Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 editorjal illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L i kieku Daniel Bogdanovich kien l-aktar persuna kwalifikata fil-pajjiż jew fil-Ministeru ta' Għawdex, forsi dan l-editorjal kien jiem il-ħtieġa li kuntratt ta' €15,000 jingħata lilu, hu ta' min huwa s-sieħeb. Anke jekk xorta kienet tqajjem it mistoqsijiet il-biċċa xogħol, jekk huwa kompetenti, mela huwa kompetenti. Mela allura kien ikun ħaqqu dak il-kuntratt, ibbażat fuq il-mertu. Li ma kienx kwalifikat biex jagħmel dan ix-xogħol, diġà minnu nnifsu huwa każ gravi ta' nepotiżmu. Li Ministru tqabbad lil xi ħadd li taf mill-qrib, biex jieħu ħsieb bidla li hu mhux kapaċi jġib meta hawn tant u tant nies kwalifikati huwa insult tal-prima klassi! Mhux biss insult għal dawk li huma kwalifikati, imma insult għall-istudenti u s-sistema edukattiva li se toqgħod fuq rapport jew linji gwida ta' xi ħadd li mhuwiex kwalifikat! Imma l-borża melħ fuq il-ferita lanqas hija dik! Imma huwa l-fatt li tant il- Ministru kienet taf li l-persuna li qabbdet ma kinitx kwalifikata, tant kienet taf li mhux kapaċi jagħmel dak li qed jitħallas għalih mit-taxxi tal-poplu, li tqabbad konsulent fil-ministeru biex jikteb ir- rapporti u jippreżentahom għat-taparsi kitibhom Bogdanovich! Mela mhux talli tqabbdet persuna mhux kwalifikata, talli magħha qabbadna persuna biex tagħmel ix-xogħol hi, ħalli min mhux ikkwalifikat jieħu €15,000. Taf kemm huma €15,000? Iktar minn paga minima f 'sena! Taf kemm huma? Iktar minn sena pensjoni! Dawk ħa dan il-bniedem li seta' faċilment ingħata impjieg li fih kapaċi u kwalifikat fis-settur stess! Imma ridna nilħqu s-sema'...reaching for the stars! Allura ħa €15,000 ta' xejn! Dan huwa wkoll ġudizzju mill-aktar akk tal-Ministru Justyne Caruana. Possibbli m'għaddilhiex minn moħħha li din il- biċċa xogħol kienet se ġġibha fl-inkwiet? Possibbli m'għaddilhiex minn moħħha li jekk toħroġ din il-biċċa xogħol - kif ġara - kienet ser issofri ħsara politika kbira? Possibbli ma setgħetx tinduna illi mhux korrett, mhux etika u mhux diċenti li tagħti kuntratt lil xi ħadd, jitħallas u x-xogħol jagħmlu ħaddieħor? Meta taf - għax għaddiet diġà mill-esperjenza - li hawn tant skrutinju, ma setgħetx tobsor x'se jiġri jekk tiffirma dan il-kuntratt? Huwa ċar li jew dan huwa każ ta' bluha politika u nuqqas ta' ġudizzju jew inkella każ ta' Ministru li ma tafx x'inhu sew u x'mhux u li għaliha l-etika tajba għaż-żibel! Ħafna Laburisti wrewha x'jaħsbu fuq il- midja soċjali. Jekk Mary, omas, Ċikku u Jane kapaċi jaraw x'inhu sew u x'mhux, Ministru mhijiex? Dawn x'politiċi huma? Fejn hija d-diċenza? U ngħalqu bil-Prim Ministru. Prim Ministru jiddeċiedi - kif hu wara kollox iddeċieda fuq ħafna materji oħrajn. Mhux post Prim Ministru li joqgħod jistenna Ministru tiddeċiedi hi. Il-Ministru qed tiġi investigata - li juri li l-Pulizija xogħolha qed tagħmlu, forsi b'differenza minn it żmien ilu. La l-Pulizija qed tagħmel xogħolha, allura l-PM għandu jagħmel xogħolu wkoll! Dan wara kollox fuq settur daqstant importanti qed nitkellmu, l-edukazzjoni tal-ulied! Elezzjoni jew le, qatt mhu tard biex Robert Abela jibgħat messaġġ li 'he means business'. Għandu joqgħod attent li fil- furja tas-surveys ma jinsix jiakar kemm l-edukazzjoni hija kwistjoni li tista' ttelfu ħafna u ħafna iktar voti mill-it tużżani li jista' jitlef jekk jagħmel dak li huwa sew! Abela jaf x'għandu jagħmel fuq Justyne Caruana jekk irid jagħmel dak li huwa sew!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021