Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 Ritratt: James Bianchi kmieni wisq għal diskussjoni fuq naċċettawha' żgħira, inkunu tlifna biċċa mill-identità tagħna, mhux biss tal-komunità fejn kienet topera, imma tal-kultura popolari ta' pajjiżna," insista. 'Qed ikaxkru sieqhom imma mhux ngħidu li jridu jaqtgħu l-festi' Wieħed mill-argumenti li qed jagħmlu wħud mid-dilettanti tal-festi, b'mod partikolari fuq Facebook huwa li l-awtoritajiet qed jużaw il-pandemija bħala skuża biex jaqtgħu l-festi u dawn iċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi. L-ILLUM tistaqsi lil Camilleri jekk jaqbilx ma stqarrijiet bħal dawn. Insista li l-Għaqda Nazzjonali Każini tal- Banda qatt ma għamlet dan l-argument u tenna li saħħet iċ-ċittadin trid tibqa' dejjem tingħata prijorità. "Ma naħsibx li dawn l-argumenti huma b'saħħithom. Huwa minnu li qed ikun hemm tkaxkir tas-saqajn fejn tidħol id-diskussjoni dwar il-festi u jiddispjaċina, imma ma nistgħux ngħidu li l-awtoritajiet ċivili jridu li jaqtgħu l-festi," kompla jinsisti. Madanakollu, wera d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li ċertu attivitajiet marbuta mal-festi mhux qed ikunu aċċettati u fl-istess ħin qed jiġu aċċettati attivitajiet oħra li huma simili. 'Marċ Venezjan għal Santa Ċeċilja bla permess imma banda tal-Milied ma jimpurtax' Semma, pereżempju, kif fl-20 ta' Novembru ntalab permess biex isir marċ venezjan, jiġifieri marċ pulit mingħajr briju, tul Triq it-Repubblika. Dan il-marċ isir kull sena, fl- okkażjoni tal-festa ta' Santa Ċeċilja, patruna tal-mużiċisti. "Dan il-permess fil-Belt Valletta ma nħariġx. Il-marċ ma setax isir. Imbagħad ħmistax wara jkun hemm formazzjoni ta' mużiċisti, liebsa b'kostumi tal-Milied, jagħmlu marċ fil-Belt Valletta. Ħaġa tajba, imma għaliex din saret u tagħna le?", staqsa Camilleri. "Naħseb is- Supretendent tas-Saħħa Pubblika għandha twieġeb għal din il-mistoqsija." 'Dejjem tgħidilna għadu kmieni għad- diskussjonijiet' Anke mal-gazzetta ILLUM, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, kemm-il darba ilmentat li meta tiġi biex tiddiskuti l-festi qed issib biss bibien magħluqa. Imma minn min? Mill-Knisja? Mill-Gvern? Mill-awtoritajiet tas-saħħa? Jew kulħadd? Camilleri saħaq li r-relazzjoni tal-Għaqda mal-awtoritajiet ekkleżjastiċi hija waħda tajba. FI kliemu għandhom kuntatt regolari mal-Arċisqof u anke mad-delegati tiegħu u bħalissa qed jaħdmu biex jiltaqgħu b'mod aktar regolari u organizzat. "Dan se nagħmluh biex l-element importanti u sabiħ tal-festi tagħna jiġi msaħħaħ," qal Camilleri waqt li fakkar li l-Għaqda Każini tal-Banda, flimkien mad- Direttorat għall-Kultura u l-Ministru Josè Herrera, ressqu l-applikazzjoni biex il-Festa Maltija tkun iddikjarata wirt intanġibbli tal- UNESCO. Rigward is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika, Camilleri saħaq kif minkejja li kien hemm ħafna skambji ta' imejls, ir- risposta dejjem kienet "għadu kmieni għad- diskussjonijiet." "Din li ngħidu għadu kmieni ma niimiex. Diskussjoni qatt ma hi kmieni, aħseb u ara fuq festa li tirrikjedi sena ta' preparazzjoni anke jekk issir b'mod ridott," insista. Kien hawn li saħaq li jdejqu ħafna l-fatt li għall-festi t-tweġiba dejjem qed tkun li għadu kmieni wisq, anke għal sempliċi diskussjoni, meta mbagħad kwalunkwe attività oħra qed issir. "Kollox qed isir. Semmi li trid. Huwa tajjeb għax dan ifisser li s-soċjetà miexja 'l quddiem u l-ekonomija qed tirkupra. L-ekonomija u s-saħħa dejjem jimxu id f 'id. Imma li teskludi kompletament diskussjoni fuq il- festi mhuwiex sew u mhux jagħmel ġid lill- eluf ta' voluntiera u Maltin li għandhom għal qalbhom il-festi," insista Camilleri. 