Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum 'Dejjem jgħidulna li għadu kmieni il-festi ... din ma nistgħu qatt naċċettawha' YENDRICK CIOFFI Ħafna attivitajiet qed isiru. L-istabbilimenti tad-divertiment qed ikunu mifqugħa bin-nies. Triq ir-Repubblika l-Belt qed tkun ippakkjata bin-nies li jidħlu jgawdu l-atmosfera tal-Milied. Jekk ma tibbukjax minn qabel, ma ssibx ristorant fejn tiekol. Sinjali pożittivi li l-ħajja qed tirritorna it it lejn in-normalità għax anke jekk il-każi qed jiżdiedu, is-sitwazzjoni fl-isptar, bis- saħħa tat-tilqim, hija waħda stabbli. Madanakollu, il-festi baqgħu l-art. Mhu jsir xejn, ħlief għall-funzjonijiet fil-Knisja u anke dawn bir-restrizzjonijiet. Dwar dan kollu, il- gazzetta ILLUM tkellmet ma' Noel Camilleri, il-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. L-ILLUM bdiet tistaqsih jekk jagħmilx sens li wieħed jitkellem fuq il-festi issa, fi żmien meta l-każi qed jiżdiedu u anke meta qed tikber l-inċertezza minħabba l-varjant Omicron li qiegħed jinxtered madwar l-Ewropa u l-bqija tad-Dinja. Camilleri saħaq li dejjem hu żmien li titkellem fuq il-festi għax dawn huma parti importanti mill-identità, il-kultura u l-ħajja tagħna l-Maltin. Insista li bejn li wieħed jitkellem u jiddiskuti u bejn li jsiru l-festi, hemm differenza. "Aħna qatt ma għidna li rridu li l-festi jsiru kif kienu jsiru qabel il-pandemija. Aħna dejjem tlabna biex inpoġġu bilqiegħda u naraw kif jistgħu jsiru l-festi bil-ħarsien ta' saħħet iċ-ċittadin," insista Camilleri. Kompla jisħaq li l-Għaqda tieħu gost tara l-Belt imballata bin-nies, anke għax fi kliemu dan ifisser li l-kummerċ qed jiżdied u li l-ħajja qed tirritorna għan-normalità. "Imma x'differenza hemm bejn l-eluf tan- nies li qed imorru l-Belt u n-nies li jmorru festa. Il-Belt ma naħsibx li qed ikun hemm entraturi ristretti jew kontroll fuq iċ-ċertifikat tal-vaċċin," saħaq. Kompla jisħaq li l-festi mhumiex biss patrimonju nazzjonali imma huma wkoll ċelebrazzjoni ta' komunità. "Aħna mhux qed ngħidu ejja naqbdu u nagħmlu l-festi. Aħna qed ngħidu ejja niddiskutu kif nistgħu norganizzaw il-festi. Dan kien l-appell kontinwu tagħna fl-aħħar xhur. Li npoġġu mas-Supretendent tas- Saħħa Pubblika u niddiskutu kif jistgħu jiġu organizzati l-festi," kompla jinsisti. 'Aħna mhux nippretendu li jsiru l-marċi ta' filgħodu...' Iżda l-ILLUM tistaqsih jekk jagħmilx sens il-paragun mal-Belt, meta fil-Belt in-nies qed jimxu u jixtru, mentri f 'festa qegħdin flimkien, jiċċelebraw, jaqbżu u jkantaw. Tenna li hu għamel eżempju bil-Belt għax qed jieħu gost jara l-kummerċ dejjem jiżdied u l-Kapitali terġa' tieħu l-ħajja. "Ninsisti. Aħna dejjem għamilna enfasi, aktar u aktar issa li qed jiżdiedu l-każi, li mhux qed ngħidu li għandhom isiru l-marċi ta' filgħodu. Aħna qed nappellaw biex ikun hemm festi ristretti biex gradwalment nerġgħu nibdew niċċelebraw il-festi kif nafuhom," insista Camilleri. Fakkar li anke fejn tidħol il-festa tal- Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda u l-Work Group li twaqqaf fi ħdanha, qatt ma kienu qed jippretendu li ssir il-festa bħas- soltu, iżda ppreżentaw pjan kif il-festa tista' tiġi organizzata b'mod ridott. 