li semmew din bħala l-akbar inwkiet u tħassib tagħhom, persentaġġ li imbagħad jitla' għal 44.2% u 41% fost dawk b'livelli post-sekondarju jew terzjarju, rispettivament. It-tieni problema msemmija kienu t-toroq b'16.8%. Il-persentaġġi dwar din il-problema jvarjaw - għalkemm kienet espressa l-aktar fost dawk bejn is-70 u 79 sena (39.1%). Iż-żgħażagħ l-aktar li jesprimu tħassib dwar il-konnettività, pero' l-aktar indeċiżi! Interssanti kif l-ivvjaġġar bejn il-gżejjer - kwistjoni li tiġi diskussa tant minħabba l-prospett ta' mina bejn il-gżejjer - fil- fatt ma kinitx waħda mill-akbar inwkiet tal-Għawdxin, anke jekk dan l-inkwiet jinbidel xi it jew wisq mat-temp u l-qawwa tal-baħar. Fi ġranet mirjieħa u ta' maltemp probabbilment is-sentiment ta' inwkiet dwar il-konnettività jaf jiżdied xi it. Fil-fatt kienu 4.2% li semmew din il- problema. Interessanti illi minkejja li l-persentaġġ mhu għoli fl-ebda kategorija - la età, la politika u lanqas livell edukattiv - l-aktar li esprimew l-ivvjaġġar bejn il-gżejjer bħala l-akbar problema ta' Għawdex kienu dawk bejn is-16 u l-20 sena (14.6%). Din mhux sorpriża sa barra hekk kif bosta studenti jaqsmu l-fliegu għall-iskola jew l-Università. B'5.1% issemma x-xogħol bħala l-akbar problema, filwaqt li 3.4% semmew l-immigrazzjoni - li forsi turi illi għalkemm inwkiet hemm minħabba li fl-aħħar snin kibret sew il-popolazzjoni ta' barranin f 'Għawdex (speċjalment f 'Marsalforn), dan huwa 'l bogħod milli jkun l-akbar inwkiet fit-13-il distrett. Dan is-sondaġġ xjentifiku jrid jittieħed ukoll fil-kuntest li 28.9% qalu illi ma jafux x'inhuma l-akbar sfidi li qed tiffaċċja Għawdex bl-akbar indeċiżjoni tkun fost dawk bejn is-16 u l-20 sena (40.6% ma jafux x'inhi l-akbar sfida għal Għawdex). 33.7% tal-votanti Laburisti fl-2017 wieġbu l-istess, filwaqt li anke 24.8% tal-votanti tal- PN fl-2017 qalu li ma jafux x'inhi l-akbar sfida f 'Għawdex. Metodoloġija: Dan is-sondaġġ sar bejn nhar il-ħamos 4 ta' Novembru u l-Ġimgħa 12 ta' Novembru 2021 u pparteċipaw fih 622 persuna. Il-persuni kienu magħżulin b'mod li dan il-kampjun jirrapreżental- etajiet u ġeneri differenti. In-numri wżati kienu kemm tal-linja fissa u anke fuq numri tal-mowbajls.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021