Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 is-sidien jgħidu li ftit ... min għandu raġun? Xi żvelat il-gazzetta ILLUM sa issa? joħroġ il-flus imma dik deċiżjoni politika legali. Tajjeb infakkru li l-Ministru Refalo spjega lill-gazzetta ILLUM li ma jistax jingħata sussidju f 'dan il- każ, bħal fil-każ tal-kirjiet l-antiki, minħabba li l-Unjoni Ewropea ma tippermettix għajnuna forma ta' 'State Aid' sakemm mhux approvat min-naħa tagħha. Saħaq imma li xorta wieħed għandu jara jekk dak il-kumpens jkunx biżejjed, għax bħal mhu se jiġri bil-kirjiet l-antiki, "se jkollna nerġgħu nmorru fit-territorju legali." Il-gazzetta ILLUM spjegat l-argument ta' Malcolm Borg fejn valur tal-art f 'dan il-każ jkun valur agrikolu. It-tweġiba ta' Musumeci kienet; "Il-valur la jagħtih Malcolm u lanqas jiena. Il-valur jagħtih is- suq." Dan ifisser li jekk fis-suq hemm nies li lesti jixtru l-art agrikola għal €100,000 jew €200,000 it- tomna mela dak hu l-valur tal-art. Hu żied jgħid li, "mhux x'jgħid Malcolm, mhux x'ngħid jien jew x'tgħid il-gazzetta, la s-suq jiddetta l-valur, l-bilanċ jiġi maħdum skont x'jidetta s-suq." Imfakkar mill-gazzetta li d-dritt tal-bidwi li jkompli jaħdem l-art sabiex mhux biss jgħajjex lil familtu iżda wkoll jipprovdi prodott Malti, Musumeci wieġeb li dik ukoll deċiżjoni politika. "Jekk il-politika trid tiddefendi lill-bidwi, mela ħalliha. Jekk il-politiku, bħal ma għażel li jipproteġi l-vulnerabbli fil-każ tal- kera', jaqbeż għal bidwi, ħallih, biss is-sid irid jieħu kumpens." Il-ġimgħa l-oħra l-gazzetta ILLUM żvelat illi bħalissa l-Gvern qed jaħdem fuq il-liġi ġdida tal- qbiela, hekk kif bdiewa qed jispiċċaw jitkeċċew mill-art agrikola li jaħdmu mis-sidien tal-art, li ħafna drabi jkunu jridu ħlasijiet ħafna ogħla. Fil-fatt il-Ministru Anton Refalo kkonferma dan mal-ILLUM filwaqt li żied jgħid li l-liġi, din id-darba, se tkun qed tirrispetta l-Kostituzzjoni ta' Malta. Jgħid ukoll li din hi kwistjoni li ħadd ma ried illi jsolvi u li ilha ġejja snin twal iżda "se jkun dan il-Gvern li jsolviha." Minn sena ilu bdejna nisimgħu bil-kontroversja tal-qbiela. Iktar kemm beda' joqrob il-baġit, u imbagħad l-elezzjoni, iktar bdejna nisimgħu bil- qbiela. L-ewwel iċaqlaq partit u imbagħad tħarrek l-ieħor. Minn Novembru tas-sena l-oħra 'l hawn rajna fil-Qorti ta' Malta 60 każ separat kontra l-bdiewa Maltin li jekk jinqatgħu kontrihom se jitkeċċew minn l-art agrikola li qegħdin jaħdmu fiha. Bħalissa f 'Malta diġà teżisti liġi rigward il- qbiela, li tpoġġi l-interessi tal-biedwi fuq quddiem imma li sidien tal-artijiet issa qed jisfidaw, b'każ wieħed ta' suċċess (Aqra iktar 'il quddiem fl- artiklu). Minkejja din il-liġi, il-bdiewa bdew isibu ruħhom barra mill-art agrikola li jaħdmu. Il-Ministru Refalo spjega lill-gazzetta ILLUM li ma jistax jingħata sussidju f 'dan il-każ, bħal fil-każ tal-kirjiet l-antiki, minħabba li l-Unjoni Ewropea ma tippermettix għajnuna forma ta' 'State Aid' sakemm mhux approvat min-naħa tagħha. Kien għalhekk li bħala alternattiva, Refalo beda' jaħdem fuq liġi simili għal dik ta' Franza.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021