'Ċertu impożizzjonijiet qed ikompli jżidu l-ispejjeż...' Iżda l-ILLUM tistaqsih xi jfissru meta jgħidu li l-festi għandhom jibdew isiru b'mod gradwali. Fis-sajf kien hemm festi li organizzaw attivitajiet fuq barra skont il- protokolli u l-festi interni wkoll qed isiru. X'jixtiequ aktar? Il-President tal-Għaqda insista li huma jridu li ċertu impożizzjonijiet u restrizzjonijiet jitneħħew. Staqsa pereżempju kif setgħu jsiru l-purċissjonijiet tal-Bambin meta l-organizzaturi ntalbu jagħmlu l-barrikati tul il-purċissjoni kollha biex ħadd ma jieqaf u joqgħod jaraha għaddejja. "Kienet restrizzjoni li ma tagħmilx sens. Anzi tneħħiet. Irridu nżommu f 'moħħna wkoll li meta qed nitkellmu fuq il-festi qed nitkellmu fuq aspett volontarju. Ma hemmx qligħ bħalma hemm f 'attivitajiet il-kbar. Qed tinħoloq bruda kbira fost il-voluntiera," insista Camilleri. Irrikonoxxa li kien hemm festi li organizzaw kunċerti u anke 'marċijiet' skont il-protokolli, imma fakkar li dawn riedu jimplimentaw għadd ta' miżuri, inkluż li jtellgħu l-barrikati. Fakkar li kull miżura tiswa l-flus u dan fi żmien meta d-dħul għall-każini u l-għaqdiet li jorganizzaw il-festi, naqas drastikament. "Dan kollu qed ifisser aktar spejjeż fuq l-għaqdiet li jaħdmu fuq bażi volontarja u mhux għall-qligħ. Dan kollu qed joħnoq dan l-aspett li tant huwa essenzjali," insista Camilleri. 'Iż-żgħażagħ qed jitilfu s-sens ta' appartenenza' Komplejna nitkellmu fuq in-nuqqas ta' voluntiera li ħafna għaqdiet tal-festi u każini qed jesperjenzaw imma anke fuq in-nuqqas ta' fondi li kollha kemm huma ntlaqtu minnu. Hemm każini jew għaqdiet f 'xifer l-irdum? Camilleri saħaq li hemm ħafna diffikultajiet iżda faħħar l-impenn ta' ħafna każini u għaqdiet li xorta waħda raw kif se jorganizzaw attivitajiet, mingħajr ma jiġbru lin-nies flimkien u li iżda xorta waħda ħallewlhom dħul, anke jekk ma għandux x'jaqsam xejn mad-dħul li kienu jiġġeneraw minn attivitajiet kbar. Iżda l-akbar tħassib għal Camilleri huwa l-fatt li minħabba li kien hemm żewġ staġuni bla festi, iż-żgħażagħ qed jitilfu dak is-sens ta' appartenenza. "Dan huwa element importanti li rridu nżommuh bħala prijorità. Jekk mhux se naħdmu flimkien, anke mal-awtoritajiet, biex liż-żgħażagħ nerġgħu nagħtuhom sens ta' appartenenza, nuruhom l-importanza tal-festi u anke ndewquhom l-imħabba tal- komunità, se nkunu qed nitilfu element importanti," insista. 'Hemm każin li qed jikkunsidra li jagħlaq darba għal dejjem' Lura għall-fondi, Camilleri saħaq li jekk tasal sena oħra u l-festi jerġgħu jibqgħu fuq l-ixkaffa, se jkun hemm każini li se jsibu diffikultà kbira. "Diġà rċevejna ittra minn soċjetà mużikali partikolari li qed tikkunsidra li tagħlaq il- bibien tagħha darba għal dejjem," saħaq Camilleri waqt li fakkar li jekk id-dħul naqas, l-ispejjeż baqgħu hemm, inkluż għal dawk il-każini li jridu jħallsu l-kera għax mhumiex sidien tal-proprjetà li huma jużaw bħala sede. Kien hawn li faħħar l-iskema li kien ħabbar il-Gvern biex jixtri mingħand is-sidien dawn il-proprejatajiet u jikrihom hu, b'kera sussidjata, lis-soċjetajiet mużikali. "Nittamaw li din l-iskema tidħol fis-seħħ mill-aktar fis għax hemm soċjetajiet oħra li għandhom sentenzi tal-appell maqtugħa kontra tagħhom. Dan ifisser li l-pass li jmiss għas-sidien huwa li jippreżentaw kawża quddiem il-Bord tal-Kera biex dawn il-każini jiġu żgumbrati," saħaq Camilleri. Insista li jekk ikun hemm soċjetajiet li mhux se jsibu biżżejjed fondi biex ilaħħqu mal-kera u spejjeż oħra, se jsibu ruħhom darhom mal- ħajt u mhux se jkollhom triq oħra ħlief li jiġu żgumbrati. "Jekk tagħlaq soċjetà mużikali, kbira jew Il-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal- Banda, Noel Camilleri, jisħaq li jekk f'Jannar il-bibien għall-festi jibqgħu magħluqa, il-pass li jmiss se jkun wieħed konkret, serju u organizzat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021