'Għal San Pawl u l-Ġimgħa l-Kbira għad m'hemm xejn' Inutli nħarsu lura. Dak li għadda għadda. Issa jmiss il-festa ta' San Pawl, San Ġużepp u l-Ġimgħa Mqaddsa. Dwar dawn iċ- ċelebrazzjonijiet hemm żviluppi? X'se jsir? "Xejn. Ma hemm xejn. Għalhekk ninkwetaw. Diġà qegħdin tard wisq. Inkwetanti għax ifisser li mhux qed nagħtu importanza biżżejjed lill-element volontarju li hemm bżonn biex torganizza mhux biss festa, imma b'mod partikolari l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira," saħaq Camilleri. 'Hemm elementi fil-festi li hemm bżonn jinżabbru' Camilleri kemm-il darba qal li hemm bżonn jinqatgħu jew jonqsu esaġerazzjonijiet fil-festi. L-ILLUM tistaqsih jekk jaħsibx li mill-pandemija jistax almenu toħroġ xi ħaġa pożittiva u l-festi jissaffew. X'inhuma dawn l-esaġerazzjonjiet? Saħaq li l-esaġerazzjoni, f 'kull ħaġa qatt ma għamlet ġid. Insista li ċertu tbaħrit fil-festi la jagħmel ġid lill-individwu u lanqas lill- komunità u wisq inqas turi imħabba, qima u ġieħ lill-patrun jew il-patruna. "Hemm diversi elementi li hemm bżonn jinżabbru. Il-festi kibbru ħafna u hija xi ħaġa sabiħa imma naħseb li hemm elementi li kibru żżejjed u hemm bżonn li ċertu elementi, li ma jagħmlux ġieħ lill-festi, jiġu kkontrollati. Irid jinħoloq bilanċ bejn l-element kummerċjali, l-elementi reliġjuż li jibqa' l-qofol tal-festa u ċ-ċelebrazzjoni esterna," insista. 'Pass konkret f'Jannar jekk jibqa' ma jsir xejn' L-ILLUM tistaqsi x'se tkun qed tagħmel l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda jekk tasal sena oħra u l-bibien għall-festi jibqgħu magħluqa. Mhux qed ikunu wisq passivi? Fakkar li l-Għaqda Każini tal-Banda kienet waqqfet Working Group li huwa ffurmat mhux biss minn rappreżentanti ta' każini tal- banda imma anke ta' kumitati u għaqdiet tal- festi. Camilleri assigura lil kulħadd li l-Għaqda l-Working Group qed jaħdmu ħafna minn wara l-kwinti. Insista però li għalissa ma jridux jagħmlu azzjonijiet li bihom itellfu minn dan iż-żmien tal-Milied. "Nassigura lil kulħadd li qed naħdmu biex f 'Jannar, jekk l-affarijiet ma jimxux, ikun hemm il-pass li jmiss. Pass serju u organizzat mingħajr ħafna għaġla għax l-għaġla tagħmel aktar ħsara milli ġid. Se jkun pass konkret," insista. 'Nappella lill-bandisti biex juru sostenn lill-baned li għallmuhom' Camilleri rringrazzja u faħħar l-impenn tal-voluntiera li jaħdmu fil-każini tal-banda u anke fl-għaqdiet tal-festi anke fi żmien ta' inċertezza kbira u ta' swied il-qalb għalihom. "Huwa mertu tagħhom li ħafna affarijiet baqgħu ħajja. Kieku kien għal ħaddieħor anke dan kien jieqaf imma dawn il-voluntiera baqgħu jaħdmu," insista. Irringrazzja wkoll lill-familji u l-qraba ta' dawn il-voluntiera li jagħmlu ħafna sagrifiċċji. "L-appell tiegħi huwa li nibqgħu magħquda. Anke fi ħdan il-Working Group hemm element komuni u kulħadd jaħdem flimkien b'responsabbilità u b'mod matur. Jekk se jinħarġu direttivi, dawn se jinħarġu mill-Għaqda u mill-Working Group bil-għan li nsalvaw dan il-patrimonju nazzjonali," insista. Appella wkoll lill-bandisti biex iżommu ruħhom impenjati u jinvolvu ruħhom aktar fil-każini li minnhom huma ħarġu. "Il-bandisti huma element fundamentali tal-eżistenza ta' każin tal-banda. Mingħajr bandisti, każin tal-banda jista' jissejjaħ kwalunkwe każin ieħor. Nappellaw lill- bandisti biex f 'dan il-mument diffiċli juru apprezzament u juru sostenn lill-każin li għallimhom. Jekk ninsew minn fejn bdejna, inkunu qed nitilfu parti kbira mill-identità tagħna," saħaq. Ħeġġiġhom ukoll biex jibqgħu hemm u jżommu ruħhom impenjati bil-għan li mis- sena d-dieħla l-festi jerġgħu jibdew isiru, anke jekk b'mod differenti. Temm jappella lill-awtoritajiet tas-saħħa li huma dejjem disponibbli biex jiddiskutu. "Aħna qed nistennew mingħandkom biex tgħidulna npoġġu bilqiegħda u niddiskutu," temm jisħaq Camilleri.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021